Malta kamra tad-deputati kumitat permanenti dwar ix-xogħol tal-kamra



Yüklə 151,4 Kb.
tarix18.01.2019
ölçüsü151,4 Kb.
#100398

MALTA

KAMRA TAD-DEPUTATI

KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA

(Rapport mhux rivedut)
IT-TNAX-IL PARLAMENT

Laqgħa Nru 16

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2014

Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

Malta

Prezz €2.50

IT-TNAX-IL PARLAMENT


KUMITAT PERMANENTI DWAR IX-XOGĦOL TAL-KAMRA


Laqgħa Nru 16

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar 2014
Il-Kumitat iltaqa' fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-10.40 a.m.

PERMESS LILL-MEDIA



MR SPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Nagħti merħba lil kull min hawn f’dan ilKumitat. Ninforma lillKumitat li għandi talba biex membri talmedia jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa. Hawn oġġezzjoni? (Onor. Membri: No) Nitlob lillmembri talmedia jidħlu filKamra biex jiffilmjaw l-ewwel ftit minuti tal-laqgħa.

MINUTI



IlMinuti talLaqgħa Nru 15, li saret fid19 ta’ Frar 2014, ġew ikkonfermati.
MR SPEAKER: Ngħaddu millewwel għaxxogħol talKamra. Onor. Carmelo Abela, ma nafx intix f’pożizzjoni li tinforma lillKumitat dwar ixxogħol talKamra għall-ġimgħa ddieħla. Ovvjament, ilġimgħa ddieħla għandna ġurnata waħda biss, lErbgħa, u mbagħad inkomplu bħas-soltu lġimgħa ta’ wara. LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Mr Speaker, ilġimgħa ddieħla, kif għedt inti, għandna seduta nhar lErbgħa, 5 ta’ Marzu. Għalkemm laġġornament talKamra sar bl-Abbozz dwar Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien) minħabba li hemm laqgħa tal-Kumitat – jew qed tiġi ppjanata laqgħa tal-Kumitat – għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet fuq liġi partikolari li se jkun involut fiha wkoll isSegretarju Parlamentari, nixtiequ li nkomplu l-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi bħala lewwel item fuq laġenda. Jidher li hemm xi kelliema miżżewġ naħat, jiġifieri forsi aktar tard ikollna indikazzjoni ta’ kemm fadal kelliema min-naħa talOppożizzjoni u nkunu nistgħu nirregolaw ftit ruħna. Qed ngħidu li lErbgħa, 5 ta’ Marzu, lewwel item se jkun talMiżuri talEstimi minflok tatTfal u żŻgħażagħ. Imbagħad, itTnejn, 10 ta’ Marzu, nagħmlu tatTfal u żŻgħażagħ. Ilħsieb talGvern hu li fuq l-aġenda jittella’ l-Abbozz tal-Liġi dwar iżŻwieġ li ġie ppubblikat, jekk m’iniex sejjer żball, madwar ġimagħtejn ilu. Jekk dan ma jsirx itTnejn għax ma tkunx spiċċat tażŻgħażagħ, nagħmluha tTlieta, 11 ta’ Marzu. Imbagħad, lErbgħa, 12 ta’ Marzu, naħseb li nkunu wasalna għallkonklużjoni taddibattitu fuq l-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi, jiġifieri b’żewġ seduti oħra – ta’ nhar lErbgħa, 5 ta’ Marzu, u talErbgħa, 12 ta’ Marzu – nimmaġina li nkunu qrobna lejn ilkonklużjoni tal-Abbozz dwar ilMiżuri talEstimi, fejn hemmhekk isir ilwinding up millMinistru għallFinanzi. U allura, lErbgħa, 12 ta’ Marzu, naħsbu li nkunu lestejna, suġġett għallkelliema li hemm min-naħa talOppożizzjoni. M’hemmx xi għaġġla partikolari f’dan issens; imma, millindikazzjoni li għandi, naħseb li nkunu qed noqorbu lejn illista ta’ kelliema tażżewġ naħat, u aktarx li f’żewġ seduti oħra nkunu lestejna. Dak bażikament għallġimagħtejn li ġejjin f’dawn lerba’ seduti li għandna.
MR SPEAKER: Rigward laġenda kif inhi proposta, ma jidhirx li hemm ...
ONOR. CHRIS SAID: Ma jidhirx li hemm problema. Luniku ħaġa hi li lemendi dwar lAbbozz ta’ Liġi dwar iżŻwieġ għad iridu jiġu diskussi filGrupp, però naħseb li saddata li hemm indikata ...
MR SPEAKER: Hemm spazju biżżejjed. LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar ilKumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi talLiġijiet, anke għax kellna mistoqsijiet min-naħa talOppożizzjoni. Ilprijoritajiet talGvern għal dan ilKumitat huma bażikament tlieta bħalissa. L-Abbozz dwar lUnjonijiet Ċivili nafu li għadda millistadju ta’ kumitat; però, nistennew ftit ieħor ukoll għatTielet Qari. Hemm liġi partikolari dwar Materji Kriminali fejn jidher li hemm urġenza anke minħabba raġunijiet tal-Unjoni Ewropea, fejn jista’ jkun hemm xi diffikultajiet bħala tranżizzjoni fejn jidħlu proċeduri, eċċ. Listess jista’ japplika għalLiġi talKonsumatur, u allura nixtiequ li din ukoll tingħata prijorità minħabba din lissue. Naturalment, hemm ukoll lemenda kostituzzjonali li tirrigwarda labbozz ta’ liġi li tressaq mill-Onor. Claudette Buttigieg, li wkoll nixtiequ nagħtuh prijorità biex jgħaddi minn dan ilKumitat. Hemm ukoll abbozz ieħor li tressaq min-naħa talOnor. Jason Azzopardi, li bażikament ġie diskuss kollu. Dan l-abbozz kien tressaq b’eċċezzjoni ta’ klawsola minnhom li qed nistennew feedback dwarha millAvukat Ġenerali, liema feedback s’issa għadu ma wasalx għandi.
MR SPEAKER: Tqajmet waqt itTieni Qari u ovvjament ...
ONOR. CARMELO ABELA: Tqajmet laħħar darba fillaqgħa talKumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, u middehra kien hemm xi qbil li tiġi drafted xi klawsola oħra u, kif ikollna dik, ikun fadal klawsola waħda, jiġifieri jkollna bżonn parti minn seduta.
MR SPEAKER: Filfatt, lOnor. Jason Azzopardi jaf li ...
ONOR. CARMELO ABELA: Hekk hu. Ovvjament, kien preżenti, u dan sar bi qbil miegħu. Dak huwa x-xogħol minnaħa talGvern.
MR SPEAKER: LOnor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: M’għandniex problemi fuq ilprijoritajiet. Ovvjament, jiddependi miċ-Chairman meta jlaqqa’ lKumitat, bi ftehim malMembri skont ilkaż, għax dawn ilMembri jinbidlu skont illiġijiet li jkunu, però m’hemmx problemi. Lemenda kostituzzjonali naħseb li issa tista’ tiġi diskussa flistadju ta’ kumitat, biex wara titla’ wkoll għatTielet Qari.
ONOR. CARMELO ABELA: Jekk nista’ nżid biċċa oħra, filfatt qed nipprovaw li nagħmlu l-Abbozz dwar il-Materji Kriminali nhar lErbgħa, 5 ta’ Marzu. Kien hemm din ilbidla għax dan l-abbozz jinvolvi lisSegretarju Parlamentari, lOnor. Owen Bonnici.
MR SPEAKER: LOnor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiena kont fih dak ilKumitat. Jekk se nżommu listess nies, se jkun diffiċli għax dakinhar se nkun imsiefra. Mhux problema li lKumitat jsir mingħajri, jista’ jkun hemm sostituzzjoni; iżda ridt niġbed l-attenzjoni peress li s-soltu nżommu listess membri.
MR SPEAKER: Sakemm qed issolvu din, laħħar darba kien hawn lOnor. de Marco u lOnor. David Agius, fejn lOnor. Agius qajjem ilpunt li flaħħar laqgħa talKumitat dwar lAbbozzi ta’ Liġijiet kien inqala’ dak linċident bejn lOnor. Joseph Cassar u lOnor. Helena Dalli fuq kwestjoni li hi elevat karta b’xi kliem fuqha, u jien ġejt mitlub biex ninvestiga l-każ. Jien tajt ilkelma li se nara dan ilkaż personalment; rajt ilvideo recording u tlabt ukoll kjarifika mingħand lOnor. Helena Dalli. Għaddejtilkom għassodisfazzjon tagħkom ukoll dak li ġie ddikjarat millOnor. Helena Dalli. Hemm lispjegazzjoni kollha, u għalija lkaż huwa magħluq. (Interruzzjonijiet) Se ngħadduhulkom. Jien qed ninforma lillKumitat li, għalkemm ilkaż kien diġà ġie deċiż min-naħa taċChairman talKumitat, però bħala President talKamra tajt ilkelma li se nidħol fih personalment. Filfatt, jiena tlabt spjegazzjoni mingħand ilMinistru Helena Dalli, u wara lispjegazzjoni ddeċidejt li lkaż issa huwa magħluq, kif huwa spjegat. Ovvjament, dejjem nitolbu lkawtela dwar kif nikkomportaw ruħna aħna lkoll, jiġifieri limportanti hu li jkun hemm ilbuon sens f’dak kollu li nkunu qed nagħmlu.
LOnor. Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Kemm nifhem daqsxejn lispjegazzjoni li ngħatat.
MR SPEAKER: Jien dak kollu għaddejtulkom għallbenefiċċju tagħkom, hija spjegazzjoni dettaljata ħafna, fejn huwa spjegat li dak li għamlet ilMinistru għamlitu għax kienet qed turi ċertu sadness dwar dak li kien qed jiġri. Però, ovvjament, hija mġieba li ċertament m’iniex ngħid li hija kommendabbli, bħalma ma hux kommendabbli anke meta jiġru ċertu inċidenti filPlenarja fejn wieħed jgħolli gazzetta ´l hawn u gazzetta ´l hemm. Jiġifieri, mhux qed ngħid li m’hemmx ġustifikazzjoni ta’ xejn, però issa lkaż ġie spjegat u huwa magħluq, m’hemmx x’tispjega iktar. Jiena tkellimt malpartijiet, anke jidhirli tkellimt malOnor. Joseph Cassar filPlenarja. Kif tafu intom, hemm iddettalji kollha, u naħseb li meta taqra dak kollu li hemm miktub – hemm madwar erba’ faċċati x’taqra – ma naħsibx li għandi aktar xi nżid. Naħseb li lkaż huwa magħluq; imma jien irrid ninforma lillKamra, to be fair, għax flaħħar laqgħa tajt kelma lillOnor. David Agius li se nidħol fiha. LOnor. Agius qiegħed msiefer fuq xogħol barra minn Malta min-naħa talOppożizzjoni, u jkun qed jara wkoll listreaming, u jkun jaf li min-naħa tiegħi dan ixxogħol sar.
LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Xtaqt insaqsi biss jekk l-Oppożizzjoni hijiex f’pożizzjoni li tagħtina indikazzjoni tal-kelliema dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Miżuri talEstimi; anke iktar tard, ma jimpurtax.

ONOR. CHRIS SAID: Iktar tard ilWhip jgħaddilek lista ta’ kelliema. Filfatt, ħadt nota fuqha.
MR SPEAKER: Ngħaddu għallitem li jmiss.


MOZZJONI DWAR IT-TNEĦĦIJA TAL-IMĦALLEF CARMELO FARRUGIA SACCO



MR SPEAKER: Kif ġie miftiehem flaħħar laqgħa, illum kellna niddiskutu lproċedura li se tintuża firrigward talmozzjoni għattneħħija talImħallef Farrugia Sacco. Però, irrid ngħid ukoll x’ġara millaħħar laqgħa sallum. Irrid ninforma li sSedja rċeviet ittra mingħand lavukati talImħallef Farrugia Sacco, datata 27 ta’ Frar, li tagħmel referenza għarrikors kostituzzjonali – ovvjament dan ħareġ filmedia, u qed ngħaddihulkom ukoll biex ikollkom kopja tiegħu – imressaq millistess Imħallef kontra lPrim Ministru, lAvukat Ġenerali, kif ukoll kontra lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja. Lewwel ħaġa li se nagħmel hija li se naqra littra tas27 ta’ Frar 2014, li rċevejt tramite lIskrivan talKamra, u li taqra hekk:
“Sinjur,
Qegħdin niktbulek għannom talImħallef Lino Farrugia Sacco a tenur ta’ artikolu 175 talOrdnijiet Permanenti talKamra.
Innotajna li, għalkemm hemm id-dispożizzjonijiet talKostituzzjoni, talKonvenzjoni Ewropea, kif ukoll ir-Ruling ta’ Mr Speaker tat28 ta’ Jannar 2014, li jippreskrivu dak li għandu jsir dwar ilMozzjoni talOnor Prim Ministru tat28 ta’ Jannar 2014, dawn ma ġewx segwiti, u intant, ilKumitat taxXogħol talKamra xorta waħda baqa’ għaddej bilproċeduri.
Kien għalhekk li ġie intavolat Rikors Kostituzzjonali Numru 16 tal2014, debitament notifikat ukoll lil Mr Speaker, kopja ta’ liema qiegħda hawn b’kortestija tiġi annessa ma’ din littra. Wisq raġonevolment, lImħallef Farrugia Sacco jirriżerva minn issa kull dritt ulterjuri li jieħu lkaż tiegħu quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem.
Insellu għalik.”
Din ġiet iffirmata minn Dr Alex Sciberras, Dr David Farrugia Sacco u Dr Stephen Farrugia Sacco.
Din littra li qed naqra llum irċevejtha proprju lbieraħ, u din hija lewwel okkażjoni fejn jien nista’ ninforma lillKamra dwarha. Kulħadd jaf li rrikors kostituzzjonali filfatt ġie ppreżentat kif hawn indikat flittra. Issa, ovvjament, jien irrid inħalli f’idejkom biex tiddiskutu din ilkorrispondenza u din ittalba f’din littra talavukati talImħallef Farrugia Sacco, anke b’segwitu tarrikors kostituzzjonali. F’idejkom.
IdDeputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali.
ONOR. LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għallAffarijiet Ewropej u Twettiq talManifest Elettorali): Mr Speaker, bażikament aħna flaħħar laqgħa konna għedna li kellna nagħmlu abbozz ta’ proċedura u kellna nissottomettu dan labbozz għall-Ġimgħa – ma nafx x’inhi preċiżament iddata – u, filfatt, aħna bagħatna dak labbozz. Għedna li din hija lproposta ta’ kif għandna mmexxu lproċedura fittneħħija talImħallef Farrugia Sacco. Però, flistess laqgħa konna għedna wkoll li wieħed irid jiddiskuti lprinċipju talproċedura. Imbagħad, aħna f’din ilKamra rridu niddiskutu, flimkien malOppożizzjoni, jekk hemmx qbil dwar il-prinċipju talproċedura. Aħna konna semmejna wkoll li, jekk ikun hemm żviluppi ġodda – u konna semmejna wkoll kawżi kostituzzjonali – ikun iktar responsabbli min-naħa tagħna jekk nistennew leżitu ta’ din ilkawża, anke lkawża li filfatt qiegħed imsejjaħ fiha lPrim Ministru.
Lopinjoni tagħna ħadnieha minn diversi opinjonijiet legali li rċevejna, minbarra dawk li ntqalu filpubbliku li jkun iktar prudenti u iktar responsabbli jekk, min-naħa talParlament, min-naħa talKumitat, ikun hemm deċiżjoni wara li tinqata’ lkawża kostituzzjonali. Min-naħa tagħna, rajna wkoll pariri legali li kienu talistess opinjoni. Għalhekk, għalkemm aħna għandna abbozz ta’ proċedura li qed ngħidu li għandha tiġi fisseħħ jekk aħna nkomplu mexjin bittneħħija talImħallef Farrugia Sacco, flistess ħin qed ngħidu wkoll li aħna qed nipproponu li tiġi posposta sakemm ikun hemm l-eżitu talkawża kostituzzjonali.

