BUDGET - ESTIMI 2312. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Estimi, taħt "miscellaneous reimbursements", hemm dħul ta' Lm50,000, waqt li l-actual revenue fl-1995 kien ta' Lm722?
ONOR. LINO SPITERI (Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi): Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li peress li l-kont li fuqu xtaq din l-informazzjoni hu, tista' tgħid, komuni għall-biċċa l-kbira tad-dipartimenti, kien ikun t'għajnuna kbira kieku indikali għal liema dipartiment qed jirriferi.
Fil-fatt, il-kont in kwistjoni nstab li kien tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u li ġara kien li peress li d-dħul fl-1995 kien ta' Lm722 biss, l-istima oriġinali għas-sena 1996 kienet ta' Lm1,000, pero' mbagħad għall-ewwel darba bdew jidħlu r-refunds tal-VAT u għaldaqstant l-istima għas-sena 1996 kellha tiġi riveduta għal Lm40,000. Kien fuq din il-bażi li l-istima għas-sena 1997 saret ta' Lm50,000.