Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


SKEJJEL - NAXXAR - 'FACILITATOR'



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə73/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   69   70   71   72   73   74   75   76   ...   96
SKEJJEL - NAXXAR - 'FACILITATOR'

2493. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni billi jiġi provdut 'facilitator' fl-iSkola Primarja tan-Naxxar ħalli tifla li tbati minn 'global mental disorder' tkun tista' tirċievi s-servizz edukattiv li kien diġa' ġie ppjanat għaliha?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Bħalissa ma hemmx Kindergarten Assistants li jistgħu jintbagħtu fl-iskola tan-Naxxar, pero' qed isir kull sforz biex tinstab soluzzjoni.


KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

2494. L-ONOR. RICHARD MUSCAT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ waqt id-dibattitu tal-Budget dwar il-problemi ambjentali u ta' servizzi li qed jiffaċċjaw il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, jista' l-Ministru jara sewwa u jikkonferma li fi Frar, 1996, jiena, fil-kariga li kont nokkupa, kont ilqajt fl-uffiċċju tiegħi delegazzjoni tal-K.N.Ż. u s-Segretarju tal-Planning Authority, u wara diskussjoni dwar il-problemi u inkonvenjent li sabu ma' wiċċhom dawn iż-żgħażagħ b'riżultat tal-miżuri stretti ħafna ta' sigurta' li ħadet l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar, ġie deċiż li:- 1) Il-Planning Authority tara li jiġi rranġat l-ambjent imdallam tal-"parking" barra mill-"precincts" ta' St. Francis Ravelin; 2) peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed timmira biex tieħu wkoll il-"premises" tal-K.N.Ż tkun l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar li tieħu inizjattiva biex jinsab post alternattiv għall-K.N.Ż. bl-appoġġ sħiħ tiegħi?


Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   69   70   71   72   73   74   75   76   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin