Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə3/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22



Inizjattiva 3

Koperattivi - mod ieħor ta’ kif isir in-negozju


Permezz tas-Segretarjat, il-Gvern ser ikun qiegħed iwettaq programm ta’ diskussjoni aktar miftuħ fuq il--Koperattia bħala mod ieħor ta’ kif jista’ jsir in-negozju. Din il-ħidma ser issir mis-Segretarjat flimkien mal-Bord tal-Koperattivi u l-APEX. Dan bil-għan li l-koperattivi jkunu preżentati lis-settur kummerġjali bħala mod alternattiv ta’ kif persuni jistgħu jiġu flimkien u jiffurmaw attivita kummerġjali. Din il-ħidma ser ikollha bħala għan fost l-oħrajn:

  • sinerġija u koperazzjoni bejn il-membri,

  • joint ventures ma’ koperattivi barranin,

  • ristrutturar ta l-intrapriżi membri,

  • sfruttament għaqli ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea,

  • titjib fl-effiġenza u kwalità fis-servizz provdut mill-koperattivi,

  • żieda fil-varjetà ta’ prodotti u fil-valur miżjud,

  • żieda fil-produzzjoni u fis-suq,

  • lis-settur tal-koperattivi nagħmluh vijabbli, kompettiv u sostenibbli, u

  • li nilħqu dejjem aktar il-bżonnijiet tal-membri.

X’qed isir

    1. Saru numru ta’ laqgħat bejn il-Bord tal-Koperattivi u l-APEX fejn kienet analizzata l-liġi tal-Koperattivi.

    2. Wara li saret Konferenza Nazzjonali flimkien mal-APEX u l-Bord tal-Koperattivi u li minnha rriżulta dawn li-Inizjattivi msemmija hawn fuq, is-Segretarjat mexxa laqgħat mal-Bord u l-APEX biex tkun analizzata l-liġi tal-Koperattivi u jkunu proposti emendi.

    3. Fil-preżent qed isiru attivitajiet organnizzati mill-APEX biex ifakkru s-60 sena mit-twaqqif tal-koperattivi u 10 snin mit-twaqqif tal-APEX.

    4. Dawn l-objettivi hawn fuq imsemmija se jkunu l-inizjattivi li s-Segretarjat se jibqa’ jikkonsulta mal-Bord tal-Koperattivi u l-APEX sabiex tkompli ssir ħidma biex ikunu implimentati

    5. Grazzi ghall-inizjattivi li ittieħdu dan l-aħħar mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, mill-Bord tal-Koperattivi, mill-APEX u mill-Fond Ċentrali tal-Koperattivi, ġew reġistrati erba’ koperattivi ġodda li tnejn minnhom joperaw fil-qasam tas-servizzi, filwaqt li tnejn minnhom joperaw fl-agro-industrija.



Inizjattiva 4

Ħidma kontra kompetizzjoni nġusta





Il-ħidma kontra l-kompetizzjoni inġusta għandha tkun prijorita fl-enforcement ta’ awtoritajiet u entitajiet governattivi li huma regolaturi ta’ standards ta’ kwalita. Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-Gvern irid jara li l-enforcement fuq l-istandards ikun wieħed mifrux mal-pajjiz kollu biex b’hekk titnaqqas il-black economy u kull min qiegħed jagħmel attività kummerġjali jkun regolat bl-istess mod.

X’qed isir

  1. Kienet ikkordinata ħidma mal-Ministeru tal-Finanzi, Dwana u VAT sabiex tkun ikordinata ħidma ta’sorveljanza fuq it-trasport lejn Malta biex sakemm jista’ jkun jitnaqqas dak li kien qed jiġi meqjus bħala illicit trading.

  2. Fir-rigward għaż-żamma tal-istandards il-Ministeru għall-Kompetittivita u l-Komunikazzjoni għamel emendi fil-liġi fejn ipoġġi r-responsabilta tal-Market Surveillance fuq l-Malta Standards Authority.



Inizjattiva 5

Mentalita’ miftuħa għan-negozju fost dipartimenti tal-Gvern


Id-Diviżjoni għall-Kummerċ għandha tkompli ttejjeb il-ħidma sabiex tiżviluppa r-rwol tagħha bħala l-entita governattiva li tippromwovi leadership fost entitajiet governattivi b’attivitajiet maħsuba sabiex iwasslu lid-dipartimenti governattivi jkunu aktar business-friendly u inqas burokratiċi.

X’qed isir

  1. Id-Diviżjoni għall-Kummerċ ħadmet ma’ l-ETC sabiex l-engagement forms jiġu sottomessi fil-Business Care Unit tad-Diviżjoni. Saru sottomissjonijiet ma’ l-OPM sabiex id-Diviżjoni, permezz tat-tisħiħ tal-Business Care Unit, tkun tista’ testendi dawn il-kollaborazzjonijiet ma’ Dipartimenti oħra.

  2. Saru diversi inizjattivi biex jiġi faċilitat l-ħruġ tal-liċenzi matul is-snin. Id-Diviżjoni qed tieħu l-opportunità li f’ laqgħat li jkollha, fejn ikunu preżenti awtoritajiet oħra li joħorġu l-liċenzi, ssemmi dawn l-inizjattivi sabiex ikunu ta’ eżempju għal azzjonijiet simili minn dawn l-awtoritajiet.

  3. Il-liġijiet li jaqgħu taħt ir-remit tad-Diviżjoni, li jirrigwardjaw liċenzi tan-negozju, liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni u liġijiet dwar proprjetà intellettwali, ġew emendati diversi drabi dawn l-aħħar snin biex, fost l-oħrajn, jiġi faċilitat l-użu tagħhom min-nies tan-negozju.

  1. Id-Diviżjoni tieħu l-opportunità li dawn l-inizjattivi ssemmihom f’diversi seminars li torganizza jew tipparteċipa fihom.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin