ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-ħlas li sar lil konsorzju ta' kuntratturi li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett ta' toroq ġodda f'Tal-Qroqq mill-1 ta' Ġunju 1995 sa l-aħħar ta' Diċembru 1996 kien hekk:
LM Data
a) 81,937 28/11/95
b) 52,335 27/12/95
c) 292,448 26/04/96
d) 65,795 27/06/96
e) 17,478 30/08/96
f) 280,362 03/10/96
__________
Total 943,355
==========
L-istima oriġinali tal-kuntratt kienet ta' LM 2.12 Miljun. Skond il-"Letter of Acceptance" ix-xogħlijiet f'Tal-Qroqq kienu pjanati li jitlestew sa l-aħħar ta' l-1996. Il-proġett issa mistenni li jitlesta' sa l-aħħar ta' Marzu ta' l-1997.
Il-valur totali tal-proġett li jinkludu stimi ta' xi xogħlijiet sekondarji minn kuntratturi oħra u kumpens lil terzi għal esproprijazzjoni ta' art għall-proġett hu LM 2.5 Miljun.
Dan l-ammont ma jinkludiex talbiet għal-"variations" u "extra works" mill-konsorzju, li jridu jiġu kkunsidrati mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kuntratti.