Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġi rapport Uffiċjali



Yüklə 0,73 Mb.
səhifə6/8
tarix12.08.2018
ölçüsü0,73 Mb.
#69737
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. CHRIS SAID: Waħda mill-kwestjonijiet ...
ONOR. OWEN BONNICI: Naħseb li legalment, jew se tagħmel lil kulħadd jew xejn. Ma tistax klassi ta’ nies tgħidilha ‘iva’ u klassi ta’ nies oħra tgħidilha ‘le’; jiġifieri, jew se ngħollu l-kirjiet tal-każini kollha tal-banda, tal-boċċi u tal-football li qegħdin fl-istess sitwazzjoni tal-partiti ...
ONOR. CHRIS SAID: Hawnhekk qed nitkellmu fuq liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi, m’aħniex qed nitkellmu fuq liġi dwar il-finanzjament tal-clubs tal-football u tal-clubs tal-boċċi.
ONOR. OWEN BONNICI: Imma, jekk l-effett huwa diskriminatorju għal klassi waħda – u hawnhekk qed nitkellem b’mod oġġettiv – naħseb trid toqgħod attent għaliha din.
ONOR. CHRIS SAID: Is-sitwazzjoni hi li l-liġi trid toħloq ukoll bilanċ ġust bejn il-partiti politiċi: mhux biss tirregola kif ikun il-finanzjament, imma trid tara ... (Interruzzjonijiet) Aħna diġà għamilnieha ċara li x’ħin tridu nagħtu lura l-proprjetà kollha tal-Istat. Fil-ġurnata li intom tagħtuhom lura kollha, dak il-ħin stess dak kollu li għandna mikri jew b’ċens mingħand l-Istat, nagħtuh lura; però, ibqa’ ċert li hemm 15 times as much għand il-Partit Laburista.
THE CHAIRMAN: Ilna sejrin biha din!
ONOR. CHRIS SAID: Mhux importanti għalik, Mr Chairman?
THE CHAIRMAN: Kemm hemm affarijiet aktar importanti!
ONOR. CHRIS SAID: Dażgur li importanti!
THE CHAIRMAN: Ilek sejjer biha minn x’ħin bdejna.
ONOR. CHRIS SAID: X’nagħmel, nagħlaq ħalqi?
THE CHAIRMAN: U le, x’tagħlaq ħalqek!
ONOR. CHRIS SAID: Mr Chairman, naf li ddejqek din il-ħaġa u ma nistennihiex minnek, bħala Chairman, li tipprova tirredikola l-affarijiet. Jekk iddejqek li qed nitkellmu dwar is-serq li għamel il-Partit Laburista, ibqa’ ċert ...
THE CHAIRMAN: Il-Partit Laburista m’għamel l-ebda serq.
ONOR. CHRIS SAID: Il-Partit Laburista seraq il-proprjetà pubblika, qiegħda għandu, qed jużaha, qed iħallas is-soldi għaliha, u qed jaqla’ il-belli liri minnha, u din iddejqek kull meta nsemmuha.
THE CHAIRMAN: Le le, ma ddejjaqni xejn. Int il-ħin kollu tgħidha u ddejjaqna.
ONOR. CHRIS SAID: Bilfors iddejqek.
ONOR. OWEN BONNICI: Onor. Said, ejja ma nirrepetux argument li diġà għamilna, dejjem fil-limiti tal-iStanding Orders.
ONOR. CHRIS SAID: Aħna qed insostnu li l-proprjetà li tkun mogħtija lil partit politiku b’valur li ma jkunx il-valur tas-suq, għandha tiġi meqjusa bħala donazzjoni.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiena diġà spjegajt il-pożizzjoni tagħna, jiġifieri ladarba m’hemmx qbil nipproponi li ngħaddu għall-vot fuq klawsola 36.
ONOR. CHRIS SAID: Jekk il-Gvern irid jibqa’ għaddej hekk, jibqa’ għaddej hekk: għandu kull dritt, u għandu x’jaħbi wkoll, ovvjament. Għalhekk għaddej hekk, għax ma jaqbillux li dan il-punt jiġi diskuss.
ONOR. OWEN BONNICI: Dan il-punt diġà ġie diskuss fit-Tieni Qari, iddiskutejnieh fl-aħħar seduta hawnhekk meta ltqajna filgħodu, għamilna ħin sostanzjali niddiskutuh, u allura naħseb li argument li huwa eżawrit m’għandniex nerġgħu niftħuh jekk irridu nagħlquha din il-liġi. Jekk tridu noqogħdu niltaqgħu għaxar sigħat kuljum, m’għandix diffikultà. Però, ladarba saru l-argumenti u sfortunatament ma qbilniex ... Jiena ma nistax naqbel li l-Partit Laburista seraq xi ħaġa, għax il-Partit Laburista mexa bil-liġi li kienet viġenti dak iż-żmien. Illum hemm kawżi fil-Qorti fejn qed jattakkaw dawk il-kirjiet; imbagħad, meta l-Qorti tippronunzja ruħha, il-Partit Laburista jbaxxi rasu quddiem id-deċiżjoni tal-Qorti. M’hemmx argument. Jien allura nitlob li ngħaddu għall-vot fuq klawsola 36.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 36. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola 36 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 37Sponsorship
Clause 37Sponsorship
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Fi klawsola 37 qed nitkellmu dwar sponsorships u qed inkomplu nirregolaw biex nagħlqu kwalunkwe potenzjal ta’ loopholes.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Meta qed nitkellmu fuq proprjetà li tiġi trasferita lil partit politiku, hawnhekk qed nitkellmu fuq transfer, jew anke kera jew użu ta’ proprjetà? Jiena għandi proprjetà u nagħti 2,000 metru għal €1 fis-sena lill-partit.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, hawnhekk qed nitkellmu fuq definition of sponsorship. (Interruzzjonijiet) Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom. M’hemmx kwestjonijiet ta’ serq, hemm kwestjoni ta’ liġi li ilha hemmhekk mis-snin sebgħin li hemm patafjun kawżi dwarha, li sal-lum hemm il-proċeduri legali li qed jiġu segwiti, u l-Partit Laburista jbaxxi rasu għal kull deċiżjoni li tista’ tagħti l-Qorti. L-ewwel ħaġa li għamilt jien kienet – se nitkellem fuqi issa - li għamilt avviż legali biex dawn is-sidien jieħdu għall-inqas kirja aħjar. Dik l-ewwel ħaġa li għamilt, u ma qgħadtx niddejjaq li lqatt lill-każini ta’ diversi oqsma, għax mhux politiċi biss. Rigward klawsola 37, Onor. Grech, hawnhekk qed nitkellmu fuq definition of sponsorship, imbagħad hemm il-konsegwenza.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però, waħda mid-definitions ta’ sponsorship, Ministru, hija t-trasferiment ta’ proprjetà. Safejn naf jien, trasferiment tfisser meta inti għaddejt proprjetà, jiġifieri għadda l-ownership ta’ dik il-proprjetà. Jien qed nistaqsi jekk kirja at below rate tistax tiġi wkoll construed bħala sponsorship? Ma naħsibx li kif inhi mirquma hawnhekk hija ...
DR PETER GRECH: Jekk issir wara li tgħaddi l-liġi, naħseb li iva. Jekk qed nitkellmu fuq titolu li ġej minn qabel il-liġi, dik hija kwestjoni oħra. Imma jekk, wara li tgħaddi l-liġi ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. CLAUDIO GRECH: Għalfejn ta’ qabel le?
DR PETER GRECH: Għax hemm titolu diġà. Dakinhar li għaddiet il-liġi kien hemm titolu diġà. Qed tmur lura għal qabel il-liġi. Fejn tidħol il-liġi, tirregola l-istat ta’ fatt li hemm ...
ONOR. OWEN BONNICI: Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom, ħalli nkunu nafu x’qed ngħidu. M’hawn ebda provvediment fil-liġi li qed jgħid li dawk ta’ qabel le, u dawk li ġejjin ’il quddiem iva.
ONOR. CHRIS SAID: Jiġifieri, jekk xi ħadd għandu kuntratt qabel din il-liġi li kull sena jagħti €50,000 lill-partiti, għax hemm kuntratt qabel il-liġi jista’ jibqa’ jagħtihom u ma jkunx kontra l-liġi?!
ONOR. OWEN BONNICI: Le, differenti.
DR PETER GRECH: Qed ngħidu li, jekk hemm kuntratt, pereżempju ta’ kirja, li ġej minn qabel il-liġi. (Interruzzjonijiet) Le, għax jekk il-kerrej għandu dritt iġeddu, ma tistax iġġiegħlu jirrinunzja għalih.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Jekk partit għandu kuntratt ta’ post u qed iħallas kera below commercial rate, u dan il-kuntratt sar għaxar snin ilu, sar fl-2005, u jibqa’ għaddej il-kuntratt, jien m’iniex se nistaqsi mistoqsijiet u ninsisti fuq x’ġara sal-lum. Imma, minn meta tidħol il-liġi, effettivament għandu donazzjoni.
DR PETER GRECH: Imma, dan l-argument ifisser li kull inkwilin li hemm f’kera regolata qed jirċievi kull sena donazzjoni mingħand is-sid.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Aħna tal-partiti qed niddiskutu, mhux tal-inkwilini.
DR PETER GRECH: Le, le, imma dak li jfisser, u naħseb qegħdin nestenduha ħafna jekk ngħidu li qed jirċievi addirittura donazzjoni. Hemm kuntratt regolat b’liġi, u hija konsegwenza legali ...

ONOR. OWEN BONNICI: Ippermettuli ftit, jekk jogħġobkom. Fl-aħħar seduta stedint lill-Avukat Ġenerali jgħidli jekk kirja hijiex servizz mogħti mill-Istat, u r-risposta li ngħatajt mill-Avukat Ġenerali hija li le. Allura, abbażi ta’ dik qegħdin nirregolaw kif qed nirregolaw, hemm raġuni u hemm sens f’dan li qed nagħmlu. Jiġifieri, għal dik ir-risposta hija li hekk għandha ssir il-liġi.
ONOR. CHRIS SAID: Għaliex? Kirja irriżorja mhijiex servizz jew inkella donation mill-Istat lil partit politiku? Kirja ta’ €20 fis-sena ta’ post li l-valur lokatizju tiegħu huwa ta’ €12,000, €15,000 fis-sena, kif ma tiġix meqjusa bħala donazzjoni mill-Istat? Seta’ ma kienx l-Istat, stajt kont jien, krejt lill-partit politiku b’€10 fis-sena – kif tista’ ma tiġix meqjusa li hija donazzjoni?
DR. PETER GRECH: Illum ma naħsibx li fadal kirjiet ta’ €10 fis-sena.
ONOR. CHRIS SAID: Le, le, fadal, għax tal-każini l-€185 ma tapplikax.
ONOR. OWEN BONNICI: Imma se tapplika 5% tat-turnover.
ONOR. CHRIS SAID: Mhux hekk!
ONOR. OWEN BONNICI: Intom għamiltuha fi żmienkom?
ONOR. CHRIS SAID: Dażgur li għamilnieha.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta għamiltu l-kawżi, ċedejtuhom imbagħad.
ONOR. CHRIS SAID: 5% tat-turnover minn fejn se toħroġ?
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna għamilnieha. Ta’ qabli m’għamluhiex din, u aħna rranġajnieha. Imma ma rridx nagħmel argumenti politiċi.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ħalli nagħmel mistoqsija biex nifhem dan ix-xenarju. Kumpanija li għandha proprjetà, ngħidu aħna blokka ta’ 3,000 metru, se tikriha lil partit politiku b’€10,000 fis-sena għall-50 sena li ġejjin. Meta tqabbel mal-market rates ta’ dik il-proprjetà, l-€10,000 fis-sena ikunu below par; però l-liġi għadha ma daħlitx. Meta tidħol il-liġi, minħabba li jkun sar dan il-kuntratt, ifisser li dik id-donation xorta tibqa’ għax tiġi sponsorship, for all intents and purposes? Ifisser li dik hija a permissible donation u allura la din il-kirja kienet hemm qabel ma titqiesx għall-finijiet ta’ dan l-artikolu?
DR PETER GRECH: Naħseb li l-ewwel nett kull sitwazzjoni trid titqies fuq il-fatti partikolari tagħha, jiġifieri jekk tranżazzjoni tidher li saret apposta biex tevadi l-liġi eċċ., dak huwa wkoll fattur relevanti jekk xi ħadd jisfida din is-sitwazzjoni u jgħid li dik effettivament hija donazzjoni. Però, jekk se nidħlu f’sitwazzjoni fejn kull sena nagħmlu stima ta’ kemm hu r-rental value – li dejjem hija soġġettiva din għax, fl-aħħar mill-aħħar, il-proprjetà tiswa kemm a willing buyer u a willing seller waslu għall-kuntratt dwarha – u ngħidu li dik l-istima li qed nagħmlu tad-differenza hija donazzjoni, naħseb se nidħlu f’mare magnum. Dak huwa kuntratt ta’ kera. Jekk il-fattispecie tiegħu stess juru li kien hemm l-animu ta’ donazzjoni, allura taqa’ taħt din il-liġi; imma jekk le, hemm limitu kbir kemm tista’ tintervjeni biex tirrivaluta kirjiet u effettivament tieħu drittijiet diġà akkwistati. Jien għalhekk għedt li minn mindu tgħaddi l-liġi ’l quddiem l-iktar li tista’ tirregola. Però, jekk ikun hemm tranżazzjoni li saret viċin meta għaddiet il-liġi, saret b’mod biex ovvjament tevadi l-liġi, naħseb ikun hemm l-okkażjoni wkoll li r-regolatur taħt il-liġi jikkonsidra hijiex effettivament donazzjoni velata jew le.
ONOR. OWEN BONNICI: M’għandi ebda tort li l-liġi ma daħlitx qabel.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 37. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 37 għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 38Reġistrazzjoni tad-donazzjonijiet
Clause 38Recording of donations

THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Għal klawsola 38 għandna emenda li diġà iddiskutejnieha qabel. Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AB” Il-klawsola 38 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) Is-subklawsola (1) għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Reġistrazzjoni tad-donazzjonijiet skont is-sors
38. (1) Kull donazzjoni li taqbeż l-ammont ta’ ħames mitt ewro (€500) li tiġi mill-istess sors għandha tiġi reġistrata flimkien mal-ammont tad-donazzjoni, l-isem u l-indirizz tad-donatur, jew id-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, fil-każ meta d-donatur ikun kumpanija reġistrata, id-data li fiha d-donazzjoni ngħatat u d-data li fiha d-donazzjoni ġiet aċċettata, u kull dettalji oħra rilevanti:
Iżda, meta donazzjoni tinġabar waqt manifestazzjoni jew xi attività organizzata mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti, u fejn din id-donazzjoni ma taqbiżx l-ammont ta’ ħamsin ewro (€ 50), ma hemmx il-ħtieġa li tali donazzjoni tkun reġistrata.”,
(b) Minnufih wara s-subklawsola (4) għandha tidħol is-subklawsola ġdida kif ġej:
“(5) Kandidat indipendenti għandu josserva d-dispożizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2), (3) u (4) ta’ dan l-artikolu.”
AB” Clause 38 shall be amended as follows:
(a) Sub-clause (1) shall be substituted by the following:
Registration of donations by source
38. (1) Any donations exceeding the amount of five hundred euro (€500) from the same source shall be recorded together with the amount of the donations, the donor’s name and address, or company registration details, in the case when the donor is a registered company, the date on which the donation was received and the date on which the donation was accepted, and any other relevant details:
Provided that when a donation is collected during a manifestation or during an event organized by the political party or by the independent candidate, and in the case that the donation does not exceed the amount of fifty euro (€ 50), the donation shall not be recorded”.
(b) Immediately after sub-clause (4) shall be added the following new subclause:
(5) An independent candidate shall be subject to the provisions of sub-articles (1), (2), (3) and (4) of this article.”
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? L-Onor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: Naħseb li hemm kontradizzjoni bejn il-€50 u €500 x’qed ngħidu u ma ngħidux.
ONOR. OWEN BONNICI: Għaliex taħt il-€500 trid iġġib il-prova l-Commission, waqt li fuq il-€500 m’hemmx għalfejn iġġib il-prova.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Ma naħsibx li hemm bżonnha.
DR PETER GRECH: Biex ma jkunx hemm ‘raġunijiet raġonevoli’, għedna ‘bażi raġonevoli’ – taffettwa t-test Malti biss.
ONOR. OWEN BONNICI: Se rressaq emenda oħra marbuta ma’ klawsola 38, li tgħid:
“AC” Fit-test Malti tal-proviso tas-subklawsola (4) tal-klawsola 38, il-kliem “raġunijiet raġonevoli” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “bażi raġonevoli”.
AC” In the Maltese text of the proviso to sublause (4) of clause 38, the words “raġunijiet raġonevoli” shall be substituted with the words “bażi raġonevoli”.
Din hija xi ħaġa ta’ sintassi, imma l-Onor. Grech għandu raġun.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “AB” għal klawsola 38, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AB” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “AC” għal klawsola 38, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AC” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 38, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 38, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 35 – Donazzjonijiet mhux permessi
Clause 35Non-permissible donations

(Posposta aktar kmieni fil-Kumitat)
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AD” Il-klawsola 35 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fil-paragrafu (e) tagħha, il-kliem “erbgħin elf ewro (€40,000)” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000)”; u
(b) fil-paragrafu (f) tagħha, il-kliem “erbgħin elf ewro (€40,000).” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000).”
AD” Clause 35 shall be amended as follows:
(a) in paragraph (e) thereof, the words “forty thousand euro (€40,000)” shall be substituted with the words “twenty-five thousand euro (€25,000)”; and
(b) in paragraph (f) thereof, the words “forty thousand euro (€40,000).” shall be substituted with the words “twenty-five thousand euro (€25,000).”
THE CHAIRMAN: L-Onor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: Ministru, jiġifieri qed naqblu li ma jistgħux jingħataw donazzjonijiet iktar minn €25,000 fis-sena?
ONOR. OWEN BONNICI: Iva.
ONOR. CHRIS SAID: Jiġifieri, niżlet bin-nofs minn kif kienet fil-proposta oriġinali?
ONOR. OWEN BONNICI: Fil-bidu pproponejna €50,000, niżlet għal €40,000, u aħna, biex naturalment naslu għall-kompromess dejjem, niżżilnieha għal €25,000.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda “AD” għal klawsola 35, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AD” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 35, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 35, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 33 – Reviżjoni ta’dikjarazzjonijiet difettużi tal-kontijiet
Clause 33Revision of defective statements of accounts
(Posposta fil-laqgħa Nru 59)
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AE” Il-klawsola 33 għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) Fis-subklawsola (1) tagħha, minnufih wara l-kliem “dikjarazzjoni riveduta tal-kontijiet”, għandhom jiżdiedu l-kliem “liema dikjarazzjoni riveduta trid tkun ukoll konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att”.
(2) Fis-subklawsola (3) tagħha, minnufih wara l-kliem “hi tista’ tavża”, għandhom jidħlu l-kliem “bil-miktub”.
(3) Fis-subklawsola (4) tagħha, il-kliem “ta’ mhux inqas” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ta’ mhux aktar”.
(4) Fil-paragrafu (b) tas-subklawsola (7), il-kliem “jew mill-assistenti tiegħu” għandhom jitħassru.
(5) Is-subklawsola (8) għandha titħassar.
(6) Is-subklawsoli (9), (10) u (11) għandhom jiġu numerati mill-ġdid bħala s-subklawsoli (8), (9) u (10) rispettivament.
(7) Is-subklawsola (8) kif numerata mill-ġdid għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“(8) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att fir-rigward tal-preparazzjoni u tal-verifika ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet u ta’ dikjarazzjonijiet tal-kontijiet riveduti, u dwar l-għoti tagħhom lill-Kummissjoni, u jista’ b’mod partikolari jipprovdi għal kull ħaġa li dwarha jistgħu jsiru regolamenti b’dan l-Att u dwar in-nuqqas ta’ applikabbilità, sal-limitu jew fiċ-ċirkustanzi, jew it-tnejn, kif regolamenti taħt dan is-subartikolu jistgħu jispeċifikaw, ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan l-Att dwar multi amministrattivi u sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas li jiġu sottomessi dikjarazzjoni jew dikjarazzjonijiet riveduti xierqa tal-kontijiet.”
(8) Fis-subklawsola (9) kif numerata mill-ġdid, minnufih wara l-kliem “l-ispezzjoni pubbliku”, għandhom jiżdiedu l-kliem “u t-tqegħid fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni”; u l-kliem “subartikolu (9)” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “subartikolu (8)”.
AE” Clause 33 shall be amended as follows:

(1) In sub-clause (1), immediately after the words “a revised statement of accounts”, there shall be added the words “which revised statement shall also be in compliance with the other provisions of this Act”.
(2) In sub-clause (3), immediately after the words “it may give notice”, there shall be added the words “in writing”.
(3) In sub-clause (4), the words “not less” shall be substituted by the words “not more”.
(4) In paragraph (b) of sub-clause (7), the words “or by his assistants” shall be deleted.
(5) Sub-clause (8) shall be deleted.
(6) Sub-clauses (9), (10) and (11) shall be re-numbered as sub-clauses (8), (9) and (10) respectively.
(7) Sub-clause (8) as renumbered shall be substituted by the following:
(8) The Minister may by regulations make provision with respect to the application of the provisions of this Act in relation to the preparation and auditing of statements and of revised statements of accounts, and their delivery to the Commission, and may in particular make provision for any matter for which provision may be made by regulations under this Act with respect to the non-applicability, to such extent or in such circumstances, or both, as regulations under this sub-article may specify, of any of the provisions of this Act with regard to administrative fines and sanctions for failure to submit proper statements or revised statements of accounts.
(8) In sub-clause (9) as renumbered, immediately after the words “the public inspection”, there shall be added the words “and posting on the website of the Commission”; and the words “sub-article (9)” shall be substituted by the words “sub-article (8)”.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 33, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AE” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 33, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 33, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Klawsola 39Rapporti li għandhom isiru mill-partijiet politiċi, uffiċjal jew membru ta' partit politiku jew kandidat
Clause 39Reports to be made by political parties, an official or member of a political party or candidate
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, fi klawsola 39 qed nitkellmu fuq ir-rapport li għandu jħejji teżorier ta’ partit politiku kull sena dwar id-donazzjonijiet li jidħlu. Qed ngħidu li jrid jagħmel rapport minn Jannar sa April, minn Mejju sa Awwissu, u minn Settembru sa Diċembru, però jagħmilhom f’rapport wieħed. Qsamniehom into three quarters, u hawn id-dettalji kollha li jridu jidħlu.
THE CHAIRMAN: Il-Perit Carmel Cacopardo.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Iktar kmieni qbilna li t-threshold massimu jinżel minn €40,000 għal €25,000. Il-loġika tgħidlek li anke t-threshold ta’ x’inhu dikjarabbli għandu jinżel, u jien qed nipproponi li jinżel minn €7,000 għal €4,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux kollha dikjarabbli sa €7,000?
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Minn €4,000 ’il fuq ikunu reġistrabbli mal-Kummissjoni issa. (Interruzzjonijiet) Le, imma rridu nżommu l-proporzjon li kellna qabel. Din hija l-proposta li għamiltlek jiena meta għamilna l-proposti tagħna. Qed nipproponi li minflok ir-reġistrazzjoni tibda ma’ €7,000, tibda ma’ €4,000.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien naħseb €7,000 is quite reasonable. Aħna qed ngħidu li minn €7,000 sa €25,000 issa tiddikjarah lill-Kummissjoni, u bejn €500 u €7,000 il-Kummissjoni tista’ tiġi u tiċċekkja xorta waħda. Naħseb li qiegħda tajba kif inhi. Nifhem xi jrid jgħid il-ħabib tiegħi, imma naħseb għandha tibqa’ kif inhi.
Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AF” Minnufih wara s-subklawsola (5), għandha tiżdied is-subklawsola ġdida li ġejja:
“(6) Kandidat indipendenti għandu jħejji rapport ta’ donazzjonijiet li juri l-ammont riċevut fil-perijodu li jibda minn meta ssir in-nomina għall-elezzjoni tal-kandidat indipendenti sal-elezzjoni, liema rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.”
AF” Immediately after sub-clause (5), there shall be added the following new sub-clause:
(6) An independent candidate shall prepare a donation report showing the amount received by way of donations in respect of the period commencing from the time of the nomination of the independent candidate for election until the election, which report shall be submitted to the Commission.
Hawnhekk il-GRECO ġibdulna l-attenzjoni li rridu nagħmlu l-istess provvediment għall-kandidati indipendenti, għax ma jistax ikun partit ikollu dan l-obbligu waqt li kandidat indipendenti le, u ovvjament aħna daħħalna r-rakkomandazzjoni tal-GRECO.

Yüklə 0,73 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2022
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə