AVUKAT VICTOR BUGEJA: Naturalment kif diġà għedt, aħna nirrikonoxxu li hemm ċerti diffikultajiet loġistiċi biex taqbad u toħroġ lil dak li jkun u tpoġġih in-naħa l-oħra; dik hija xi ħaġa li tista’ issir bi pjan fit-tul u tiġi phased out maż-żmien.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma hawnhekk m’aħniex qegħdin ngħidu neħħi lil “dak” u poġġih x’imkien ieħor. Mhux dik hi l-proposta.
AVUKAT VICTOR BUGEJA: U aħna qed nirrikonoxxu dak, u qegħdin ngħidu – fil-fatt bdejt biha – li aħna qed infittxu t-triq tal-kompromess. Però t-triq tal-kompromess tibda billi l-ewwel tifhem x’inhi l-problema sew, u biex tifhem sew x’inhi l-problema ma tistax tkompli żżid dik li hemm diġà.