ONOR. TONIO FENECH: Irrid infakkar li fuq livell Ewropew diġà hemm struttura tas-27 pajjiż li hija l-ESMA. Fil-fatt kien hemm mument fejn kien hemm min staqsa għaliex din mhux qed tgħaddi għand l-ESMA. Id-diffikultà kienet min-naħa l-oħra li billi kienet taż-Żona Ewro primarjament, legalment, il-Kummissjoni sabet diffikultà li tgħaddiha tramite l-ESMA anke għaliex kif nafu hemm żewġ pajjiżi, l-Ingilterra u r-Repubblika Ċeka li ma daħlux fiha. Mill-banda l-oħra llum il-cross-border supervision tal-HSBC taqa’ taħt l-ESMA peress li l-head office tiegħu huwa l-Ingilterra. There is an element of accountability at a European level. Allura xorta għad hemm f’dan is-sens dik is-superviżjoni li qed issir u xorta regolatur Malti jibqa’ janalizza mill-qrib is-sitwazzjoni tal-bank li qiegħed Malta. Billi l-head office qiegħed l-Ingilterra ma jfissirx li aħna ma nħarsux lejn is-sitwazzjoni tal-bank li qiegħed Malta.