ONOR. DEBORAH SCHEMBRI:Granted, imma għidli ftit...
AVUKAT VICTOR BUGEJA: Bħala proposta, qegħdin naqblu mal-prinċipju taż-zoning, anzi dak huwa l-punt tat-tluq.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiġifieri qegħdin taqblu ma’ dan li qiegħed jiġi propost?
AVUKAT VICTOR BUGEJA:Imma mhux to the full għax, kif diġà għedt, hemm parti li qed tiġi klassifikata bħala industrial, minn “din” il-kantuniera sa “hawn” fejn fiha hemm ħafna residenti – u m’aħniex qed nitkellmu fuq wieħed jew tnejn – u la hemm ammont sostanzjali ta’ residenti naħsbu li ma tistax tiġi klassifikata bħala industrial. Forsi wieħed jikkunsidra li jekk minn issa ‘l quddiem ma tkunx allokata biss għar-residenti, forsi tkun ikkunsidrata bħala commercial,fejn l-attività li tkun għaddejja ma tkunx waħda li toħloq daqstant inkonvenjent. Bħala idea, li jkun hemm iż-zoning, naqblu magħha, anzi naħseb li hija l-unika soluzzjoni, m’hemmx soluzzjonijiet aktar, imma f’dik il-parti qed nitolbu rikonsiderazzjoni. U għalhekk qed ngħid li jrid isir stocktake. Irridu mmorru f’dik it-triq, naraw kemm hemm residenti, naraw kemm hemm entitajiet industrijali u naraw kif se tiġi klassifikata. Aħna qegħdin ngħidu li ma tkunx fair li ddur fuq “dak” u fuq l-“ieħor” u tgħidlu biex jitlaq minn hemm, però dejjem dment li għandu l-permess, għax jekk m’għandux permess allura jrid jitlaq.