Laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ setturi differenti ta’ self-employed u sidien ta’ negozji żgħar u artiġjani għandhom ikunu organizzati mid-Diviżjoni għal-Kummerċ sabiex ikun aċċertat li Gvern li jjemmen fin--negozju ikun qrib tas-setturi kollha tan-negozji żgħar.
X’qed isir
Id-Diviżjoni tieħu ħsieb li tippromwovi l-imprenditorija billi tagħti lectures lil dawk li jkunu jixtiequ jiftħu negozju.
Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat organizza laqgħa ġenerali annwali fejn stieden l-Artiġjani reġistrati jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-proposti ta’ tibdil ta’ l-Att dwar il-Kunsill.
Bejn Ottubru u Diċembru saru 10 laqgħat li koprew 12-il Kunsill. Dawn kienu:
II-Forum għall-Imprenditorija għandu jibbaża l-ħidma tiegħu fuq l-għoti u qsim ta’ informazzjoni. F’dan il-forum tlaqgħu s-setturi ndustrijali u kummerċjali mal-qasam edukattiv mill-livel primarju sa dak universitarju bil-ħsieb li jissaħħaħ l-valur imprenditorjali għal kull individwu, jew entita’ kummerġjali. L-aċċess għan-negozju joktor u pajjiżna jkun miftuh għan-negozju ta’ kwalita’ izjed ma jkollna diskussjoni miftuħa dwar xi tfisser il-kultura imprenditorjali. Din il-kampanja edukattiva hija maħsuba biex tilħaq dawn is-suġġetti:
Il-ħtieġa li kull min qiegħed fin-negozju jifhem li huwa ta’ servizz lejn il-klijenti tiegħu. Din il-kampanja edukattiva għandha ssir permezz ta’ diskussjoni pubblika maħsuba biex tqajjem aktar interess fil-valur intrinsiku tal-kummerġ meta dan ikun ta’ servizz lejn il-bniedem u l-komunita’. Hekk mill-etika tal-kummerċ inkunu qegħdin nitkellmu dwar il-valur tal-kummerġ.
II-valur tax-xogħol u r-rispett lejn il-ħaddiem. Ix-xogħol għandu jitqies bħala valur, filwaqt li l- ħaddiema li huma impjegati għandhom ikunu wkoll rispettati. Dan il-messaġġ għandu jkun parti minn messaġġ li jrid ikun diskuss speġjalment maż-żagħżagħ u dawk li diġa jimpjegaw il-ħaddiema magħhom.
Il-profitt ġust huwa neċessita’ importanti fil-kummerċ u l-imprenditorija u ma jistax jibqa’ jitqies bħala xi azzjoni nġusta. Bħala parti mill-edukazzjoni għall-kultura imprenditorjali li rridu naraw f’pajjiżna, jeħtieġ li nibdew nitkellmu aktar dwar il-qliegħ ġust bħala neċessita’ li hija parti integrali mill-attivita’ kummerġjali. Il-profitt ma jistax jitqies bħala aspett negattiv.
Il-kummerġ u dawk kollha li huma mdaħħla fil-kummerċ, għandhom ikunu stmati b’mod pożittiv. Għalhekk, huma meħtieġa u rridu nkunu miftuħa għan-negozju. Iżjed ma jonqos il-preġudizzju li jista’ jkun hawn lejn min qiegħed fin-negozju iżjed nistgħu naslu li bħala kultura nkunu miftuħa għal iżjed negozju.
X’qed isir
Il-Forum għall-Imprenditorija, li hu iffurmat minn The Malta Chamber of Commerce and Enterprise, MHRA, Malta Employers Associantion, APEX, Commerce Division, Bord tal-Koperattivi Malta Crafts Council, Malta Federation of Industry,GRTU, Malta Institue of Management, Design Malta, Malta Enterprise, BOV, u HSBC, kien organizzat biex jiġbor fi ħdanu l-entitajiet kollha li jirrapreżżentaw setturi differenti ta’ sidien ta’ negozji sabiex, kemm fuq livell kollettiv u individwalment, is-Segretarjat ikollu l-aħjar struttura li permezz tagħha jkun jista’ jwettaq konsultazzjoni sabiex maż-żmien ikunu analizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tas-settur kummerċjali f’pajjiżna.
Permezz ta’ dan il-forum qed issir ħidma sabiex dawn l-erba’ valuri jkunu l-qofol ta’ kampanja edukattiva u ta’ messaġġ li jitwassal kemm lil dawk li qegħdin f’attività kummerċjali, kif ukoll lil dawk li qed jaħsbu biex jidħlu f’attività kummerċjali. Dawn il-valuri huma:
Il-ħtieġa li kull min qiegħed fin-negozju jifhem li huwa ta’ servizz.
Il-valur tax-xogħol u r-rispett lejn il-ħaddiem.
Il-profitt ġust huwa neċessita’ importanti fil-kummerċ u l-imprenditorija.
Il-kummerċ ta’ dawk kollha mdaħħla fil-kummerċ.
Għal dan il-għan, dawn l-erba’ valuri f’dawn l-aħħar sitt xhur kienu dejjem parti essenzjali mill-ħidma tas-Segretarjat, kemm fil-qasam edukattiv, kif ukoll fil-laqgħat ma’ setturi differenti ta’ self employed u fil-ħidma kollha li twettqet mis-Segretarjat.
Fil-prattika, dan ifisser li dawn il-valuri qegħdin ikunu mogħtija importanza kbira u qed jiġu promossi b’diversi modi, fosthom f’laqgħat għas-self employed fil-Kunsilli Lokali u fil-Malta Enterprise, f’diskussjonijiet fl-Istituti ta’ l-MCAST ta’ l-Agribusiness, ta’ l-Art and Design, Building and Construction Engineering, Business and Commerce, Community Services, Electrical and Electronics Engineering, Information and Communicatin Technology, Maritime, Mechanical Engineering u Gozo Centres, fl-Università ta’ Malta, fi skejjel primarji u sekondarji, u f’laqgħat ma’ l-għalliema tal-Business Studies, tal-P.S.D. u Counsellors fl-iskejjel. Dawk preżenti qegħdin jiġu mgħotija kopja tad-dokument ta’ kodiċi ta’ etika u corporate social responsability għal min qiegħed fin-negozju, li ġie maħruġ mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed bit-titlu ta’ “Il-Valur Tas-Solidarjeta Fin-Negozju: Biex Nirbħu Fil-Kompetizzjoni”