W1,371. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn San Ġwann, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi d-dipartiment għandu d-dokumenti kollha meħtieġa tal-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija. Jonqos biss issa li jitbattal xi post addattat għalih, pjan terran f’Tas-Sliema biss, kif jixtieq, u li għalih ma jkunx hemm xi ħadd bi bżonn ikbar.