MALTA
DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Uffiċjali u Rivedut)
IS-SEBA' PARLAMENT
Seduta Nru. 313
Il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju, 1994
Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan
Kamra tad-Deputati
Malta
Prezz Lm1
IS-SEBA' PARLAMENT
Seduta Nru. 313
Il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju, 1994
Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fil-Kamra tal-Parlament
il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-9.06 a.m.
Talba
Seduta Nru. 313
Il-Ġimgħa, 29 ta' Lulju, 1994
WERREJ
MINUTI 156
MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 156
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 162
ABBOZZ TA' LIĠI DWAR TAXXA FUQ VALUR MIŻJUD 162
VALUE ADED TAX BILL 162
AĠĠORNAMENT 248
MISTOQSIJIET IMWIEĠBA BIL-MIKTUB 249
MINUTI
MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti, jekk jogħġobkom? L-Onor. Karmenu Mifsud Bonnici.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Nissuġġerixxi li fil-Minuti flok li kull darba noqogħdu nirrepetu l-lista ta' l-Onor. Membri li jkunu ħadu sehem fil-votazzjoni, ngħidu li l-istess membri vvotaw bħall-votazzjoni ta' qabel? Kieku konna niffrankaw 12-il paġna.
MR SPEAKER: Jekk jiġi deċiż li jsir hekk anke waqt il-votazzjonijiet, nistgħu nagħmlu hekk fil-Minuti wkoll, Onor. Mifsud Bonnici.
MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI
SKEMA TAS - STUDENTI
20301. L-ONOR. JOE CILIA (f'isem l-Onor. Evarist Bartolo) staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa fl-iskema tat-TAS? F'liema oqsma?
Kemm minn dawn l-istudenti nstabilhom sponsorship għal dan is-sajf? F'liema oqsma u min kienu l-isponsors? X'ġara u x'se jiġri mill-istudenti li ma sabux sponsor?
ONOR. MICHAEL FALZON (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Jien informat li fl-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena kien hemm 830 apprentist taħt it-Technician Apprenticeship Scheme. Dawn qegħdin isegwu korsijiet f'dawn l-oqsma:
31 - agricultural technician
96 - draughtsman
58 - electrical engineering technician
57 - industrial design
159 - industrial electronics
41 - mechanical engineering technician
108 - micro computer
24 - motor vehicle technician
201 - ordinary technician diploma (higher)
11 - refrigeration & a/c technician
44 - telecommunications technician
L-isponsorship taħt it-Technician Apprenticeship Scheme m'hux biss għall-perjodu tas-sajf imma għall-erba' snin sħaħ ta' l-apprendistat. Fl-ewwel sena, l-apprentisti jkunu full-time fl-iskola u b'hekk jingħataw remunerazzjoni mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Bejn l-ewwel u t-tieni sena ta' l-apprentistat, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tgħinhom isibu sponsor biex miegħu jagħmlu t-taħriġ prattiku mit-tieni sar-raba' sena ta' l-apprentistat.
Għall-247 apprentist li daħlu fl-iskema f'Ottubru ta' l-1993, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ diġa' sabet 218-il post ta' taħriġ kif jidher hawn taħt:
Ghadd ta' Postijiet Kors
apprentisti ta' tahrig
7 4 agricultural technician
22 31 draughtsman
20 18 electricalengineering echnician
22 2 industrial design
34 47 industrialelectronics echnician
11 21 mechanicalelectronics echnician
41 14 micro computer technician
8 11 motor vehicle technician
68 43 ord. tech. diploma (higher)
8 19 refrigeration & a/c technician
6 8 telecommunications technician
-------------------------
247 218
Għalkemm l-għadd ta' apprentisti huwa akbar minn dak ta' postijiet ta' taħriġ, l-għadd ta' apprentisti se jonqos għaliex uħud minnhom m'għaddewx mill-eżami finali.
Billi l-kuntratt ta' l-apprendistat ma' dawn l-"employers" jiġi fis-seħħ f'Ottubru ta' din is-sena, ma jkunx xieraq li jingħataw dettalji minn issa dwar l-"employers".
Il-politika tal-Gvern s'issa dejjem kienet li jinstab sponsor għal kull apprendist li jgħaddi mill-eżamijiet ta' l-ewwel sena biex b'hekk l-apprendist ikun jista' jkompli l-apprentistat.
ONOR.JOE CILIA: Issemmew ħafna figuri imma l-figura proprja ta' kemm kienu dawk li ma nsabx sponsor tagħhom ma ssemmewx; forsi dwar dan jista' jispjegalna iktar fiċ-ċar il-Ministru. It-tieni ħaġa li xtaqt nistaqsi hija dwar l-isponsorship. Niftakru x'kalvarju kien għadda l-Gvern Laburista rigward sponsorship - konna nsejħulu l-famuż parrinu; allura jekk dan il-parrinu huwa tant ħażin, għalfejn il-Gvern preżenti qed japplikah f'din is-sistema? Naf ċert li fit-taqsima tal-computers tat-tielet sena kien hemm diversi studenti li din is-sena baqgħu bla sponsor. Fil-qasam tal-computer suppost għamilna avvanzi kbar. Fis-sajf naraw studenti jiġru 'l hawn u 'l hemm biex jaraw isibux xi sponsor imma dawn ma tantx isibu. Almenu jekk se napplikaw is-sistema ta' l-isponsorship jista' l-Ministeru jassigura li n-numru ta' studenti li jaqgħu taħt din is-sistema jkollhom sponsor diċenti għall-perjodu tas-sajf?
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Id-domanda li l-Onor. Cilia qal li jien ma rrispondejtx kienet: Kemm minn dawn l-istudenti nstabilhom sponsorship għal dan is-sajf? Jiena rrispondejt li għall-istudenti tat-TAS ma jinstabx sponsorship għas-sajf. Is-sistema hija li peress li l-istudenti fl-ewwel sena ikunu qed jistudjaw kontinwament jingħataw stipendju mill-Gvern; imbagħad meta dawn jgħaddu mill-ewwel sena jiġu placed għas-sena ta' wara għand l-isponsors. Mela mhux il-każ li jkun hemm xi sponsorship għas-sajf kif donnu implika min għamel il-mistoqsija, u għalhekk m'hemmx risposta ta' kemm il-numru ta' studenti ma nstabilhomx sponsorship għas-sajf għax l-ETC ma tfittixx sponsorhip għas-sajf għal dawn l-aprentisti. Problema oħra hija meta inti jkollok numru ta' apprentisti li għażlu ċerti linji b'numru ta' nies li jridu jisponsorjawhom u jkun hemm ismek imniżżel. Jekk tagħti titwila fir-risposta li tajt issib tabella li fiha hemm li aħna qed insibu postijiet għal 247 apprentist. S'issa sibna 218 u dan ifisser li hemm ċerti snajja' fejn għandna iktar postijiet available milli għandna apprentisti available u hemm ukoll postijiet fejn għandna iktar apprentisti available milli postijiet available. Ovvjament, aħna ma ngħidux lin-nies - bħalma kien isir qabel fil-każ ta' studju fil-livell Universitarju- li min ma jsibx l-isponsorship ma jidħolx. L-ewwel naraw min irid jidħol f'dawn iċ-ċerti snajja; imbagħad min jidħol jagħżel is-sena tiegħu u aħna nipprovaw insibulu sponsor. Il-paragun li għamel l-Onor.Cilia ma' l-isponsorship li kienet issir fil-każ ta' studenti Universitarji li jridu jieħdu degree għal ma' l-isponsorhip li jsir fil-każ ta' l-apprentisti tat-TAS assolutament ma jagħmilx sens.
Rigward il-kwestjoni tal-micro computers, hawn Malta qegħdin noffru kors fuq tiswija ta' hardware li fil-fatt m'hawnx jobs available għalih. Fil-qasam tal-computers insibu li ċertu xogħol m'huwiex available fil-pajjiż. U allura qed nikkonsidraw bis-serjeta' illi dak il-kors jew inneħħuh jew ma ngħamluhx daqshekk spiss. Għaliex dan huwa kors illi fil-fatt ma jidhirx li hawn jobs għal min ikollu din is-sengħa. Aħna mhux qed nitkellmu fuq min iħaddem il-computers, fuq min hu computer literate jew fuq minn ikollu computer technolgy u jkun jaf kif jirriċerka. Dak huwa ħaġa oħra. Ma nħalltux ħaġa ma' oħra. Qed nitkellmu fuq technicians illi jafu jsewwu l-hardware tal-computers. Għal dawn m'hemmx jobs għal dawk kollha li huma indikati li jixtiequ jipprattikaw din is-sengħa.
MR SPEAKER: L-Onor. Joe Cilia.
ONOR. JOE CILIA: Rigward jekk hemmx paragun jew le ma nidħolx fiha. Li nista' ngħid hu li jiena ħriġt bis-saħħa tas-sistema ta' l-isponsorship u li ma kenitx din is-sistema probabbli li llum m'iniex hawn. It-tieni ħaġa, jidher li hemm 29 student li ETC m'għandiex sponsors għalihom.
ONOR. MICHAEL FALZON: Sadanittant ETC għadha għaddejja bl-isforzi tagħha biex izzid l-isponsorships. Din mhijiex xi ħaġa definita imma hija s-sitwazzjoni kif inhi sal-lum. Sa Ottubru li ġej nisperaw li nsolvu l-problema.
ONOR. JOE CILIA: Pero' għadek ma weġibtnix għall-parti tal-mistoqsija dwar jekk taħsibx illi l-Ministeru, qabel ma jibda ċerti korsijiet għandux ukoll jara li almenu ikollu assigurazzjoni ta' impieg għall-intake li jkollu. Għax finalment dejjem huwa tajjeb li lil dawn tiftħilhom daqsxejn għajnejhom għal xiex ikun deħlin. Ħafna drabi l-problema ta' l-istudenti tkun li jidħlu għall-kors per eżempju, ta' tabib jew ta' perit bl-idea li finalment meta jiggradwaw jilħqu tobba jew periti u jkunu disillusi għax meta jaslu biex jidħlu fis-suq isibu li m'hemmx dik id-domanda li huma ħasbu li se jkun hemm meta daħlu għal dawn il-korsijiet. Jiena nippretendi li f'għajnejn dawn l-istudenti għandu jkun hemm l-ippjanar b'tali mod li 'il quddiem dawn l-istudenti se jkunu jafu s-sitwazzjoni fil-pajjiż. Ħalli mbagħad jagħżlu huma.
ONOR. MICHAEL FALZON: Mr Speaker, din il-kwestjoni jiddependi minn kif tħares lejha. L-Onor. Cilia għadu kif qal li hu ma jistax jitkellem kontra l-iskema ta' l-isponsorship li kien hemm fi żmien il-Gvern Soċjalista għaliex hu prodott taghħa. Jiena nista' ngħid li ħafna nies li xtaqu jsiru periti ma sarux. Hemm min xtaq isir perit u spiċċa biex sar inġinier. Hemm min xtaq li jsir inġinier u spiċċa biex sar spiżjar. Jiġifieri f'dik is-sistema kien hemm din il-frustrazzjoni wkoll. Jiġifieri li inti tagħmel ppjanar riġidu kif qed jipproponi l-Onor. Cilia toħloq ċerta frustrazzjoni. Is-soluzzjoni li qed jipproponi l-Onor. Cilia tfisser li nirrifjutaw lil min irid jidħol għall-apprentistat ta' draughtsman għaliex jista' jkun li wara li tgħaddi l-ewwel sena ma nsibulux sponsor. Aħna ma nagħmlux hekk. Aħna nsibu l-isponsors wara li tgħaddi l-ewwel sena u nibqgħu sejrin bl-isforzi tagħna. Nista' nassigurah li hemm uffiċċju ta' ETC - qabel kien fl-Education Department u issa din il-funzjoni kollha ttieħdet fl-ETC - u qed jisiru l-isforzi kollha biex dawk l-istudenti kollha li għażlu l-kors li jixtiequ huma u wara li għażlu dan il-kors u jgħaddu mill-ewwel sena jsiru l-isforzi kollha biex jinstabilhom sponsor. U għadhom qed isiru dawn l-isforzi. Dik it-tabella li hemm fit-tieni parti tal-mistoqsija turi s-sitwazzjoni kif inhi s'issa. ETC diġa sabet 218-il sponsor. Ovvjament sa Ottubru għad fadal xahrejn oħra u ġeneralment jirnexxielna b'mod jew ieħor nissodisfaw lil kulħadd.
MR SPEAKER: L-Onor. Joe Cilia.
ONOR. JOE CILIA: Mr Speaker, il-Ministru qiegħed jgħid li jien għidt li għandna mmorru lura għas-sistema l-antika. Dan huwa qiegħed jgħidu għax jien m'għidtu fl-ebda stadju. Anzi jiena għidt li għandek tavża lill-istudenti minn qabel x'se jsibu ma' wiċċhom. Dan huwa l-ippjanar fil-qasam ta' l-edukazzjoni. Jekk jagħżlux jidħlu jew le f'tali qasam tkun l-għażla tagħħom. Imma tkun għażla ġenwina u libera għal kollox. Għax hekk biss jafu għal xiex deħlin. Issa li inti tgħidli li jien għidt li għandna mmorru għal xi skema jew oħra .... Dak inti għidtu u xorta jibqa' l-fatt li għadek ma weġibtnix għall-kwestjoni ta' l-isponsorship jiġifieri jekk tħossx li hu sewwa li jkollok studenti li daħlu għall-kors u ma instabilhomx sponsor u jitħallew jiġġerrew fix-xhur tas-sajf.
MR SPEAKER: Il-Ministru Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Mr Speaker, jiena bl-ebda mod m'għidt li l-Onor. Cilia jrid imur lura għal xi sistema oħra. Huwa għamel paragun ma' dak li kien isir qabel u jiena spjegajt id-differenza bejn iż-żewġ sistemi. Jekk iridx imur lura jew le jiena ma nafx! Issa fhimt li ma jridx imur lura u noqgħod fuq il-kelma tiegħu.
Issa ħa niġi għaIl-kwestjoni għaliex jistudenti jitħallew jiġġerrew fis-sajf. Is-sistema hija kif se ngħid. Nagħmlu l-ewwel sena bl-istipendju min-naħa tal-Gvern u wara li l-istudenti li jgħaddu mill-eżami, nagħmlu eżercizzju biex insibu l-isponsorships. Illum dawn għadhom ma ġewx allokati. Jiġifieri għalkemm hemm seba' apprentistati u erba' postijiet ta' taħriġ fl-agricultural technician course għadna m'għidniex li dawn l-erba' se jmorru "hemm" u l-oħrajn se jibqgħu jsaffru. L-allokazzjoni għadha ma saritx għaliex aħna qed nagħmlu eżerċizzju biex nipprovaw li fix-xahrejn li ġejjin insolvu din il-mismatch. U għalhekk mhux il-każ li noqogħdu ngħidu li qiegħdin jiġġerrew barra.
MR SPEAKER: L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra illi l-edukazzjoni ma terġa' qatt tmur lura għall-prinċipju ta' edukazzjoni purament utilitarja kif anke awgura l-Onor. Cilia? Jista' wkoll l-Ministru jfakkar lill-Kamra x'għamel dan il-Gvern biex inqlajna minn dik is-sistema?
ONOR. MICHAEL FALZON: L-assigurazzjoni li jrid l-Onor. Tonio Borg ....
MR SPEAKER: L-Onor. Joe Cilia, point of order.
ONOR JOE CILIA: L-Onor. Tonio Borg qiegħed jirrepeti b'mod pappagallesk li jien qiegħed nawgura li mmorru lura għal xi sistema oħra. Jiena qiegħed ngħid b'mod ċar li l-istudenti għandhom ikunu mgħarrfa għal dak li deħlin u jaraw is-suq x'jipprovdi u jekk xorta waħda jiddeċiedu li jidħlu f'suq li huwa magħluq jew m'hemmx biżżejjed postijiet għalihom u iktar se jkun hemm kompetizzjoni ħarxa għalihom, dik imbagħad affari tagħhom. Imma dik tkun l-għażla ġenwina u libera tagħhom. Hekk għandha tkun is-sistema. Dak li qiegħed ngħid jien. Illum għandna sistema bil-kontra, jidħlu għall-korsijiet u ma jafux fejn se jispiċċaw.
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Mr Speaker, assigurazzjoni kif qed jitlobni sieħbi l-Onor. Tonio Borg ma nistax nagħtihielu għaliex ma nafx x'se jiġri fil-futur. L-assigurazzjoni jagħmilha l-poplu - jassigura ruħu - meta jivvota fl-elezzjoni. Kulħadd jaf x'ġara fil-qasam ta' l-edukazzjoni terzjarja malli tbiddlet l-liġi u ġiet żarmata s-sistema ta' l-isponsorhip li kien hemm. Ir-riżultat ta' dan huwa li qed jkun hemm proporzjon sostanzjali ta' ċittadini li jkunu spiċċaw l-iskola sekondarja u li issa qed jirċievu skola terzjarja fl-Universita'.
MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jista' l-Ministru - minkejja l-abbuż tat-terminoloġija "utilitarja" anke mill-Onor. Borg - jagħtina indikazzjoni li minkejja dan l-abbuż u din it-tip ta' propaganda l-istandards ta' teaching u l-mod kif jitmexxew dawn il-kontijiet ma jibqgħux imorru lura kif ġara taħt il-predeċessur tiegħu? Jista' l-Ministru wkoll jagħtina garanzija li fil-fatt il-metodi ta' tmexxija u l-metodi ta' teaching u ta' interess professjonali akkademiku ieħor fl-Universita' jkunu maħduma aħjar milli sar s'issa?
THE SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: L-ewwel ħaġa, dak li qal il-Kap ta' l-Oppożizzoni dwar l-istandards fl-Universita' li marru lura taħt il-predeċessur tiegħi hija asserzjoni tiegħu. Jiena ma nikkondividix dak li qal hu. Dawn huma żewġ affarijiet totalment differenti. Fil-fatt nista' ngħid li ċerti oqsma mhux talli ma morniex lura fihom talli aħna qed nipproduċu gradwati ħafna aħjar milli jipproduċu oqsma oħra. Nista' ngħid, per eżempju li f'laqgħa li kelli ma' l-Awtorita' ta' l-Universita' qaluli li l-external examiners - dawk li jiġu biex jagħtu d-degree u jiddeċiedu fuq il-Fakulta' ta' l-Inġinerija kollha - jgħidu li l-livell fid- degree ta' l-Inġinerija f'Malta huwa ħafna ogħla mil-livell li hemm fl-universitajiet tagħhom. Dawn external examiners u jgħidu hekk! ... Dawn jaċċettaw il-gradwati tagħna għal post graduate courses b'għajnejhom magħluqin. Qed insemmi l-kors ta' l-inġinerija, kors utilitarju, u dan jista' jidħol fih min irid u mhux jekk għandux bżonn Enemalta u jekk għandux bżonn dak jew l-ieħor. Jidħol fih kull min irid mingħajr ebda kondizzjonijiet. Hawnhekk qed insemmi kors importanti u li naqbdu u nasserixxu li l-livell ta' l-edukazzjoni f'Malta fl-Universita' mar lura jew qiegħed lura m'huwa xejn ħlief asserzjoni gratwita. L-edukazzjoni ovvjament m'hijiex xi ħaġa statika u trid dejjem tiċċaqlaq u timxi 'l quddiem u l-isforzi tagħna, tiegħi u tal-ministri li ġew qabli u tal-ministri li jiġu warajja f'dan il-qasam, huma kollha mmirati biex dan il-livell dejjm jimxi 'l quddiem.
MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jara li l-istudenti fl-Universita' - speċjalment dawk fil-kors tal-Liġi - jiġu trattati b'mod aktar ċivili u jintwera aktar rispett lejn il-problemi pesonali tagħhom? Per eżempju, jaf il-Ministru li għall-aħħar eżamijiet tal-Liġi li saru l-istudenti nġabru fl-Universita' għal xi sagħtejn u baqgħu jistennew hemm sat-8.00 p.m. u l-10.00 p.m. biex misshom it-turn tagħhom? Jaħseb il-Ministru li dan huwa l-mod ċivili kif taħdem sistema ta' fejn l-valuri utilitarji jintnesew speċjalment dawk li għandhom x'jaqsmu mal-bżonnijiet personali tal-lecturers tagħhom għal oral?
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Dak li qed jgħid il-Kap ta' l-Oppożizzjoni jiena ma nafx bih. Din hija xi ħaġa li smajtha l-ewwel darba; u jekk dak li qal huwa minnu, mhux sew; allavolja naħseb li biex jittrejnjaw l-avukati jitilfu l-ħin; imbagħad fuq kollox ma nafx jekk dak huwiex parti mit-training tagħhom. (Interruzzjonijiet) Onor. Mifsud Bonnici inti tifhem fiha din tal-ħela ta' ħin! (Interruzzjonijiet) Ara taħsbu li jien ma jkollix ilmenti mingħand studenti u ma nagħtix kashom. Meta jkolli ilmenti mingħand studenti fuq diversi affarijiet dejjem I take them up ma' l-awtorita' ta' l-Universita'. Peress li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ġieli jikkritikani li qed ngħix daqsxejn lura - forsi veru, għax sfortunatament iktar niddentifika ruħi ma' l-istudenti milli ma' l-awtorita' ta' l-Universita' - nista' nassigura lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni li kull ilment li jkolli mingħand studenti ninvestigahom u dan l-ilment li qalli bih hu - jien ma kontx naf bih - ngħidlu li se ninvestigah ukoll.
MR SPEAKER: L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Jista' l-Ministru fuq din l-aħħar domanda tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni jikkonferma li għallinqas meta kont student jien taħt l-Amministrazzjoni Soċjalista min jaf kemm-il darba ġejt fid-9.00 a.m. u dħalt fis-6.00 p.m. L-Onor. Zammit Dimech kien agħar minni għax fl-ordni alfabetiku kien jiġi l-aħħar wieħed. Jaf ukoll li din is-sistema għar-rigward ta' ħafna eżamijiet fil-Kors tal-Liġi nbiddlet fuq inizjattiva ta' diversi lecturers u kulħadd huwa sslottjat f'siegħa, jiġifieri jista' jidħol siegħa tard.
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Nispera li l-Kamra tapprezza li jien bħala Ministru ma' jkollix għalfejn nidħol f'dawn id-dettalji ta' staggering ta' fi x'ħin l-istudenti jmorru jagħmlu l-orali tal-liġi. Pero' issa dwar dan ninvestiga wkoll.
MR SPEAKER: L-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jista' l-Ministru meta jagħmel din l-investigazzjonijiet jikkonferma wkoll dwar dak li għidtlu jien li xi erba' ġimgħat ilu nies kienu ntbagħtu jistennew mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m. u anke iktar tard?
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Ma nistax ngħid x'se nikkonferma meta nagħmel l-investigazzjoni, Mr Speaker.
MR SPEAKER: L-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jista' l-Ministru waqt li qed jagħmel l-istess investigazzjoni jikkjarifika ftit kif per eżempju, fil-Kors tal-Liġi ċerti studenti f'ċerti korsijiet jintalbu jmorru fil-kmamar professjonali ta' min jagħtihom il-kors - anke l-Belt stess - meta ovvjament hija diffiċli għalihom biex jaslu għal dan it-traġitt u lura mingħajr ħafna telf ta' żmien, u dan sempliċement għal konvenjenza tal-lecturers tagħhom.
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Lest li ninvestiga dan l-ilment ukoll.
MR SPEAKER: L-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jaqbel il-Ministru li wasal iż-żmien li jidħlu tabilħaqq sistemi serji ta' academic auditing fl-Universita'?
MR SPEAKER: l-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Naħseb illi wasal iż-żmien għal ħafna affarijiet. Dak li jista' jsir biex ittejjeb il-livell ta' l-edukazzjoni fl-Universita' u li nistgħu nagħmluh bir-riżorsi tagħna nagħmluh.
MR SPEAKER: L-Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT: Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjani anke f'dan is-sens ta' rinaxximent time warp based tiegħu favur l-istudenti. Jaħseb li wasal iż-żmien li jingħata aktar sehem lill-istudenti fit-tmexxija ta' l-Universita'?
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Peress li meta jien kont student fl-Universita' jien kont il-pijunier tat-tmexxija ta' l-istudenti kont niġġieled biex l-istudenti jkollhom ir-rappreżentanza fil-faculty boards u fis-Senat - ħaġa li ma kellniex meta konna studenti. Hawn min jibqa' guvni għal dejjem ukoll! Naħseb li jekk ir-rappreżentanza ta' l-istudenti fit-tmexxija ta' l-Universita' għandhiex tkun iktar effettiv u kbira milli hija llum - l-imput tar-residenti - huwa suġġett li wieħed irid jikkonsidrah bis-serjeta' wkoll.
MR SPEAKER: L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG: Issa li anke l-politika ta' l-edukazzjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet aġġornata u m'għadhomx jinsistu fuq n-numerus clausus, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx pjanijiet biex dawk il-ftit nuqqasijiet fejn hemm limitazzjoni għad-dħul jitneħħew. Kif nafu n-numerus clausus tneħħiet fil-korsijiet kollha u l-korsijiet li kienu jeżistu u li kienu ġew eliminati reġgħu ġew re-introdotti. Introduċejna wkoll korsijiet ġodda u n-numru ta' studenti fl-Universita' irduppjaw u ttriplikaw. GĦad fadal żewġ korsijiet li huma tal-Mediċina u dik tad-Dentistrija fejn għad hemm limitazzjoni għad-dħul. Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi r-raġuni għaliex din dejjem kienet hekk f'dawn l-aħħar għaxar snin u jekk hemmx ħsebijiet li b'xi mod gradwalment din titneħħa.
MR SPEAKER: L-Onor. Michael Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON: Jeżistu xi problemi u safejn naf jien dawn huma fil-Fakulta' tal-Mediċina u f'dik tad-Dentistrija Dawn dejjem isostnu - l-membri tal-Fakulta' mhux l-istudenti - li għandu jkun hemm limitu għan-numru ta' studenti li jistudjaw il-Mediċina ġewwa l-isptar tagħna bħala teaching hospital. L-irbid li jsir mal-limitu ta' numru ta' l-istudenti mhuwiex irbid magħmul ma' xi konsiderazzjoni oħra ħlief ma' dan il-fatt. Jiena naħseb li issa wasal iż-żmien biex wieħed jirrevedi s-sitwazzjoni u jara hemmx mezzi kif anke f'dan il-qasam jkun hemm iktar liberalizzazzjoni, fis-sens li ma jkunx hemm daqstant restrizzjonjiet fuq in-numru ta' studenti li jsegwu l-kors tal-Mediċina.
MR SPEAKER: Grazzi, l-ħin tal-mistoqsijiet issa skada. Ngħaddi għat-Tqegħid ta' Karti. Hemm xi tqegħid ta' karti? Stqarrijiet ministerjal? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata.
Dostları ilə paylaş: |