PULIZIJA TAD-DISTRETT - TAĦRIĠ 9172. L-ONOR. DAVID AGIUS (f’isem l-Onor. Jason Azzopardi) staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa taħriġ, fiżiku u akkademiku, core combat jew le, kull xahar qed jagħmel kull membru tal-Pulizija tad-Distretti fil-perijodu li fih qed issir din l-interpellanza?
ONOR. EMANUEL MALLIA:Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-in-service training beda jingħata mill-ġdid. Fil-fatt l-ewwel uffiċjali tal-Pulizija bdew jattendu dan it-taħriġ minn nhar it-Tnejn, 29 ta’ Settembru, 2014. Fil-preżent kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn is-7.30 a.m. u 3.30 p.m. qed ikun hemm 31 membru tal-Korp għal taħriġ akkademiku (policies, ċirkolarijiet u liġijiet). Dawn jiġu mill-ħin tax-xogħol għax jew ikunu 1st watch jew mill-uffiċini. Bejn is-1.00 p.m.u l-5.00 p.m. ikun hemm tmien membri tal-Korp għal taħrig fl-armi. Dawn ukoll jiġu mill-ħin tax-xogħol (2nd watch). Għaddej ukoll kors bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m. għal għoxrin immigration officers (pajzana u pulizija) dwar document examination.
Minn nhar it-Tnejn, 6 ta’ Ottubru beda wkoll il-kors ta’ filgħaxija għal 31 officer cadet. Kuljum qed ikun hemm 90 persuna jieħdu t-taħrig fl-Akkademja tal-Pulizija.
MR SPEAKER: L-Onor. David Agius, mistoqsija supplimentari.