MR SPEAKER: Dwar labbozz ta’ proċedura li għaddejtu lillOppożizzjoni, tistgħu tgħaddu kopja lillIskrivan talKamra biex ikollna kopja wkoll?
LOnor. Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Mr Speaker, napprezza li din mhijiex materja feliċi u mhix materja fejn wieħed jara numru ta’ preċedenti. Però, qabelxejn, irridu nifhmu li rrikors kostituzzjonali li ġie ppreżentat millImħallef Farrugia Sacco sar essenzjalment biex jattakka ddeċiżjoni talKummissjoni. M’hemm lebda ordni li ngħatat s’issa, anke temporanja, millQorti Kostituzzjonali fejn qiegħda titlob lillParlament jieqaf milli jkompli jmexxi lproċeduri tiegħu.
MR SPEAKER: Mela lQorti tista’ żżomm lillParlament?
ONOR. MARIO DE MARCO: Ippermettili ftit, Mr Speaker, jekk jogħġbok. Jista’ jagħmel talba, imbagħad tara lQorti jekk jistax jew le. Mela, ħalli nassumu li lQorti ma tistax.
MR SPEAKER: Onor. de Marco, naħseb taf li lQorti ma tistax.
ONOR. MARIO DE MARCO: Qed ngħid illi nkiteb ukoll li forsi wieħed jista’ jitlob ilQorti biex twaqqaf ilParlament, imma jien qed nagħti lbenefiċċju tad-dubju lil dak li nkiteb. Allura, bħala stat ta’ fatt, illum x’għandna quddiemna? Għandna deċiżjoni talKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja li qalet li jidhrilha li prima facie kien hemm ksur min-naħa talImħallef Farrugia Sacco. Dak irrapport ġie quddiem dan ilKumitat; isSedja kienet kitbet lura lillKummissjoni u qaltilha biex tiċċara lpożizzjoni tagħha; ilKummissjoni reġgħet kitbet lura lisSedja u qaltilha li lpożizzjoni tagħha hija waħda definittiva. Birrispett kollu lejn ilpożizzjoni talGvern, aħna għandna hawnhekk rapport talKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja abbażi ta’ liema mekkaniżmu tiskatta lproċedura għallkonsiderazzjoni talmozzjoni taħt illiġi. Nixtieq infakkar lil dan ilKumitat li lkliem talliġi mhuwiex fakultattiv, ittest talliġi huwa eżekuttiv. Ittest talliġi ma jgħidx ‘may’; ittest talliġi jgħid ‘shall’. Allura, hemm obbligu fuq dan ilKumitat li, millmument li jirċievi rrapport millKummissjoni – u salġurnata tallum dak irrapport għadu validu – irid jibda jimxi. Jiena nirrispetta lpożizzjoni talImħallef Farrugia Sacco u lavukati tiegħu, però dik ilpożizzjoni qiegħda quddiem ilQorti; ma nafux kemm iddum dik ilpożizzjoni biex tiġi ġġudikata, u m’għandniex kontroll fuqha. F’dan listadju aħna rridu nimxu fuq ilbażi li hemm rapport talKummissjoni. Ma hemm lebda ordni millQorti biex aħna nieqfu millproċeduri tagħna – apparti lfatt li hemm dubju legali dwar kemm ordni talQorti tista’ twaqqaf ilproċedimenti quddiem ilParlament – u allura jiena f’dan listadju naħseb li hija tassattiva – lanqas hija fakultattiva, hija tassattiva taħt illiġi – li aħna rridu nkomplu bilproċeduri tagħna.
MR SPEAKER: Jien mhux se nagħmel kummenti għalissa għax ma naħsibx li għandi nidħol fiddibattitu. Dan huwa xxogħol tagħkom. Imma tajjeb infakkar li lParlament jirregola lproċedura hu stess, jiġifieri ċertament li lliġi hija miktuba millParlament, u lParlament jirregola lproċedura tiegħu stess.
LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Xtaqt nagħmel punt żgħir fuq dak li qal lOnor. de Marco. Ilpunt li dejjem għamlet in-naħa talGvern kien li lproċedura li trid tiġi segwita trid tkun proċedura korretta u li, bħala Parlament, inkunu mexjin kif għandna nimxu u, kif anke espress diġà diversi drabi, nużaw ilkawtela.
Irrid infakkar ukoll li aħna, bħala membri ta’ din ilKamra, għandna anke ruling ta’ Mr Speaker li jgħid li lmozzjoni kif ippreżentata milleks-Prim Ministru mietet, u allura japplika wkoll ilprinċipju talliġi li dak li sar wara li lmozzjoni ġiet iddikjarata mejta spiċċa wkoll. U rruling taliSpeaker imur oltre minn hekk, fejn qal li lproċedura trid terġa’ tiġi segwita millġdid. Jiena, bħala lay person millaspett legali, qed nifhem li hawnhekk għandna – se nuża lkelma “kontradizzjoni”, jew inkella “kunflitt” iktar milli kontradizzjoni – bejn ruling ta’ Mr Speaker u l-pożizzjoni talKummissjoni. Jien hekk qed nifhimha. U allura rruling ta’ Mr Speaker jgħid li trid terġa’ tiġi segwita millġdid. Jiġifieri għandna pożizzjoni ta’ Kummissjoni ma’ pożizzjoni talPresident talKamra, li naħseb ta’ min inżommuh quddiem għajnejna wkoll dan. Millaħħar laqgħa ‘l hawn, aħna, bħala Gvern, intrabatna li ngħaddu abbozz ta’ proċedura, jidhirli salĠimgħa 20 ta’ Frar. Dan labbozz ta’ proċedura għaddejnieh kif qbilna; però issa kien hemm dan liżvilupp talkawża kostituzzjonali. Nafu li kien hemm persuni li ċertament jifhmu f’dawn il-materji, li lparir tagħhom huwa li wieħed juża lkawtela, u naħseb li nnaħa talGvern dak li qed tissuġġerixxi. Naturalment, ilQorti tieħu lkors tagħha, fissens li tara hi kif jimxu lproċeduri talQorti; però naħseb ikun għaqli li fiċċirkostanzi nużaw ilkawtela.
MR SPEAKER: Fuq dak li rrefera għalih ilViċi Prim Ministru, irrid nagħmel referenza għal dak li qal l-istess Onor. Louis Grech flaħħar laqgħa talKumitat dwar ixXogħol, fejn qal hekk:
“Filfatt, bħala eżempju kien hemm kummenti ta’ Dr Giovanni Bonello f’The Times of Malta ta’ nhar isSibt, u ta’ Dr Kevin Aquilina talMaltaToday tallum li qalu li lParlament għandu kull dritt jaqbad u jmexxi dan ilkaż, iżda li għandu wkoll jeżerċita lprudenza jekk tinfetaħ kawża kostituzzjonali.”
Jien għall-preċiżjoni qed nagħmel referenza. LOnor. Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Filwaqt li napprezza lintervent talOnor. Carmelo Abela, naħseb irridu nkunu ġusti lejn ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja u lkompożizzjoni tagħha. Jiġifieri, jekk naħsbu li lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja hija komposta minn lay people ... Hemm imħuħ legali filKummissjoni, u din toħroġ min-natura talkompożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni hija magħmula mill-President talQorti u minn numru ta’ mħallfin u maġistrati, flimkien ma’ rappreżentanti talKamra talAvukati. Naħseb li huma, qabel ma taw ilverdett tagħhom, wara anke rruling talPresident talParlament, ħadu kollox in konsiderazzjoni, u waslu għallkonklużjoni tagħhom fejn, wara ttieni mozzjoni li ġiet ippreżentata, ikkonfermaw irrapport tagħhom, tenut kont talambitu kollu. Jiġifieri, ma naħsibx li huwa għaqli li aħna hawn ġew nagħmluha issa ta’ imħallfin jew Qorti talAppell fuq ilKummissjoni. Naħseb aħna, f’dan listadju, irridu nkunu fidili malliġi. Illiġi li waqqfet ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja hija ċarissima. Illiġi tgħidlek li, wara li aħna nirċievu rrapport talKummissjoni – jekk nirreferu għal artikolu 9, subinċiż 5 – jgħidlek li lmozzjoni mhux tista’, imma għandha – ‘shall’ – flimkien marrapport talKummissjoni, tiġi kkunsidrata millKamra. Meta aħna għandna dan ilkliem talliġi li huwa tassattiv, li lmozzjoni għandha tiġi kkonsidrata millKamra, f’dan listadju rridu nimxu malmozzjoni u marrapport. Jekk irridu nkunu fidili ma’ dak li stqarrew u kitbu wkoll opinjonisti legali li, flaħħar millaħħar, jibqgħu opinjonisti legali ... LImħallef Giovanni Bonello qal:
Technically speaking, I believe that Parliament has all the powers to proceed with the impeachment case of a judge, even if this is challenged before the Constitutional Court.He said the House could determine its own procedures independently and the court cannot interfere in this.”
Imbagħad ikompli jgħid:
There is no written law on this matter requiring Parliament to suspend progress, or giving the Constitutional Court power to issue an interim order to the House of Representatives to suspend proceedings.”
Bl-istess mod, il-Prof. Kevin Aquilina jgħid hekk:
... Dean of the Faculty of Laws, agreed that Parliament could move on its own steam. However, he said that in case of an alleged breach of human rights, the court could stop Parliament.
IlQorti hawnhekk ma waqqfitx lillParlament: hemm rikors li qed jiġi kkonsidrat, fair enough. Aħna m’aħniex qegħdin ngħidu biex naqbdu u nibbuldowżjaw. Allaħares dan ilkumitat talKamra jwaqqaf ilproċeduri tiegħu kull darba li jkun hemm rikors kostituzzjonali, għax inkella jkun hemm mod ta’ kif wieħed jistultifika lproċess u lħidma talParlament sempliċement billi jsir rikors. Naħseb li mxejna bi prudenza, u naħseb li lprudenza f’dan listadju tirrikjedi li nieħdu nota tarrikors; però ma jfissirx li għax ħadna nota tar-rikors hawnhekk, kollox jiffriża ruħu u jieqfu lproċeduri kollha, għax inkella qed nagħtu verament ilfakultà – mhux f’dan ilkaż biss, però anke għallfutur – li jekk xi ħadd irid jistultifika lproċeduri quddiem dan ilParlament, sempliċement isir rikors kostituzzjonali. Nafu li lproċeduri filQorti jieħdu lħin tagħhom, u ma naħsibx li hawnhekk qegħdin biex noqogħdu nistennew ilproċeduri filQorti. Nieħdu nota kif għamilna, nagħtu lImħallef Farrugia Sacco ukoll iddritt kollu ta’ smigħ xieraq quddiem dan ilParlament, iddritt kollu ta’ rappreżentanza, iddritt kollu li jtella’ xxhieda kollha li jixtieq itella’ – dawn huma drittijiet tiegħu, u allaħares inkunu aħna li nxekklu dawn iddrittijiet – però li dan ilKumitat iwaqqaf ilħidma tiegħu għaliex hemm rikors, naħseb inkunu qed noħolqu preċedent żbaljat.
MR SPEAKER: LOnor. Louis Grech.
ONOR. LOUIS GRECH: Lewwel ħaġa ma naħsibx li lOnor. Carmelo Abela qal li m’hemmx imħuħ legali jew ipprova jimplika li m’hemmx. Flistess ħin, se naqbad fuq dak li qal lOnor. de Marco, fejn qal li din hija xi ħaġa tassattiva u qal li rridu nsegwu lispirtu talliġi. Ovvjament, jekk wieħed irid isegwi lispirtu talliġi, jrid isegwi wkoll ilfatt li inti se tagħti kwalunkwe dritt għallġustizzja naturali li lliġi tagħtik għaddispożizzjoni.
Barra minn hekk, imbagħad semma li dan ilParlament għandu dritt jiddetermina hu kif se tkun ilproċedura. U naħseb jagħmel iktar sens f’dan listadju jekk hemm xi dubju ... ejja ngħidu li hemm dubju legali jekk ilKummissjoni mxietx kif suppost jew le. Aħna laħħar darba għedna li din mhijiex kompetenza talKumitat. Però, imbagħad, ladarba nfetħet kawża kostituzzjonali quddiem ilQorti, fejn lImħallef Farrugia Sacco qed jallega numru ta’ affarijiet u hemm xi dubji, aħna naħseb lanqas m’aħna f’pożizzjoni li ngħidu dawk iddubji jekk humiex validi jew le. Allura, jekk irridu nirrispettaw lispirtu talliġi, ngħidu li lbuon sens iġiegħlek tasal għall-konklużjoni ... u lanqas m’hemm għalfejn inkaxkru saqajna, imma lanqas irid ikollok għaġġla a skapitu ta’ kollox. Aħna qed ngħidu li jagħmel sens li nsegwu lproċedura normali, mingħajr ma nneħħu lebda awtorità jew saħħa ta’ dan ilParlament. Jekk ngħidu li lproċess għandu jkun li aħna rridu nimxu, hemm proċedura li aħna qed ngħidu li għandha tiġi implimentata. Però, ladarba hemm kawża kostituzzjonali, allura hemm ilpossibbiltà li l-eżitu tagħha jkun li dak ilproċess talKummissjoni ma kienx korrett. Allura tkun ħaġa ħażina li eventwalment ikollok żewġ istituzzjonijiet ... Għax jista’ jkun li aħna nkomplu għaddejjin bilproċedura, u flistess ħin jista’ jkollok kawża li tgħidlek li rrapport jew ilproċedura talKummissjoni ma kenux korretti. Allura, meta wieħed iqis kollox, naħseb li jagħmel iktar sens, u tkun ħaġa raġunata u responsabbli, jekk f’dan listadju wieħed jistenna x’se jkun leżitu talkawża kostituzzjonali. Imbagħad, inkomplu għaddejjin bilproċedura.
MR SPEAKER: LOnor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiena naqbel ħafna li lKummissjoni mhijiex magħmula minn lay people, u ovvjament huma kollha nies legali; però, fl-aħħar mill-aħħar, hemm kawża kostituzzjonali li qed tgħid li kien hemm ksur ta’ fair hearing, irrispettivament minn xiex u minn min kienet komposta lKummissjoni.
Naqbel ukoll ma’ dak li qal lOnor. de Marco li aħna ma rridux nagħmluha ta’ mħallfin dwar dan kollu. La rridu nagħmluha ta’ mħallfin finnegattiv, u lanqas filpożittiv; ma nistgħux nagħmluha ta’ mħallfin. IlQorti hija qorti, u hemm separazzjoni talpoteri f’dan ilpajjiż li tmexxi lamministrazzjoni talpajjiż kollu, u din ma rridux ninsewha meta jkun konvenjenti. Jien waħda milliktar affarijiet li dejjem nammira flOnor. de Marco hija lprudenza, anke meta jitkellem filParlament. Ma nistax nifhem għalfejn ilprudenza f’każ bħal dan, fejn għandek konklużjonijiet li jistgħu jkunu riversibbli ... Issa hekk hu lkaż. Hu semma lidDekan talFakultà talLiġi, u kkwotah meta qal:
While one understands that the motion to remove Mr Justice Lino Farrugia Sacco should be dealt with in an expeditious manner, one must not sacrifice the right to a fair trial to guarantee an expeditious process.
U naħseb meta tikkunsidra dan kollu fiddawl talliġi li semma – lartikolu 9, subartikolu 5 rigward ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja – veru li hija tassattiva, però lanqas ma hemm timeframe. Jiġifieri, jekk ilQorti se tiddeċiedi fuq dan irrapport, irridu naraw liema rapport se jasal quddiem ilParlament, allura naħseb ilprudenza hija liktar ħaġa importanti.
MR SPEAKER: LOnor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: Mr Speaker, nixtieq nagħmel żewġ punti żgħar biex inkompli ma’ dak li qal lOnor. de Marco. Lewwel ħaġa, fuq ilkwestjoni ta’ ksur ta’ drittijiet ta’ ġustizzja naturali. Ma rridux ninsew li dak li se jiddeċiedi, jew qed jiġi mitlub jiddeċiedi dwaru dan ilKumitat, hu li jibda lproċess fejn lImħallef Farrugia Sacco ikollu dritt jixhed hu u jtella’ xxhieda li jrid – għaliex ilKummissjoni filproċess li għamlet waslet sa prima facie – biex imbagħad il-materja tiġi quddiem dan ilKumitat, quddiem ilParlament, u hemmhekk isir ilproċess, u allura hemm tidħol lkwestjoni ta’ smigħ xieraq, ilkwestjoni tad-dritt li jġib ilprovi tiegħu. Ilkwestjoni li jiddefendi lkaż tiegħu quddiem dan ilKumitat tibda proprju malli dan ilKumitat jiddeċiedi kif għandha timxi din ilproċedura, u allura dak largument żgur li ma jreġix.
Rigward ilkwestjoni talkawża kostituzzjonali, hawnhekk qed inġibu liskuża talkawża kostituzzjonali, u hija ovvja għax dan ilkaż huwa każ li hemm ukoll deadline fuqu, u allaħares joħroġ li qiegħed jittawwal il-proċess biex wieħed jaqbeż ċertu skadenzi, però wieħed għad irid jikkummenta dwar dak.
Dwar ilkawża kostituzzjonali naqbel malOnor. de Marco li dan joħloq preċedent perikoluż ferm. Insa lproċess li qed jagħmel dan ilKumitat; ejja ngħidu li quddiem ilParlament tkun għaddejja jew tiġi proposta liġi, u xi ħadd imur ilQorti Kostituzzjonali u jgħid dik illiġi, meta tgħaddi, se tikser iddrittijiet fundamentali tiegħu talproprjetà, pereżempju, jew ta’ xi ħaġa oħra – qed tiġini f’moħħi xi liġi marbuta malkera pereżempju – allura x’jagħmel lParlament? Għax hemm xi ħadd li mar ilQorti b’rikors kostituzzjonali, ilParlament jieqaf milli jkompli jiddiskuti dik illiġi? Qed nagħti eżempju.
MR SPEAKER: Imma dan huwa każ differenti.
ONOR. CHRIS SAID: Dażgur li każ differenti!
MR SPEAKER: Għax f’dan ilkaż tista’ tattakka liġi filQorti Kostituzzjonali.
ONOR. CHRIS SAID: Huwa każ differenti, però xorta waħda li xi ħadd mar quddiem ...
MR SPEAKER: Mhuwiex ilkaż; hawnhekk qed nitkellmu fuq individwu.
ONOR. CHRIS SAID: Ilkwestjoni kollha ddur fuq x’se jiġri jekk dan ilKumitat jiddeċiedi fuq proċedura li għandha tiġi segwita. Se jibda proċess fejn, kif qed jipproponi lGvern stess, ikun hemm diskussjoni filPlenarja fejn jitkellmu lPrim Ministru u lKap talOppożizzjoni, u minn hemmhekk terġa’ tiġi filKumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra fejn jibda proċess ta’ ġbir ta’ xhieda. Jiġifieri, definittivament, se jkun qed jingħata smigħ xieraq u ġust lillImħallef f’dan ilproċess.
MR SPEAKER: LOnor. Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Ħalli nagħmilha daqsxejn ċara: this is not about Farrugia Sacco. Ilpunt li din innaħa talKamra qiegħda tagħmel qed tagħmlu irrispettivament millImħallef Farrugia Sacco, jew hu min hu. Jiġifieri, apprezza li kulħadd iħossu skomdu f’pajjiżna meta nitkellmu dwar individwi, speċjalment f’pajjiż żgħir bħal tagħna, speċjalment għalina li nipprattikaw lavukatura. Però, irridu noqogħdu attenti millpreċedent li d-deċiżjoni li lGvern qed jissuġġerixxi jista’ jkollha f’dan ilkaż u filfutur. Insa lkaż odjern, insa hux Farrugia Sacco, hux Borg, hux de Marco, hux Said kunjomu, huwa irrelevanti f’dan listadju. Jekk nieħdu lpreċedent li l-proċedura għal mozzjoni ta’ impeachment ta’ imħallef tieqaf wara li jkun ġie kkonfermat rapport ta’ imġieba ħażina min-naħa talKummissjoni jekk ikun hemm rikors kostituzzjonali, ifisser li quddiem din ilKamra qatt mhu se jingħalaq xi proċediment għal mozzjoni ta’ impeachment. Mr Speaker, inti kont avukat bħali u taf li m’hemm xejn filliġi milli jwaqqaf persuna milli jagħmel rikors kostituzzjonali: hemm min jagħmlu għallikbar raġunijiet ġenwini u onesti, u hemm min ma jagħmlux, imma jużah filproċeduri legali biex jiggwadanja żżmien. Jien mhux qed ngħid li huwa hekk f’dan ilkaż.
MR SPEAKER: Imma ddomanda għalfejn qed tagħmilhieli?
ONOR. MARIO DE MARCO: Ippermettili ftit, Mr Speaker.
MR SPEAKER: Ma nafx għalfejn qed tagħmilli d-domanda.
ONOR. MARIO DE MARCO: Mr Speaker, qed nipprova nagħmel argument. Nafu li, meta inti tippreżenta rikors kostituzzjonali, m’hemmx għarbiel li jiddetermina jekk tistax jew ma tistax tagħmel kawża jew rikors kostituzzjonali. Kull min jippretendi li għandu dritt jista’ jippreżenta kawża. Kull min jippretendi li jagħmel rikors kostituzzjonali jista’ jippreżenta rikors. Mhux biss: jekk jitlef dik ilkawża, għandu dritt għall- appell, u jekk jitlef lappell, għandu dritt imur quddiem ilQorti Ewropea.
Qed nitkellmu dwar proċedura li tista’ tieħu mhux xahar, mhux xahrejn, mhux tliet xhur, lanqas sena, imma qed nitkellmu dwar issnin. Allura, jekk għallargument lImħallef Farrugia Sacco jew lImħallef Borg, jew de Marco jitlef irrikors kostituzzjonali u jagħmel appell, blistess raġuni li qed tinġieb quddiem din ilKamra, aħna għandna nistennew leżitu talappell, għax listess argument xorta jreġi. Ukoll, jekk jitlef lappell, għandu sitt xhur biex imbagħad jagħmel rikors quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem, u allura nistennew sakemm tiġi deċiża lkawża quddiem ilQorti Ewropea tadDrittijiet talBniedem. U dan ifisser li ndumu madwar ħames snin jew sitt snin, tispiċċa lLeġiżlatura, u blistess argument ilmozzjoni tmut wara tmiem ta’ Leġiżlatura, li jfisser li lebda mħallef ma jista’ jiġi impeached. Birrispett kollu, jekk aħna nirrispettaw lilna nfusna bħala leġiżlaturi – u din mhijiex kwestjoni ta’ dritt, ilproċedura ta’ impeachment hija responsabbiltà kbira fuqna – ... Jekk xi ħadd hemm barra jaħseb li aħna qed nieħdu gost noqogħdu niddeterminaw u niddiskutu proċeduri ta’ impeachment, mhi ħaġa sabiħa xejn. Dan bħal ġurat – lebda ġurat ma jieħu gost li għandu jiddeċiedi lfutur ta’ persuna, huwa piż u responsabbiltà enormi; però lanqas ma nistgħu naħarbu minn dak ilpiż, lanqas ma nistgħu naħarbu minn dik irresponsabbiltà. IlLeġiżlatura ta’ qabilna tefgħu responsabbiltà fuqna li rridu niġġudikaw lil ħaddieħor, u allura jiena nemmen li, jekk irridu li verament nieħdu dik irresponsabbiltà bisserjetà u mhux naħarbu minnha, aħna għandna dmir, kif tirrikjedi lliġi, li ladarba wasal dak irrapport quddiemna, għandna nikkonsidrawh u nittrattawh.
MR SPEAKER: Qabel ma nagħtik ilkelma, Onor. Schembri, peress li segwejt ħafna largumenti talOnor. de Marco, nispostja ddomanda – ovvjament minħabba ddibattitu qed nagħmilha – f’każ li lQorti Kostituzzjonali tgħid li ddrittijiet talImħallef qed jinkisru u limpeachment jkun laħaq ġie diskuss, x’inhi lpożizzjoni? Terġa’ tagħmel mozzjoni oħra biex iddaħħlu lura?
LOnor. Louis Grech.
ONOR. LOUIS GRECH: Jiena nemmen li kieku lOnor. de Marco jrid iġib largumenti kontra, kien iġibhom preċiżament listess, jiġifieri din iddarba qed jargumenta li ħażin li jkun hemm ... Jien qed nagħtik ilkapaċitajiet legali tiegħek u ngħidha b’wiċċi minn quddiem; però, mhux neċessarjament jagħtuna soluzzjoni għallverità. Li qed tgħid inti, kieku qed tgħid bħala preċedent – apparti li aħna m’aħna marbutin blebda preċedent – wieħed jikkwotahom ilpreċedenti, imma mhux ikun marbut bihom. Hemm distinzjoni bejn dan ilkaż partikolari li, kif għedt inti, huwa wieħed sensittiv, u wieħed irid joqgħod attent; però jkun preċedent ħażin ukoll – liġi u mhux liġi – jekk ilQorti Kostituzzjonali tgħid li rrapport talKummissjoni kien null and void. Aħna nkunu għamilna lproċeduri kollha, imbagħad naslu f’sitwazzjoni fejn għandek catch22, fejn ma nkunux nafu eventwalment x’se jsir. Allura rraġuni, jekk mhux neċessarjament il-legalità, tagħtik issaħħa li tgħid nippreferu nistennew leżitu talkawża kostituzzjonali biex inkunu f’pożizzjoni aħjar u nneħħu kwalunkwe dubju.
Ħalli nkunu aktar preċiżi dwar iż-żmien, għax inti liktar ħaġa li qed tippreokkupak millargument kollu kien iżżmien. Hemm fejn inti liktar li bdejt tgħid: Mela dan jekk jieħu hekk, jieħu hekk; jekk jieħu hekk ... Inti laħħar darba għedt naqsmu lbridges meta naslu għalihom; issa qed tantiċipa int, u sew tagħmel tantiċipa din iddarba. Però, ma tistax, sempliċement għax iżżmien jista’ ikun limitat, kif qed tarawh intom, tneħħi proċedura min-nofs li aħna jidhrilna hi aktar ġusta u li fiha iktar buon sens, li hija proċedura iktar razzjonali u wkoll se tkun iktar definittiva biex tagħtik triq ċara fejn trid tmur. Għax, jekk aħna se nkunu marbutin biżżmien, allura żżmien huwa argument ... Jekk tgħid jaqblilna ngħaġġlu għax minn hawn u sentejn oħra jkun tard wisq għal kwalunkwe impeachment, le mhux korretta; apparti milli ġie quddiem din lamministrazzjoni dan laħħar xahar u nofs, xahrejn, jiġifieri daqshekk ilna għaddejjin b’din ilmozzjoni lġdida li kien hemm, anke birruling li kellu Mr Speaker. Meta għamiltu rruling tiegħek Mr Speaker?
MR SPEAKER: Flaħħar ta’ Jannar.
ONOR LOUIS GRECH: Filverità, meta wieħed jara żżmien li hem, aħna qed ngħaġġluha lproċedura. Inti semmejt iżżmien u lkalendarju u kif, jekk jitwal, tista’ eventwalment ma titteħidx deċiżjoni għax laffarijiet ikunu nbidlu; però dik ma tfissirx li għax aħna rridu nindirizzaw iżżmien, allura m’għandniex nagħmlu proċedura li jidhrilna li tkun iktar trasparenti, iktar onesta u iktar prudenti. Dan huwa largument tagħna.
MR SPEAKER: LOnor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Lewwel nett, lOnor. Said qal li qed inġibu liskuża talproċess kostituzzjonali. Ma naħsibx li qed inġibu lebda skuża; din mhix skuża, hija raġuni, għax proċess kostituzzjonali dwar fair hearing filKummissjoni hija raġuni validissima għas-sens ta’ kull tip ta’ ġustizzja li teżisti.
Ġab ukoll largument dwar x’jiġri jekk dan jittieħed bħala precedent, u għandniex nistennew lillQrati meta tkun se tgħaddi xi liġi li tkun se tikser xi dritt kostituzzjonali ta’ persuna. Birrispett kollu, dan huwa argument li ma jreġi assolutament xejn. Hawnhekk m’aħniex qegħdin nitkellmu fuq liġi li tista’, possibilment filfutur, tiksirlek iddrittijiet. LImħallef Farrugia Sacco – u seta’ kien min kien, naqbel malOnor. de Marco – qed jgħid li ddrittijiet tiegħu ġew leżi diġà. Jiġifieri, lproċess kostituzzjonali f’dan ilkaż m’huwiex kif qed tpinġih inti fejn qed tgħid li jista’ jinqala’ f’xi liġi filfutur. Iva, ovvjament inħossni skomda nitkellem fuq ittneħħija ta’ imħallef jew il-possibbli tneħħija ta’ imħallef; imma nħossni skomda wkoll b’sitwazzjoni fejn qed jiġi allegat li lKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja kisret iddrittijiet fundamentali ta’ smigħ xieraq ta’ persuna. Jiġifieri, hemm ħafna skumditajiet differenti. Dan ma jwaqqaf xejn, però, milli t-triq talġustizzja tittieħed millbidu salaħħar, b’mod li ma jinkiser lebda dritt, u speċjalment millParlament.
Jekk ilQorti ssib illi veru ġew ivvjolati ddrittijiet talImħallef Farrugia Sacco, u allura nistgħu nsibu ruħna b’xenarju fejn ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja trid terġa’ tibda lproċess millbidu, hemm żewġ options: jista’ ikun li rrapport li tagħmel ilKummissjoni jkun wieħed simili għal dak li għandna issa, u jista’ jkun rapport totalment differenti, jista’ ikun rapport li ma jwassalx għal section 9(5) fejn ikun irid jiġi quddiem ilParlament. Imbagħad x’nagħmlu? Inkunu neħħejna mħallef, bilkonsegwenza li ma nistgħux nerġgħu nirritornawh lura filpożizzjoni. Hawnhekk m’aħniex qed nitkellmu fuq xi ħaġa taċċajt meta nitkellmu fuq impeachment ta’ imħallef. Jiġifieri, lġustizzja trid issir, u sseparation of powers qiegħda hemmhekk biex ilġustizzja ssir. Dwar ilkuntest tażżmien, jiddispjaċini – ma tistax, biex tgħaġġel u tlesti kollox, tibqa’ miexi. Ma ninsewx li lOppożizzjoni, li issa qed tgħidilna li ma fadalx wisq żmien u li lImħallef Farrugia Sacco se jispiċċa biżżmien qabel ma tkun inqatgħet, setgħet ħadet passi dwarha ħafna qabel meta kienet filGvern, għax din hija kwestjoni li ilha għaddejja mill2005. Ħadu l-passi flaħħar talLeġiżlatura, issa qed jarawh iżżmien? Li kieku ħadu passi filbidu ma konniex inkunu flaħħar minuta taż-żmien li fadallu lImħallef Farrugia Sacco. Allura ma naħsibx li tkun ġusta li aħna nistultifikaw ilproċess legali u lproċess talġustizzja minħabba f’hekk.
MR SPEAKER: LOnor. Mario de Marco.
ONOR. MARIO DE MARCO: Ikolli bżonn nerġa’ nirrepeti ruħi. Dan m’għandu x’jaqsam xejn malImħallef Farrugia Sacco. Ninsabu filbidu ta’ leġiżlatura, u largument tiegħi kien ikun listess li kieku għandek imħallef ieħor li letà talirtirar tiegħu hija 20 sena oħra. Lissue kollha hawnhekk hija – anke abbażi taddeċiżjoni tiegħek – li lmozzjoni għandha ħajja ta’ leġiżlatura ta’ ħames snin. Jiġifieri, hawnhekk m’għandu x’jaqsam xejn letà talirtirar talImħallef Farrugia Sacco. Nerġa’ ngħid, seta’ jirtira għaxar snin oħra, ilkwestjoni kollha hi li b’dan ilpreċedent se nkunu qegħdin nirrendu totalment mingħajr effett kull proċedura għal mozzjoni ta’ impeachment. Irridu nkunu daqsxejn prattiċi; flaħħar millaħħar, iddeċiżjoni għal impeachment ma teħodiex ilKummissjoni għallAmministrazzjoni talĠustizzja. Iddeċiżjoni dwar jekk lImħallef Farrugia Sacco, jew imħallef ieħor, għandux ikun impeached jew le, neħduha aħna u ħadd iktar. U aħna qed ngħidu li għandna nassiguraw li kull imħallef – hu min hu – ikollu ddritt ta’ smigħ xieraq, u rraġuni hi li llista taxxhieda għandha tiġi approvata minn din ilKamra. Limħallef – hu min hu – ikollu ddritt, jekk jixtieq, li jkun rappreżentat; limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jagħmel mistoqsijiet lil dawk ixxhieda; limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jġib ukoll illista taxxhieda tiegħu; u limħallef – hu min hu – ikollu ddritt li jagħmel largumenti u ssottomissjonijiet kollha tiegħu quddiem din ilKamra.
Largument tiegħi jkun jekk din ilKamra – għax, flaħħar millaħħar, dan se jkun preċedent – se taċċetta lpreċedent li, għax hemm rikors kostituzzjonali, ilproċeduri quddiem din ilKamra jieqfu; u aħna nafu li, jekk jien aċċettajt largument li jridu jieqfu għax hemm rikors, ikolli naċċetta largument li jieqfu wkoll għax hemm appell, u jkolli naċċetta li jieqfu wkoll għaliex ikun hemm rikors quddiem ilQorti Ewropea. ... Le, għax ilpreċedent huwa preċedent. Largument huwa listess.
MR SPEAKER: Diġà għamiltu largument.
ONOR. MARIO DE MARCO: Ifisser li qegħdin ngħidu li dan ilParlament m’għandu lebda dritt li jmexxi fuq proċedura ta’ impeachment.
MR SPEAKER: Naħseb li largumenti kollha ġew eżawriti. Jekk hemm xi ħaġa iżjed minn dak li għedna, nagħti lfloor. Jidher li m’hawnx qbil. IdDeputat Prim Ministru.
ONOR. LOUIS GRECH: Blistess mod kif qed jgħid preċedent, ikun preċedent ikrah jekk dan ilKumitat u lParlament jiddeċiedu fuq xi ħaġa, ikomplu jmexxu meta lesperti kollha qed jgħidulna li jkun iktar prudenti jekk nistennew għax mhu se nitilfu xejn millproċedura. Kulma qed ngħidu li ladarba tinqata’ lkawża kostituzzjonali, inkunu f’pożizzjoni iktar b’saħħitha li mmexxu lproċedura.
MR SPEAKER: Kollox sew.
ONOR. LOUIS GRECH: Imbagħad, lanqas irridu ngħidu li nixtiequ noħolqu preċedent differenti. Aħna qegħdin hawn biex naraw li dak li huwa ġust bħala proċedura jsir.
MR SPEAKER: Mela, trid tgħid xi ħaġa oħra dwar ilmozzjoni, Onor. Said? Jekk trid titkellem, għidli.
ONOR. CHRIS SAID: Dan ilpreċedent huwa ċar, jiġifieri dan ilpreċedent se jkun qed ineħħi lpoter talParlament darba għal dejjem milli jagħmel impeachment ta’ kwalunkwe mħallef. M’hemmx dubju li hekk se jiġri. Kif spjega tajjeb lOnor. de Marco, huwa preċedent perikoluż li qed ineħħi dritt importanti u check importanti li hemm fuq ilġudikatura li joħroġ millKostituzzjoni u joħroġ milliġi, u li b’dan ilpreċedent qed narmuh u qed ngħidu li dan ifisser li millum ‘il quddiem, permezz ta’ rikors kostituzzjonali, lebda impeachment ma jkun jista’ jsir.
MR SPEAKER: Kollox sew, largument diġà sar. Nistgħu nimxu. Trid iżżid xi ħaġa, Onor. Carmelo Abela?
ONOR. LOUIS GRECH: M’aħniex qed naqblu ma’ dan.
MR SPEAKER: Huwa ċar li m’hawnx qbil fuq ilmozzjoni. LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Ħadt gost biddikjarazzjonijiet li ‘this is not about Farrugia Sacco’, u ttama tiegħi hija li jkun hekk. Ilpunt dwar iżżmien huwa dan: ilpreċedent ikrah huwa li mill2007 spiċċajna b’mozzjoni li ġiet iddikjarata misSedja li hija nulla, bilkonsegwenzi kollha tagħha, li kienet ippreżentata madwar il-15 ta’ Diċembru 2012. Dak huwa preċedent ikrah ħafna. S’issa, għadna qatt ma smajna dwar ir-raġunijiet ta’ dan, imma dak huwa stat ta’ fatt ieħor. Ilpunt huwa li diġà għamilna pass iktar milli sar qabel għax ilmozzjoni ppreżentata millPrim Ministru attwali daħlet filMotion Book, jiġifieri lproċess diġà nbeda – xi ħaġa li qatt ma saret. Jiġifieri, fuq iżżmien żgur ma jistax ikun hemm xi dubju.
MR SPEAKER: Daħlet filMotion Book dakinhar stess. Ma nagħmlux cross-debate.
ONOR. CARMELO ABELA: Hija responsabilità kbira minnaħa tagħna, u għalhekk, għax hija responsabilità kbira minnaħa tagħna, ilbuon sens għandu jipprevali. Naħseb dak li qed tissuġġerixxi nnaħa talGvern.
MR SPEAKER: Grazzi. Ilpożizzjoni talGvern hija ċara. M’hawnx qbil, u allura lmozzjoni dwar ittneħħija għalissa hija in abeyance sakemm ikun hemm leżitu tal-kawża kostituzzjonali.
Niġi għal item ieħor; nibqgħu fuq rikorsi kostituzzjonali. Ninforma lillKamra – u naħseb dan punt interessanti, imma ma dħaltx fiddibattitu – li, wara li tajt irruling filkonfront taxxhud Tancred Tabone quddiem ilKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, kien hemm xhud ieħor li attakka rruling tiegħi – kif għandu kull dritt – u saret kawża misSur Frank Sammut kontra lOnor. Speaker, ċjoè kontrija, u kontra ċ-Chairman tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi, wara rruling li tajt dwar ilpreżenza tiegħu quddiem ilKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Irrid ninforma li sSedja qed tipprepara risposta għal dan irrikors kostituzzjonali. Hawnhekk irrid ninforma lKamra li lKumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi waqaf biex jara leżitu għaliex saret ilkawża kostituzzjonali. LActing Chairman, lOnor. Jason Azzopardi, huwa wkoll filkawża, u din hija lpożizzjoni.
Niġu għall-Kumitat dwar ilPrivileġġi u għallittra tal-Onor. Chris Said tas26 ta’ Frar. Skużani li ma stajtx nirċevieha qabel għax kont imsiefer fuq delegazzjoni ġewwa lGeorgia, imma rajtha lbieraħ. Permezz tagħha ġejt mitlub formalment li, bħala lewwel xhud li jrid jinstema’ quddiem ilKumitat dwar ilPrivileġġi kontra lKap talOppożizzjoni, għandu jittella’ dDirettur Ġenerali talOLAF, Giovanni Kessler. Jiena lħaqt rajtha qabel f’gazzetta għax rajtha f’The Times ukoll; imma littra qed naraha issa. Nifhem li hemm bżonn tinstab data għall-Kumitat biex, skont lOrdnijiet Permanenti 120(d)(4), 132(4) u talKap. 113, iħarrek limsemmi xhud. Dejjem, kif diġà tkellimna filKumitat dwar ilPrivileġġi, huwa lKumitat li jħarrek, jiġifieri lKumitat jiddiskuti littra. Skont ilMinuti, biex ninforma lillMembri talKumitat, u lftehim li kien hemm, huwa li lewwel jixhed ilPrim Ministru u jġib ixxhieda tiegħu. Ilverbal tiegħi kien ċar: ladarba lPrim Ministru ma deherx flaħħar laqgħa bix-xhieda, u allura ma kellux iktar xhieda xi jtella’, ovvjament salv li lKumitat jiddeċiedi jtella’ xhieda oħra, kellu jixhed lKap talOppożizzjoni. Dak kien laħħar ftehim li kien hemm quddiem il-Kumitat talKamra. Nifhem ukoll li din littra trid tiġi diskussa quddiem ilKumitat dwar ilPrivileġġi. Apparti li lftehim huwa li lewwel jixhed ilKap talOppożizzjoni. Dak kien ilftehim talKumitat. LOnor. Carmelo Abela.
ONOR. CARMELO ABELA: Mr Speaker, kif għedt inti, din littra niddiskutuha filKumitat dwar ilPrivileġġi, jiġifieri mhux se niddiskuti din littra. Din littra nieħdu nota tagħha, u niddiskutuha filKumitat dwar ilPrivileġġi. Qed nifhem ukoll li, mingħajr ma nidħol filkontenut ta’ din littra, fillaqgħa li jmiss talKumitat dwar ilPrivileġġi jrid jixhed ilKap talOppożizjoni.
MR SPEAKER: Mhux hekk ilftehim? Dik hija lproċedura li ġiet stabbilita. Nifhem li jixhed hu, u li jista’ itella’ xi xhieda oħra.
ONOR. CHRIS SAID: Aħna qed ngħidu li lewwel xhud talKap talOppożizzjoni huwa Giovanni Kessler.
ONOR. CARMELO ABELA: Wara li jixhed hu.
MR SPEAKER: Mhux ovvja? Dak huwa lftehim.
ONOR. CHRIS SAID: Meta niġu għallaqgħa, nimxu skont dak li hemm filMinuti.
ONOR. CARMELO ABELA: Wara li jixhed hu, Onor. Said?
ONOR. CHRIS SAID: Iva.
MR SPEAKER: Iva, kollox sew, qegħdin niddiskutu xi ħaġa li hemm ftehim dwarha. IlMinuti qegħdin ċari għal darba darbtejn. Flaħħar laqgħa, ilKap talOppożizzjoni ma xehedx għax kien hemm ilkwestjoni jekk ilPrim Ministru baqagħlux xhieda, u dan ġie verbalizzat b’mod ċar misSedja. Iddarba li jmiss – irridu niftehmu data, għax fuq kollox lanqas iddata ma għandna – jixhed ilKap talOppożizzjoni. Dakinhar tiġi diskussa littra li kiteb lOnor. Chris Said, għax jidher li lewwel xhud fillista taxxhieda huwa Dr Kessler. Jien mhux qed niddiskuti littra. Jien qed ninforma lillKumitat dwar littra li rċevejt.
ONOR. CHRIS SAID: IlKap talOppożizzjoni għandu dritt itella’ ixxhieda li jrid, u lKumitat ma jistax jgħidlu dak ixxhud ma jistax iġibu.
MR SPEAKER: Onor. Chris Said, kif taf inti, ilKap talOppożizzjoni jrid jinforma lillKumitat dwar ixxhieda li jixtieq itella’. Dwar ittaħrik, ilKumitat jiddeċiedi.
ONOR. CHRIS SAID: Infurmajt lillKumitat.
MR SPEAKER: Le, lilliSpeaker.
ONOR. CHRIS SAID: Inti ċChairman talKumitat, għalhekk informajt lilek.
MR SPEAKER: Mhux ovvja li lili trid tinforma? Imbagħad niddiskutuha filKumitat. Miftehmin, m’għandniex problema. Jien qed ninforma lKamra li rċevejtha. LOnor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk irridu niddiskutu jekk għandux dritt jew le jtella’ lil min irid, lanqas issa m’aħna se niddiskutuha. Dakinhar se niddiskutuha.
MR SPEAKER: Ħu paċenzja, forsi ma kontx ċar, u jista’ jkun li ġara huwa li l-Georgia kellna tliet sigħat differenza, u mingħalija rqadt tmien sigħat u fil-fatt kulma rqadt ħames sigħat, jiġifieri jista’ jkun li għajjien ukoll. Ilpunt huwa dan: littra rċevejtha, u ovvjament irrid ninfurmakom b’dan ix-xogħol talKamra. Iżda, huwa kompetenza talKumitat dwar ilPrivileġġi li jiddiskuti lkontenut ta’ din littra. Dawk iddokumenti ikkonfermahomlna malIskrivan, mhux issa.
Nirreferi għat-talba biex nqabbdu espert jew esperti biex jitħejja l-materjal talistorja għall-wirja dwar ilParlament Malti. Onor. Carmelo Abela u Onor. David Agius ... ma nafx jekk għandkomx proposti kif tlabtkom fl-aħħar laqgħa. Jekk m’għandkomx ilproposti llum ... to be fair m’hawnx lOnor. David Agius, u nixtieq li jkun hawn hu wkoll peress li kien hu l-aktar involut.
Jekk m’hawnx iktar kummenti, nista’ nagħlaq illaqgħa. Nirringrazzjakom.
Fil-11.39 a.m., il-Kumitat aġġorna għal nhar it-Tlieta, 11 ta’ Marzu 2014, fis-6.45 p.m.


Yüklə 151,4 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin