Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə79/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   75   76   77   78   79   80   81   82   ...   96
PIXKERIJA - ĦUT

2506. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' ħut mibjugħ mill-Pixkerija fix-xhur (xahar b'xahar) f'Novembru u Diċembru 1996 u f'Jannar 1997? Kemm kienu l-istess valuri fl-istess xhur fil-ħames snin preċedenti sena b'sena wkoll?

ONOR. NOEL FARRUGIA: Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.


MUŻEWIJIET - KRITIKA MILL-ONOR. JOE FARRUGIA

2509. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid x'jidhirlu dwar il-"kritika" li saret lill-"mużewijiet" mill-Onor. Joe Farrugia fid-diskors tiegħu tad-29 ta' Jannar, 1997? Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Onor. Farrugia, bir-rispett u bl-umilta' kollha, li t-tempji negolitiċi m'humiex puniċi?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Kif jidher mit-traskrizzjoni tad-diskors ta' l-Onorevoli Joe Farrugia fil-Parlament, l-Onorevoli Farrugia imkien ma semma' li t-tempji megalitiċi huma Puniċi. Jidher li x'aktarx l-Onorevoli Joe Cassar fehem 'Puniċi', meta l-Onorevoli Joe Farrugia qal li t-tempji megalitiċi huma 'uniċi'.
Dwar dak li ntqal mill-Onorevoli Joe Farrugia fuq il-mużewijiet, nixtieq ngħid dan li ġej:
Fil-preżent għadd ta' mużewijiet Nazzjonali qegħdin jiġu modernizzati b'nefqa konsiderevoli. Fost dawn ta' min isemmi l-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni, kif ukoll il-Mużew ta' Għar Dalam. Meta jitlestew dawn ix-xogħolijiet, dawn il-mużewijiet se jkunu ta' livell internazzjonali kif jixirqilhom.
Fil-preżent diġa' hemm varji inizjattivi f'dan il-qasam. Fosthom ta' min isemmi Fondazzjoni, li nħolqot mill-Bank of Valletta International, biex tgħin lid-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-ħarsien u preżentazzjoni aħjar ta' siti arkeoloġiċi w storiċi. Din il-Fondazzjoni diġa' kkontribwiet is-somma ta' US $30,000 għal dan il-għan.
Fil-fatt diġa' sar investiment kbir fl-informatika, li qiegħed dejjem jiffaċilita aktar l-inventarji eżistenti li jinżammu fil-varji mużewijiet, biex dawn ikunu dejjem preċiżi w kompluti.
Il-ħaddiema fid-Dipartiemt tal-Mużewijeit dejjem għamlu ħilithom biex jaqdu dmirhom b'riżorsi limitati. Dan hu minnu kemm fil-każ ta' l-istaff professjonali kuratorjali, kif ukoll fil-każ tal-kustodji w l-istaff tekniku w amministrattiv. Ta' min iżid li fil-futur immedjat għandhom jiġu mpjegati disa' gradwati biex jaqdu dmirijiet kuratorjali fil-varju sezzjonijiet tad-dipartiment. Ta' min jgħid ukoll li fil-preżent qed jisir kors ta' taħriġ intensiv għall-kustodji kollha li jaħdmu mad-dipartiment, sabiex dawn jibqgħu jagħtu l-aħjar servizz possibbli.



Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   75   76   77   78   79   80   81   82   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin