Malta debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 430,19 Kb.
səhifə1/8
tarix03.01.2019
ölçüsü430,19 Kb.
#88944
  1   2   3   4   5   6   7   8
    Bu səhifədəki naviqasiya:
  • MINUTI

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 203


It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998

Stampat fl-Uffiċċju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 203


It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fid-6.14 p.m.

Talba

SEDUTA NRU. 203
It-Tnejn, 23 ta' Marzu, 1998


WERREJ

MINUTI 108

MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI 108

TQEGĦID TA' KARTI 112

RULING 116

MOZZJONIJIET 117

ESTIMI TA' NFIQ TA' L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA FINANZJARJA 1998 117

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 118

ABBOZZ TA' LIĠI DWAR SERVIZZI TAT-TURIŻMU GĦAL MALTA 118

MALTA TOURISM SERVICES BILL 118

AĠĠORNAMENT 127

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 132

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 164





MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru. 202 li saret nhar l-Erbgħa, 18 ta' Marzu, 1998 ġew konfermati.


MISTOQSIJIET-TWEĠIBIET ORALI




TELEMALTA - NEFQA KAPITALI

10379. L-ONOR. JEFFREY PULLICINO ORLANDO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma kapitali li kellha tonfoq il-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997? Kemm ntnefqu s'issa? X'kien l-apparat li nxtara? F'liema stadju wasal kull proġett? X'inhi l-qagħda tal-proġetti l-oħra li ġew approvati minn din il-Kamra għas-sena 1997 u li għadu ma sarx infiq fuqhom?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru mingħajr Portafoll fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li s-somma kapitali approvata mill-Korporazzjoni Telemalta għas-sena 1997 kienet ta' Lm10.747 miljun. Madankollu din ġiet riveduta għal Lm6.751 miljun. Is-somma ta' Lm2.427 miljun tħallset sa l-aħħar ta' l-1997 filwaqt li l-bqija, jiġifieri Lm4.323 miljun, huma pagamenti li se jitħallsu matul din is-sena.
Kien hemm 18-il proġett u fuq kollha sar xi nfiq:
Proġett 1 - switching & transmission
Xi partijiet minn dan il-proġett qiegħdin jiġu stallati. Għall-partijiet oħra l-offerti qed jiġu studjati filwaqt li oħrajn qegħdin jiġu ppjanati.
Proġett 2 - external plant
Il-materjal inkluż inxtara jew ġie ordnat.
Proġett 3 - civil engineering works
Ix-xogħol mexa kif programmat.
Proġett 4 - remote subscriber line test system
Kważi komplut, il-pagamenti jsiru wara li jitlesta l-proġett.
Proġett 5 - subscribers terminal equipment
Xi offerti għall-apparat, inkluż f'dan il-proġett, qegħdin jiġu evalwati filwaqt li għal xi apparat ieħor qegħdin jiġu ppreparati l-ispecifications.
Proġetti 6 u 7 - mechanical aids u transport
L-offerti għax-xiri ta' vannijiet ġodda u xi apparat ieħor qed jiġu evalwati.
Proġett 8 - international exchange
L-exchange internazzjonali l-ġdid beda jaħdem u l-pagament dovut ser isir dalwaqt.
Proġetti 9 u 10 - computerisation hardware & software
Xi proġetti qed jiġu ppreparati filwaqt li l-offerti għal xi oħrajn qed jiġu evalwati.
Proġett 11 - bini u servizzi
L-estensjoni tal-bini tal-Magħtab earth station kważi lest u r-refurbishment tal-bini tan-Naxxar radio link se jinbeda dalwaqt. L-offerti għall-bini ta' l-administration block tal-Marsa u r-restorazzjoni tat-Torri ta' Kenuna f'Għawdex qed jiġu evalwati.
Proġett 12 - air-conditioning
Xi proġetti ta' l-arja kondizzjonata diġa lesti filwaqt li oħrajn qed jiġu ppjanati.
Proġett 13 - għodda
L-Għodda li d-diversi sezzjonijiet tal-korporazzjoni kellhom bżonn matul l-1997 inxtraw.
Proġett 14 - għamara għall-uffiċini
L-għamara approvata inxtrat jew ġiet ordnata.
Proġett 15 - office equipment
It-tagħmir għall-uffiċini approvat inxtara jew ġie ordnat.
Proġetti 16 u 17 - international transmission & non-voice services
L-offerti għal diversi tipi ta' apparat qed jiġu evalwati.
Proġett 18 - direct labour
Il-pagamenti dovuti kollha ġew imħallsa.

TELEMALTA - ĦSARA

10821. L-ONOR. JEFFREY PULLICINO ORLANDO (f'isem l-Onor. Francis Zammit Dimech) staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jispjega b'mod dettaljat x'wassal għal failure fis-sistema nazzjonali tat-telekomunikazzjoni lejliet il-Milied ta' l-1997? Jista' l-Prim Ministru, f'kull każ, jinforma lill-Kamra kif żviluppat preċiżament din il-ħsara u kemm laqtet exchanges tat-telefon? Jista' jgħid jekk hemmx kalkolu ta' kemm seta' ntilef traffiku lokali u internazzjonali? Kemm damet biex tissewwa din l-istess ħsara?
ONOR. JOE MIZZI (f'isem il-Prim Ministru): Ninsab informat li s-sistema SDH, synchronous digital hierarchy, bdiet taħdem fi Frar ta' l-1996. Dan l-apparat għandu l-funzjoni li jgħaqqad it-traffiku internazzjonali u jqassmu għas-submarine cable u għat-trasmissjoni bis-satellita mill-Magħtab earth station. Għalhekk din is-sistema hi mqabbda ma' bosta exchanges sabiex ikollhom faċilita' internazzjonali. L-SDH tinkorpora sistema ta' duplikazzjoni fejn għal kull parti elettronika hemm oħra identika li sservi ta' stand-by. Ta' min jgħid li s-sistema għandha wkoll rotta alternattiva bejn l-exchanges fejn it-traffiku jista' jew jgħaddi mill-exchange f'Tas-Sliema jew inkella mir-radio link fin-Naxxar.
Il-ħsara seħħet eżatt fl-10.23 a.m. nhar l-24 ta' Diċembru, 1997. Din ġrat wara li f'perijodu relattivament żgħir ta' ħin, żewġ partijiet tal-memorja fis-sistema tal-control and timing subrack ma ħadmux. L-apparat stand-by ta' din il-parti kien fuq l-alarm ukoll pero' ma bediex jikkawża problemi lis-central processing units, is-CPUs. Meta l-parti li bdiet tikkawża l-problema ġiet mibdula ma' oħra ġdida, l-informazzjoni ma ġietx trasferita mill-istand-by awtomatikament, kif kellu jiġri, u għalhekk is-sistema waqgħet u ma bdietx tiffunzjona sew. Wara li saru konsultazzjonijiet ma' Marconi spa. ta' Ruma - li mmanifatturaw u stallaw din is-sistema - ġie deċiż li s-sistema tiġi pprogrammata mill-ġdid. Għaldaqstant is-servizzi kollha marbuta ma' l-exchange ta' Birkirkara ġew interrotti. Saret ħidma kontinwa sabiex is-servizzi kollha jiġu għan-normal u t-traffiku bejn Birkirkara u l-exchange ta' San Ġorġ ġie għan-normal fi ftit aktar minn sagħtejn.
Din il-lista turi l-ħinijiet li fihom is-servizz ġie għan-normal fid-diversi exchanges:-


Exchange

Ħin

intenational links (B'Kara u San Gorġ)

12.33

Marsa

14.55

Sliema

18.06

Rabat

18.47

St.Paul's Bay

19.00

Żejtun

19.12

Żurrieq

19.21

Żebbuġ

19.27

Mosta

20.30

Mellieħa

21.48

Ċerti ċirkwiti bdew jiġu maqluba għas-sistema PDH, pleasiochronous digital hierarchy. Din hi sistema oħra ta' transmissjoni li kienu jużaw l-exchanges qabel ma bdiet taħdem l-SDH. Ċerti exchanges għadhom jużaw is-sistema PDH, li hi sistema moderna, iżda l-SDH hi aktar avvanzata. Aktar 'il quddiem l-exchanges kollha se jiġu jaħdmu taħt il-kontroll ta' l-SDH, minħabba l-vantaġġi tekniċi li din iġġorr magħha.


Fis-6.47 p.m., eżatt kif tqabbad l-exchange tar-Rabat, l-SDH reġa' beda jiffunzjona sew u wara l-exchanges kollha bdew ġejjin għan-normal.
It-tabella segwenti turi kif ġew affettwati l-links ta' kull exchange hekk kif seħħ dan l-inċident.
Rotta Links Links bil- Links

Jaħdmu Ħsara Totali
MAT-SLT 17 0 17

MAT-SL1 4 7 11

MAT-ZN1 11 12 23

MAT-SPT 2 12 14

MAT-ZNT 10 11 21

MA1-ZNT 9 4 13

ZN2-SLT 4 5 9

ZN2-ZRQ 9 9 18

ZN2-BBG 12 0 12

ZN2-MSK 8 0 8

ZNT-SLT 14 2 16

ZNT-SPT 4 7 11

SLT-ZN2 4 5 9

SPT-RB 5 2 7

SPT-GO 7 4 11

SPT-MO 4 10 14

MO-ZBG 1 1 2

MO-RB 2 1 3

SG-SLT 18 0 18

ZBG-RB 2 0 2

BK-GO 9 0 9

TOTAL 156 92 248


Kull exchange individwali baqa' jaħdem kif suppost u kull min ried iċempel lil xi ħadd fuq l-istess exchange seta' jagħmel dan, bl-eċċezzjoni ta' l-exchange taż-Żurrieq.
Il-partijiet elettroniċi li kkawżaw il-ħsara ġew irritornati lil Marconi spa għat-testijiet. F'Jannar ġew żewġ esperti minn Marconi sabiex jistudjaw x'seta' kkawża dan kollu u biex jagħtu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom ħalli jiġu evitati problemi simili.
Rigward il-parti tal-mistoqsija fejn l-Onor. Interpellant qed jistaqsi kemm seta' ntilef traffiku lokali u internazzjonali, dan għandu jirriferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10829 fis-Seduta Nru.171.

MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): L-Onor. Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.
ONOR. JOE CASSAR: Billi l-Ministru semma li kellhom jingħataw xi rakkmandazzjonijiet, jista' jgħidilna jekk dawn ingħatawx? Jista' jgħidilna wkoll x'sar dwarhom?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Li nista' ngħid huwa li dak li kien jingħad qabel, jiġifieri li n-nies tat-Telemalta kienu mħarrġin fuq dan l-apparat, ma kien veru xejn.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Jiġifieri minn dak kollu li qralna l-Ministru dan biss irriżulta?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Iva, l-iktar ħaġa importanti kienet li dawn in-nies ma kenux imħarrġa kif suppost fuq dan l-apparat.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Jiġifieri l-Ministru qed jgħid li kulma ġara kien ħtija tal-ħaddiema tal-korporazzjoni?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Le, imma kieku l-ħaddiema kienu trained kif suppost fuq dan l-apparat il-ħsara ma kenitx iddum daqshekk u ma kienx jiġri dak li ġara.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea, mistoqsija supplimentari.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru qiegħed f'pożizzjoni li jgħidilna xi training ġdid ingħataw dawn il-ħaddiema fuq it-tip ta' apparat li qed jitkellem dwaru?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Iva, it-training hu li meta tiġri xi ħaġa bħal din il-memorja għandha tinżamm u mhux tintilef, kif ġara.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, dan hu xi tip ta' training speċjalizzat ġdid li sar matul dawn l-aħħar sena u nofs?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Iva, wara li ġrat dik il-ħsara l-ħaddiema ngħataw dan it-training għax għalkemm qalulna li kienu ngħataw it-taħriġ meħtieġ, minn din l-inkjesta rriżulta li dak it-taħriġ ma kienx ingħata.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk m'iniex sejjer żball id-domanda tirriferi għal Diċembru ta' l-1997. Allura jekk bejn Novembru ta' l-1996 u Diċembru ta' l-1997 hemm sena u xahrejn, il-Ministru ma kellux ċans jinduna b'dan in-nuqqas ta' training qabel?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Le, ma setax jinduna għaliex kienu spjegawlu li l-ħaddiema ngħataw it-taħriġ, imbagħad minn din l-inkjesta rriżulta li dan ma kienx minnu.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Michael Frendo, mistoqsija supplimentari.
ONOR. MICHAEL FRENDO: Jista' l-Ministru jindika jekk ir-responsabbilta' sabiex isir it-training kenitx ta' min ipprovda dan l-apparat?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Nista' ngħid li r-responsabbilta' hija taż-żewġ naħat, għaliex min jixtri l-apparat għandu jara li jiġi mħarreġ sew.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jista' l-Ministru jgħidilna kull kemm żmien suppost ikollhom refresher courses il-ħaddiema li joperaw dan it-tip ta' makkinarju partikolari?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Jekk nimxu fuq is-sistema tal-Gvern preċedenti, darba f'għomorhom!
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, jekk nimxu fuq is-sistema tal-Gvern preżenti, kull kemm?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Ta' spiss!
MADAM SPEAKER: L-Onor. Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, il-Ministru għadu kif qal li dawn il-korsijiet isiru "ta' spiss", imma kellu jinqala' inċident biex jinduna li kien hemm bżonn isir dan it-training. Jista' jgħidilna x'tip ta' refresher courses qed ikollhom dawn il-ħaddiema u kull meta?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: Naċċertak li din il-proċedura nbdiet minn qabel ma sar l-inċident. GĦalkemm kien hemm miktub speċifikament li każ bħal dan qatt ma seta' jseħħ, irriżulta li dak li kien jidher fl-informazzjoni, jiġifieri li l-ħaddiema ġew imħarrġa kif suppost u li għandhom in-know-how ta' kif iħaddmu dan l-equipment, ma kienx minnu.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Michael Frendo, mistoqsija supplimentari.
ONOR. MICHAEL FRENDO: Madam Speaker, nitlob lill-Ministru sabiex jieħu nota tal-fatt li dak li ġara kien xi ħaġa eċċezzjonali li għamel ħafna deni lil Malta u li tellef ħafna dħul ekonomiku. Naħseb li għandu jsir assessment ta' kemm intilef xogħol dak inhar meta Malta kienet iżolata mill-bqija tad-dinja. Jista' l-Ministru jara wkoll jekk min ipprovda dan l-equipment kienx responsabbli li jagħti t-training lill-ħaddiema u fil-każ jieħu l-passi neċessarji?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. JOE MIZZI: L-ewwelnett m'huwiex minnu li Malta kienet maqtugħa mill-bqija tad-dinja. Din il-ħaġa għamilniha ċara kemm-il darba.
Barra minn hekk, jiddispjaċini ngħid li ma nafx jekk kienx l-Onor. Interpellant stess li kien responsabbli mill-approval ta' dan it-training.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda. Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti. Il-Prim Ministru.


Yüklə 430,19 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin