POLICY DWAR PARKEĠĠ W312. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn wasal il-proċess marbut mal-policies ta' parking madwar Malta? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan l-l-istess proċess?
ONOR. JOE MIZZI:Jien infurmat li wara li saru konsultazzjonijiet mal-entitajiet konċernati, din il-policy tal-parkeġġ reġgħet ġiet riveduta u diskussa internament. Il-pass li jmiss hu li din ser tiġi mnedija u miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika.
SAN PAWL IL-BAĦAR – PROĠETT TA’ SPORTS COMPLEX W313. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Billi riċentement kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li kienu jgħidu li l-proġett ta' sports complex fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar kien se jitkompla, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda xi xogħol fuq dan l-istess proġett?