ONOR. LINO SPITERI: Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 16 ta' l-1997 - Avviż ta' l-1997 dwar Estensjoni għat-Tnaqqis fir-Rata tat-Taxxa fuq l-Income dovuta fuq Qligħ jew Profitti ta' Kumpanniji Kwotati; u
Skeda li turi l-policy dwar eżenzjonijiet fuq xiri ta' vetturi minn persuni b'diżabilita', bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2486.
MADAM SPEAKER:Grazzi. Il-Ministru Joe Mizzi f'isem il-Ministru Bartolo.
ONOR. JOE MIZZI: (F'isem il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): Madam Speaker, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
Avviż Legali Nru 9 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 dwar il-Kors għall-Grad ta' Doctor of Laws - LL.D.;
Avviż Legali Nru 10 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1988 għall-Kors tad-Diploma fit-Teoloġija Pastorali (Dipl. Past. Th.);
Avviż Legali Nru 11 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1995 għall-Kors għall-grad ta' Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies - B.A. Leg. & Hum. St.; u
Avviż Legali Nru 12 ta' l-1997 - Regolamenti ta' l-1997 biex jemendaw ir-Regolamenti ta' l-1992 għall-Kors tad-Diploma fl-Amministrazzjoni Pubblika (DPA).
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Joe Debono Grech.