MADAM SPEAKER: L-Onor. Austin Gatt.
ONOR. AUSTIN GATT: Apparti li jiena ma nara assolutament xejn minn dan, jista' l-Prim Ministru jgħid meta rah l-aħħar il-video? MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Sinjura President, naħseb li meta wieħed jara l-video b'mod dispassionate u b'mod oġġettiv jifhem ... Issa jekk l-Onor. Gatt għalih dik m'hijiex
behaviour jew mhux aġir irresponsabbli min-naħa tal-ministru, għandna kriterji differenti ta' kif titmexxa d-demokrazija u s-sigurta'. Fl-aħħar 30 u 40 sena kellna wisq eżempji fejn is-sistemi ta' sigurta' fil-pajjiż kienu mħawwda min-naħa ta' min qed imexxihom b'mod li, fl-opinoni tiegħi, m'huwiex aċċettabbli f'demokrazija. Ra x'ra l-Onor. Gatt u rajt x'rajt jien, dak il-video juri testwalment aġir ta' ministru vis-a-vis il-Pulizija jiġifieri, is-servizzi ta' sigurta', li nerġa' nirrepeti m'huwiex aċċettabbli f'demokrazija moderna u li tippretendi li hija Ewropea.