Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 434,86 Kb.
səhifə6/7
tarix30.07.2018
ölçüsü434,86 Kb.
#64531
1   2   3   4   5   6   7

ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

OPEN SOURCE SOFTWARE
361. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 180 u jgħid fuq liema livell l-Gvern beħsiebu japplika l-open source software fl-oqsma li huwa responsabbli għalihom? Sal-lum diġa' ġie applikat l-open source software, u jekk iva fejn?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li sa mis-sena 2003, u f’każijiet speċifiċi anke qabel, il-gvern beda juża’ sistemi ibbazati fuq il-prinċipju ta’ open source. Dawn jinkludi sistemi tat-tip back office bħalma huma Sendmail, Clam Antivirus, Spam Assassin, Bind u MIMEDefang, li huma relatati ma’ l-użu ta’ Email u Internet fil-gvern. Barra minn hekk, il-gvern jagħmel użu minn operating system Linux għal numru ta’ sistemi bħalma huma Inland Revenue (IRD), Vehicle Registration (VERA), VISA, Social Benefits (SABS), VAT/ECO, Scholarships, Schengen, PIRS II u CdB.
Għal futur, il-gvern qed jikkunsidra l-użu ta’ open source f’setturi varji tas-Servizz Pubbliku, li jinkludu l-edukazzjoni u l-qasam ta’ knowledge workers. Il-gvern qed jikkunsidra wkoll software għal użu fuq desktop, sistemi tat-tip enterprise, kif ukoll potenzjalment database management systems u oħrajn.

JERMA PALACE HOTEL
362. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali ta' l-art li fuqha eventwalment ġiet mibnija l-lukanda Jerma Palace f'Marsaskala? Stante li sar l-għeluq ta' din il-lukanda, jista' jgħid inkisritx xi kundizzjoni oriġinali meta saret il-konċessjoni mill-gvern? Jista' jindika jekk hijiex se titressaq mozzjoni fil-parlament biex tiġi ratifikata l-pożizzjoni legali tat-trasferiment imsemmi?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

TAXXA FUQ REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI
363. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 181 u cioe': Billi f'intervista ma' ġurnal lokali l-Ministru diġa' ndika t-tibdil mistenni dwar it-taxxa fuq reġistrazzjoni tal-karozzi kif wkoll li idealment kien jippreferi li kieku s-sistema kellha tibqa' l-istess, jista' għall-benefiċċju kemm tal-bejjiegħa tal-karozzi kif wkoll tal-konsumaturi jagħti ndikazzjoni ta' x'wieħed għandu jistenna f'dan ir-rigward, flok jħalli lil kulħadd mdendel sakemm jiġi ppubblikat il-pre-budget consultation document aktar minn xahar u nofs ieħor? Jikkonferma l-Ministru li x'aktarx li l-piż finali fuq il-konsumatur u d-dħul tal-Gvern mistenni jibqa' xi ftit jew wisq l-istess anke wara li jiġi fis-seħħ dan it-tibdil? Għaliex fil-manifest elettorali ma ngħata ebda ħjiel dwar dan kollu meta l-manifest tkellem biss dwar il-ħtieġa li tinbidel it-taxxa fuq il-karozzi?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PESTIĊIDI
364. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex magħruf x'pestiċidi jintużaw fil-frott u ħxejjex importat? Minn fejn jiġu bħala pajjiż il-frott u l-ħxejjex importati? Kemm-il pestiċidi differenti jintuża għal kull prodott partikolari qabel ma jasal f'pajjiżna?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.

PESTIĊIDI
365. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu impurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-minisetru konċernat.

PESTIĊIDI
366. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jindika jekk għandniex entita' f'Malta responsabbli biex tara li l-frott u ħxejjex importati ma jkunx fihom traċċi ta' pestiċidi li huma banned mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma? Kif topera din l-entita'?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità responsabbli hija l-Awtorità Maltija Dwar l-iStandards.

ILMA – LIVELLI TA’ PESTIĊIDI
367. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jitkejlux il-livelli ta' pestiċidi fil-kampjuni ta' ilma mill-aquifers ta' taħt l-art li jintużaw bħala sors ta' ilma tax-xorb? Jista' jgħid jittieħdux kampjuni ta' l-ilma mill-ispieri privati?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li l-aħħar analisi għall-pestiċidi fuq kampjuni ta’ ilma mill-aquifers irriżultaw kollha negattivi (jiġifieri ma wrewx kontenut ta’ pestiċidi f’dan l-ilma).
Bħalissa l-Awtorità għar-Riżorsi qiegħda tirrevedi l-programm ta’ monitoraġġ. Fost il-miżuri li tinkludi din ir-reviżjoni hemm li dan il-programm jiġi estiż għall-ispieri privati, anke f’dawk l-aquifers li minnhom ma jinġibidx ilma għax-xorb.

BJAR FI DJAR PRIVATI
368. L-ONOR. OWEN BONNICI staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' djar privati f'Malta u Għawdex li għandhom bir?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx minn dan il-ministeru.

TRAFFIKU – AVVIŻ TA’ ĊITAZZJONI
369. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta warden joħroġ ċitazzjoni għall-kontravvenzjoni tat-traffiku minħabba parking, dan mhux dejjem jinforma lis-sid tal-karozza konċernata billi jwaħħal l-avviż taċ-ċitazzjoni mal-karozza?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-ministeru konċernat.

TRAFFIC HUMPS
370. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li l-ADT tara li t-traffic humps li hemm fid-diversi lokalitajiet huma ta' daqs standard għax ħafna minnhom saru bil-konkos u ta' daqs tant esaġerat li jikkawżaw ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minn fuqhom?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ta’ Malta’ stipulat d-daqs u l-għoli ta’ kull round-topped road hump fid-dokument Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversions of Traffic. Ukoll f’kull approvazzjoni li tinħareġ mill-awtorita’ għal round-topped road humps ikunu stipulati d-dimensjonijiet kollha neċessarji għal tali humps.
Huwa apprezzat li l-Onor. Interpellant jindika il-humps li għalihom qed jirreferi f’din il-mistoqsija parlamentari sabiex l-awtorita’ tkun f’posizzjoni li tieħu l-passi neċessarji.

Kopja tad-disinn tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.



BUS LANES - ĊITAZZJONIJIET
371. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għall-użu ta' bus lanes minn vetturi mhux awtorizzati matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, kull xahar separatament?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ninsab infurmat li ċ-ċitazzjonijiet li nħarġu minn naħa tal-Korp tal-Pulizija għall-użu ta’ bus lanes minn vetturi mhux awtorizzati matul l-aħħar tnax-il xahar kienu kif ġej:-


2007

Nru

2008

Nru

Mejju

81

Jannar

83

Ġunju

41

Frar

40

Lulju

63

Marzu

69

Awissu

77

April

18

Settembru

65







Ottubru

65







Novembru

46







Diċembru

84







Total

522

Total

210



GĦAWDEX - IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
372. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex? Kemm kienet l-istima tax-xogħlijiet? Kemm fil-fatt ġie jiswa dan l-impjant? X'kien il-volum ta' l-ilma li ġiet ttrattat sal-lum?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f’Għawdex beda jopera fit-23 ta’ Novembru 2007. L-istima oriġinali tax-xogħlijet kienet Euro 6.52 miljun, liema stima ma kenitx tinkludi l-ispejjeż li kellhom isiru wara li l-MEPA ordnat tibdil fil-pjanti. L-ispiża laħqet is-somma ta’ Euro 7.2 miljun. Il-volum ta’ drenaġġ trattat sat-19 ta’ Mejju 2007 jammonta għal madwar 190,000 metri kubi.
PEMBROKE - STORM WATER CULVERT
375. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali: Jista’ l-Ministru jagħti data meta se jibda x-xogħol fuq l-istorm water culvert li kien ippjanat li jsir fi Triq Madre Margherita Debrincat, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche, Triq Gabriele Henin, f’Pembroke sabiex tittaffa l-problema ta’ l-għargħar fl-inħawi?
ONOR. GEORGE PULLICINO: Jien infurmat li x-xogħlijiet biex tittaffa l-problema ta’ għargħar f’dawn l-inħawi qed ikunu kkunsidrati fil-programm ta’ xogħlijiet. Fil-fatt diġà ttieħdu l-livelli ta’ l-inħawi.

SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJEGATI BLA JOB DESCRIPTION
376. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hemm nies fl-impjieg tal-gvern bla job description allavolja ilhom hemm bosta snin? Hemm xi żmien stipulat fejn dawn in-nies se jirċievu dan il-job description?
ONOR. JOHN DALLI: Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru bħala l-ministru responsabbli għas-Servizz Pubbliku.

BORD TA' L-ELETTRIKU - IMPJEGATI
377. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta' l-Elettriku ta' Malta u mbagħad għall-Korporazzjoni Enemalta, li ħadu l-pensjoni (preferibbilment sena sena) skond it-termini ta' l-Ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937 u l-emendi sussegwenti tagħha?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

CHILDREN'S ALLOWANCE
378. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-proċess biex tingħata ċ-children's allowance lil koppji li dan l-aħħar kellhom it-tieni tarbija jinsab on hold? Ta' min ifakkar li din kienet miżura li tħabbret aktar kmieni din is-sena (u kkonfermata bħala wegħda elettorali tal-Gvern) biex kull koppja tingħata dan il-benefiċċju irrispettivament minn numru ta' ulied li għandhom taħt is-16-il sena?
ONOR. JOHN DALLI: Ninforma lill-Onor Interpellant li l-allegazzjoni li qed jagħmel fl-ewwel parti tal-mistoqsija hi assolutament infondata.

BORD TA' L-ELETTRIKU - IMPJEGATI
379. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-impjegati li kienu ġew trasferiti mid-dipartiment tal-gvern għall-Bord ta' l-Elettriku ta' Malta u mbagħad għall-Korporazzjoni Enemalta, li ħadu l-pensjoni (preferibbilment sena sena) skond it-termini ta' l-Ordinanza tal-Pensjoni XVII ta' l-1937 u l-emendi sussegwenti tagħha?
ONOR. JOHN DALLI: Nitlob l-Onor. Membru jirreferi l-mistoqija lill-ministeru konċernat.

MEPA - PROMOZZJONIJIET
380. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet fil-MEPA bejn Ġunju 2007 sa l-aħħar ta' Marzu, 2008?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Matul il-perijodu 1 ta’ Ġunju 2007 sa l-aħħar ta’ Marzu 2008 ngħataw 25 promozzjoni fil-MEPA.

MEPA - TELEWORKING
381. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati li qed igawdu mill-benefiċċju ta' teleworking (xogħol mid-dar) fil-MEPA? Jista' jgħid għaliex din is-sistema ta' teleworking mhux qed tkun applikata għall-ħaddiema fil-gradi tekniċi?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Preżentament l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha tnax-il impjegat li qed igawdu mill-benefiċċju ta’ teleworking, fosthom hemm impjegata waħda li għandha grad tekniku. Preżentament l-awtorità qiegħda tikkunsidra kif il-kunċett ta’ teleworking jista’ jitħaddem dejjem b’mod li ma jintlaqtux ħażin l-operat u l-esiġenzi ta’ l-awtorità u l-livell ta’ servizz li l-awtorità hija mistennija li toffri lill-pubbliku.

DIPARTIMENT TA-S-SAĦĦA - MEDIĊINI OUT OF STOCK
382. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 203 u jara li tingħata priorita' lill-fatt li dawn iż-żewġ prodotti jinsabu out of stock,
i) Atrovent inhaler - ilu nieqes għal diversi xhur

ii) Avonex injections?


Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jinxtraw mis-settur privat.
ONOR. JOHN DALLI: Informat li l-Atrovent inhaler huwa in stock fid-Dipartiment tal-Procurement tal-gvern (Taqsima tas-Saħħa). L-aħħar konsenja waslet fit-30 ta' April, 2008.
Informat ukoll li l-kuntrattur tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-Avonex injections ma ġabx l-ordni skond iż-żmien indikat fil-kuntratt, id-dipartiment xorta waħda qed jixtri stock minn band'oħra. Il-Kuntrattur għandu jirċievi l-istock minn barra minn Malta tul din il-ġimgħa u minnufih jgħaddih lid-dipartiment. Nhar is-Sibt 17 ta' Mejju, 2008 waslet konsenja limitata ta' din il-mediċina li ġiet imqassma lill-pazjenti matul tmiem il-ġimgħa.

PREZZ TAŻ-ŻEJT U ĊEREALI
383. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: In vista tal-fatt illi huwa previst li l-prezz internazzjonali taż-żejt qed jogħla u se jibqa' jogħla fil-futur qarib u kif ukoll minħabba li hemm previżjoni li anke l-prezzijiet ta' ċereali u qmugħ se jkomplu jogħlew, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri prekawzjonali se jieħu l-gvern biex inaqqas jew ixejjen l-impatt ta' din iż-żieda fuq l-ekonomija Maltija?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ĦAMRUN – ASFALTAR TA’ TOROQ
384. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli l-iskema ta' asfaltar ta' toroq residenzjali madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll meta se jkunu asfaltati Triq Eugenio Borg u Triq Wenzu Dyer fil-Hamrun?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li fix-xhur li għaddew l-ADT bniet mill-ġdid Triq Oscar Zammit, Triq Roger Debattista u Sqaq il-Kubrit (il-parti ta’ fuq u il-parti t’isfel) fil-lokalita’ tal-Ħamrun. L-ADT qegħda tkompli bil-programm ta’ bini ta’ toroq madwar Malta skond kif kien imħabbar. Triq Eugenio Borg u Triq Wenzu Dyer huma fil-lista ta' toroq li għandhom isiru.

KUNSILLI LOKALI - INFIQ TA' FLUS
385. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus kunsill b’kunsill biex tkun amministrata u sostnuta s-sistema ta’ infurzar lokali minn meta bdiet sal-31 ta’ Marzu 2008? Jista' jagħti dettaljatament min tħallas u kemm tħallas kunsill b’kunsill biex titħaddem is-sistema ta’ infurzar lokali minn meta bdiet sal-31 ta’ Marzu 2008?
ONOR. LAWRENCE GONZI: L-Onor. Interpellant jaf sew li l-ġbir ta’ l-informazzjoni mitluba, li tinvolvi aktar minn sempliċi audited accounts, hu wieħed voluminuż u li jieħu ħafna ħin. Għaldaqstant, jekk m’hemmx raġuni valida għall-ġbir ta’ din l-informazzjoni, l-Onor. Interpellant japprezza li l-ħin ta’ l-imsemmija uffiċjali awtorizzati jista’ jiġi utilizzat fuq xogħol aktar produttiv għall-ġid tal-komunitajiet lokali.
REBATE FIT-TAXXA LIL MIN JIBGĦAT IT-TFAL F’CHILD CARE CENTRES
386. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rebate fit-taxxa għal dawk li jibagħtu lit-tfal tagħhom f’child care centre facilities li tammonta għal Lm400 hijiex se tkun estiża anki lil dawk il-ġenituri li m’għandhomx dħul biżżejjed biex iħallsu t-taxxa? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm min ibbenefika minn din ir-rebate?
ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

QORMI - TAPPIERA FI TRIQ IL-VITTORJA
387. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li t-tappiera tal-ħadid ta' l-Enemalta fi Triq il-Vittorja, Ħal Qormi li tinsab quddiem il-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata minħabba l-ħsejjes li qed tikkawża?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li t-tappiera indikata mill-Onor Interpellant ma taqax taħt ir-responsabilita tal-Korporazzjoni Enemalta.

FOND GĦALL-KAWŻI ĠUSTI
388. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ min u kemm irċevew flus individwalment soċjetajiet, għaqdiet, individwi jew persuni mill-fond għall-kawżi ġusti mis-sena 2000 sal-31 ta’ Marzu 2008?

 

ONOR. TONIO FENECH: Risposta tingħata f’xi seduta oħra.



KONT TAD-DAWL U L-ILMA
389. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-post vojt li jinsab f'Ħal Qormi, u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed jintbagħtu fih kontijiet tad-dawl u l-ilma meta s-servizzi ilhom maqtugħa sa mill-1990? Jista' jara li s-sid ma jibqax jirċievi dawn il-kontijiet?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li fuq dan il-kont m’hemm xejn li jindika li l-meters tad-dawl u l-ilma inqalgħu mill-post. Għalhekk il-kirjiet tal-meters huma applikabbli. Il-persuna indikata mill-Onor. Interpellant tista' titlob li ssir spezzjoni tal-post mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

KUNSILLI LOKALI - DATATRACK SERVICES
390. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-proprjetarju tad-data li tintuza kuljum mid-datatrack services fl-immaniġġjar u fil-ħruġ ta’ ċitazzjonijiet fis-sistema nazzjonali ta’ l-infurzar lokali?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Datatrak Systems Ltd huma kuntrattati mqabbda mill-gvern permezz ta’ ftehim bejn il-kumpanija u d-direttur tal-kuntratti. It-tender specifications jistipulaw li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali hu il-proprjetarju tas-sistema, inkluż id-data kollha li hemm fis-sistema.

VALLETTA – TISWIJA TA' BANKINA
392. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jara li titranġa l-bankina fi Triq il-Lvant kantuniera ma' Taraġ Nix Mangiari l-Belt peress li minkejja li mhix f'parti residenzjali tinsab biswit Victoria Gate fejn jgħaddu ħafna Maltin u turisti?
ONOR. AUSTIN GATT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeru konċernat.

FLORIANA – TKOMPLIJA TA’ XOGĦOL F’APPARTAMENTI TAL-GVERN
393. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' l-Awtorita' tad-Djar fuq
i) it-tkomplija tal-bini ta' l-appartamenti fi Triq l-Iljun kantuniera ma' Triq l-Argotti, l-Floriana;
ii) l-istallazzjoni ta' lift fl-appartamenti, f'13 Triq Sant'Anna, Floriana?
ONOR. JOHN DALLI: Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar bi ħsiebha tkompli l-proġett tal-bini ta' appartamenti u garaxxijiet fi Triq l-Argotti/Triq l-Iljin, Furjana, fil-futur qarib tant li l-abbozz tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet pendenti qiegħed jiġi verifikat mid-Dipartiment tal-kuntratt qabel jiġi ppublikat.
Dwar l-installazzjoni tal-lift fil-blokk indikat ninsab informat li t-tqegħid ta' lift fit-tromba ta' dan il-blokk kien problematiku peress li m'hemmx pjan adekwat li fuqu jiftaħ il-bieb tal-lift. Madankollu, bħalissa, l-awtorita' qed tistudja soluzzjoni oħra li mistennija tiġi konkluża f'qasir żmien u f'dan il-każ, l-applikanti jiġu informati bid-deċiżjoni.

MELLIEĦA – TISWIJA TA’ BJUT TA’ FLATS TAL-GVERN
394. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali: Jista' l-Ministru jara li permezz tad-dipartiment konċernat jittieħdu l-passi neċessarji biex dawk il-flats tal-gvern li minflok kontrabejt għandhom madum, jiġu rranġati, għax qed joħolqu bosta nkonvenjenti lir-residenti tagħhom?
Jista' b'mod partikolari jara li l-bejt fi Block A4, Qasam ta' Pennellu Mellieħa jiġi rranġat għax b'riżultat ta' dan il-madum hemm ħafna umdita fil-flats?
ONOR. JOHN DALLI: Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtiega.

TRASPORT PUBBLIKU - UPGRADING TA' COACHES
405. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li biex isir upgrading ta' coaches, garage qed jintalab iħallas €20,000 għal din it-tibdila? Jaħseb li biex intejbu dejjem il-prodott, din it-talba għandha tinqata' ġaladarba hawn nies li jridu jtejbu l-prodott bla ma jitolbu sussidju?

ONOR. LAWRENCE GONZI: Il-pagamenti b’konnessjoni ma’ applikazzjonijiet ta’ garages huma dawk ta’ bini kummerċjali. Ir-rati applikabbli huma dawk li jidhru fit-tabella li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra aktar kmieni fis-seduta waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

Yüklə 434,86 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin