Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati


ONOR. CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə43/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   39   40   41   42   43   44   45   46   ...   212
ONOR. CHRIS AGIUS (Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport): Sur President, grazzi tal-kliem sabiħ li ntqal miż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll min-naħa tiegħek. Nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor urew is-sogħba tagħhom magħna fit-telfa li sofrejna ta’ missieri.
Kif qal il-Prim Ministru, l-attendenza li kien hemm għall-funeral kienet turija tar-rispett kbir li kien igawdi missieri, rispett li żgur kien rifless ta’ dak li għamel matul ħajtu fil-ħidma tiegħu. Missieri għallimna l-importanza tal-irġulija, l-għaqda tal-familja, l-importanza tal-edukazzjoni u l-bżulija. Missieri kien raġel li l-esperjenza tal-ħajja għallmitu jħobb lil min hu inqas ixxurtjat minnu. Kien bniedem li għen ħafna nies, kien eżempju ħaj ta’ soċjaliżmu ta’ veru. Għalkemm kont naf kemm kien iħobb jgħin u jaqsam dak li għandu ma’ min għandu inqas minnu, wara mewtu resqu fuqi nies li ma kontx naf kemm kienu sabu għajnuna mingħandu meta seta’ u l-appoġġ tiegħu f’kull talba li ressqu għandu.
Flimkien ma’ ommi rabba familja magħquda u rabbiena nfittxu lil xulxin f’kull ħin. Kienet l-għaxqa tiegħu li kull nhar ta’ Sibt filgħaxija niltaqgħu l-familja kollha għandu biex ngħidu kelma. Għalija kien missier li għallimni nkun raġel dejjem u f’kull ċirkostanza. Għallimni li x-xogħol u l-bżulija huma doni li jagħmluk raġel. Kien missier iżda kien ukoll ħabib ta’ vera li miegħu qsamt ħafna mumenti sbieħ sal-aħħar żmien meta sejjaħlu l-Ħallieq. Grazzi. (Onor. Membri: Hear, hear)
MR SPEAKER: Grazzi. Nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il-kondoljanzi lill-familja tal-Onor. Chris Agius.
Nixtieq ninforma lill-Kamra li fl-4 ta’ Ottubru, 2014 miet is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Parliamentary Association, Dr William F. Shija. Huwa serva bħala Segretarju Ġenerali tal-istess assoċjazzjoni għal kważi tmien snin, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2007 sakemm miet aktar kmieni dan ix-xahar eżattament waqt li d-delegazzjoni Maltija mmexxija minni u komposta mill-Onor. Carmelo Abela, l-Onor. Anthony Agius Decelis u l-Onor. David Agius kienet qed tattendi s-60 Konferenza tal-Commonwealth Parliamentary Association fil-Kamerun. Dr Shija żar Malta diversi drabi bl-aħħar żjara tiegħu tkun għas-sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li nżammet f’Malta fl-2012.
Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet? Il-Ministru Owen Bonnici.


Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   39   40   41   42   43   44   45   46   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin