THE DEPUTY SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: Din hija osservazzjoni importanti ħafna però rridu niċċaraw li r-regoli li fuqhom jaħdmu l-banek kollha Ewropej se jibqgħu ta’ kompetenza ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kunsill. Banking regulation in the EU is not made by the ECB imma by the Council and Parliament. It-tfassil tar-regoli Ewropej dwar is-sistemi bankarji f’termini ta’ capital adequacy ratios, pereżempju, u dawn it-tip ta’ affarijiet, se jibqgħu jiġu determinati fuq livell tas-27 pajjiż. L-irwol tal-ECB u tal-entitajiet huwa ta’ superviżjoni ta’ dawk ir-regoli u mhux ta’ ħolqien ta’ regoli ġodda. Mela mhux se jkun hemm regoli bankarji differenti bejn il-banek li huma fiż-Żona Ewro u l-banek li huma barra ż-Żona Ewro. Dak huwa prinċipju importanti minħabba, kif enfasizza l-Onor. Sant, il-protezzjoni tas-single market. Hija biss the competance of supervision li qed nitkellmu fuqha u allura qed nagħtu the ultimate responsibility to the ECB in terms of supervision. Issa, humanly speaking, lanqas huwa prattiku li tipprova tagħmilhom kollha hi u allura għandha tibqa’ tuża l-istrutturi, permezz ta’ delegi, li hemm fil-pajjiż.
Ovvjament hi se jkollha aktar superviżjoni diretta ta’ dawk li s-systemic banks Ewropej, b’mod partikolari dawk li jmissu maż-Żona Ewro għaliex ovvjament dawk huwa l-aktar li jistgħu joħolqu diffikultajiet. Imbagħad il-layer l-ieħor ikopruh ir-regolaturi l-oħrajn. Imma jekk aħna rridu noħorġu r-regolamenti tagħna, aħna dejjem nistgħu. Pereżempju jekk aħna rridu nagħmlu capital adequacy ratio aktar għolja għall-banek Maltin, nistgħu nagħmulha għaliex ir-regoli Ewropej huma dejjem il-minimu. Jekk inti trid tista’ tagħmel aktar imma ovvjament ikollok l-issue ta’ kompetittività kontrik jekk tagħmel aktar. Dak il-livell ta’ awtonomija regolatorja mhux se jitneħħa mill-pajjiż. L-istruttura ta’ min jiddeċiedi xiex fuq livell ta’ regoli bankarji ma nbidlitx, imma hija biss is-superviżjoni li fuqha qed tinħoloq l-istruttura.
Dostları ilə paylaş: |