SUR JOHANN BUTTIGIEG: Jien m’iniex infurmat li qatt xi darba kien hemm rakkmandazzjoni min-naħa tad-Direttorat għas-Saħħa li l-PA marret kontriha, imma rrid nivverifika għax m’għandix l-informazzjoni.
ONOR. MARLENE FARRUGIA: Issa xtaqt nistaqsi lill-uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali jekk ikunx hemm kundizzjonijiet marbuta mat-trade licence li tinħareġ biex dik l-istess trade licence tibqa’ in vigore.Meta dik it-trade licence tiġi biex tiġġedded, terġgħu tmorru tispezzjonaw? Pereżempju, id-dental clinics jiġu għandna darbtejn fis-sena biex jaraw li minn dak li nkunu għednilhom kollox ikun għadu jiffunzjona. Jekk, pereżempju, għandek attività li tista’ toħloq tniġġis fl-arja, għandkom is-saħħa li torbtuha mat-tiġdid tat-trade licence? Pereżempju, jekk jiġu għandi u jaraw li m’iniex up to standard jgħiduli li l-liċenzja mhijiex se tiġġeddidli sakemm nirranġa l-affarijiet. Intom għandkom dik is-saħħa fejn jidħlu dawn l-attivitajiet industrijali li jikkawżaw tniġġis?