Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 283,88 Kb.
səhifə30/82
tarix10.01.2022
ölçüsü283,88 Kb.
#99998
1   ...   26   27   28   29   30   31   32   33   ...   82
MADAM SPEAKER: Min jissekonda jekk jogħġobkom?
ONOR. TONY ABELA: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Rimarki? Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Madam Speaker, din hija mozzjoni importanti f'dan l-istadju ta' konfużjoni li jinsab fih il-pajjiż. Huwa evidenti li l-Gvern m'huwiex se jżomm il-wegħda tiegħu li sas-26 ta' dan ix-xahar, jiġifieri sa nhar is-Sibt, ikun neħħa l-liġi tal-VAT u billi jidher li l-Gvern assolutament m'għandux idea kif se jsolvi dawn il-problemi, l-Oppożizzjoni ħasset id-dmir li tippreżenta din il-mozzjoni bil-buona fede kollha biex nagħmlu ġid lill-pajjiż. Jiena ridt li l-mozzjoni tiġi diskussa f'dan il-Parlament ħalli f'dan l-istadju l-Oppożizzjoni tagħti l-kontribut tagħha wkoll bit-tama li jintlaħaq consensus.
Sfortunatament, skond il-pariri tat-tabib tiegħi, jiena ninsab fi stat li mhux suppost niġi nitkellem f'dan il-Parlament liema sitwazzjoni fil-fatt ġiegħlitni ma niġix hawn matul din il-ġimgħa kollha. Nassigura lis-Sinjorija Tiegħek u lill-Kamra li dan m'għamiltux b'kapriċċ u allura ħassejt ruħi offiż u hawnhekk wasalt biex nikkonferma dak il-kliem li jien użajt qabel l-elezzjoni fis-sens li l-Prim Ministru, l-Onor. Alfred Sant, huwa persuna li ma tistax tafdah ... (Onor. Membri: Hear, hear) Ma tistax tafdah lanqas fl-elementi l-aktar umani ta' korteżija. Il-Prim Ministru żgur li jaf li jien kont indispost, kif jaf ukoll l-Onor. Debono Grech li għadu kif interrompa u kif jafu ħafna nies li dalgħodu ċemplu l-isptar biex jaraw iniex qiegħed hemmhekk għaliex kien hemm xniegħat li jgħidu hekk ukoll. Fuq il-parir li għandi jiena m'iniex f'pożizzjoni li nittratta din il-mozzjoni. Huwa deplorevoli li l-Prim Ministru pprova jevita dan id-dibattitu fuq suġġett ta' importanza nazzjonali .... (Interruzzjonijiet)
MADAM SPEAKER: Onor. Membri m'hemmx interruzzjonijiet jekk jogħġobkom. F'dan il-Parlament kulħadd qed ikollu ħin tiegħu biex jitkellem. Onor. Debono Grech, jew tieħu postok jew inkella mur barra. Onor. Fenech Adami, tista' tkompli.

Yüklə 283,88 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   26   27   28   29   30   31   32   33   ...   82




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin