Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,86 Mb.
səhifə51/212
tarix10.01.2022
ölçüsü0,86 Mb.
#100919
1   ...   47   48   49   50   51   52   53   54   ...   212
ONOR. MICHAEL GONZI: Sur President, dan l-Aġġornament tiegħi nixtieq niddedikah għal tliet pazjenti Maltin li sfortunatament qed ibatu mill-marda tal-kanċer tal-pulmun. Jien naf lil waħda minn dawn il-pazjenti. Dawn it-tliet pazjenti jbatu minn tip ta’ kanċer tal-pulmun li huwa rari. Fil-fatt dan il-kanċer tal-pulmun mhuwiex dak li aħna nassoċjawh mas-sigaretti jew ma’ xi sustanzi oħrajn li jagħmlu l-ħsara u li dwarhom għadna kemm kellna diskussjoni mal-Kummissarju Ewropew Tonio Borg. Dan it-tip ta’ kanċer jiżviluppa fuq dawn il-pazjenti mingħajr kważi ebda raġuni.
Dan il-kanċer jismu Metastatic Anaplastic Lymphoma Kinase With Non-small Cell Lung Cancer (ALK). L-isem mhuwiex daqshekk importanti. Li huwa żgur hu li dan huwa kanċer rari. Fil-fatt 45,000 persuna jbatu minn dan it-tip ta’ kanċer kull sena madwar id-dinja. Dan it-tip ta’ kanċer jista’ jirrispondi għal trattament bil-mediċina li jisimha Crizotinib. S’issa din il-mediċina tat riżultati aħjar mit-trattament tradizzjonali tal-kimoterapija. Dan it-trattament ma jfejjaqx il-kanċer imma jista’ jikkontrollah aħjar u jtawwal il-ħajja u din tagħmel differenza kbira għal dawn il-pazjenti meta kull ġurnata hija rebħa kbira għalihom. Għal dawn il-pazjenti kull ġurnata tfisser aktar kuntatt mal-maħbubin tagħhom, aktar possibbiltà li tilħaq tara dawk il-miri assoċjati mal-familja u aktar ċans għal kura ġdida li tista’ tinħoloq.
Sur President, għalfejn qed insemmi dan fl-Aġġornament? Il-problema hija li din il-mediċina għal dan it-tip ta’ kanċer tiswa €6,200 fix-xahar jiġifieri kważi €72,000 fis-sena. Min jista’ jaffordja din il-mediċina? Sfortunatament din il-mediċina mhijiex fil-formolarju u għalhekk ma tingħatax mill-Gvern b’xejn. Grazzi għall-Community Chest Fund dawn il-pazjenti jistgħu jingħataw ċertu numru ta’ xhur ta’ trattament b’xejn. Nappella lill-Gvern biex din il-mediċina tibda tingħata b’xejn lil dawn il-pazjenti indefinittivament. F’Malta hawn tliet pazjenti li qed ibatu minn dan it-tip rari ta’ kanċer li jista’ jiġi kkontrollat.
Fl-20 ta’ Novembru tal-2013, il-U.S. Food and Drug Administration approvat din il-mediċina u se nikkwota x’qalet:
Today’s approval was based on demonstration of superior progression-free survival (PFS) and overall response rate (ORR) for crizotinib-treated patients compared to chemotherapy in patients with ALK-positive NSCLC with disease progression after platinum-based doublet chemotherapy.”
Hawnhekk qed jingħad li permezz ta’ din il-mediċina r-rispons kien ħafna aħjar minn dak bit-trattament tradizzjonali. Se nikkwota x’qalet il-European Medicines Agency:
The CHMP concluded that the available study results showed that treatment with Xalkori ...”
- isem ieħor għal din il-mediċina -
... has a beneficial effect, and noted that this was supported by updated data on the survival of patients and the preliminary results of a larger study. Therefore the CHMP decided that Xalkori’s benefits are greater than its risks and recommended that it be given marketing authorisation. Xalkori has been given ‘conditional approval’.”
It-talba għal exceptional medicinal treatment għal dawn it-tliet pazjenti, jiġifieri t-talba speċjali lill-Gvern biex dawn jieħdu l-kura indefinittivament saret fit-3 ta’ Ottubru u din it-talba ma saritx minn Ċikku l-poplu imma saret minn onkoloġista professjonista li jagħmel minn kollox għall-pazjenti li jkunu taħt il-kura tiegħu. Jien nistenna li jekk l-European Medicines Authority (FDA) approvat din il-mediċina, il-Gvern għandu japprovaha wkoll. Tliet persuni jistgħu jgawdu minn ħajja aħjar. Ċittadini ta’ pajjiżi oħrajn qegħdin igawdu minn dan it-trattament. Għaliex il-Maltin le? Min jista’ jaffordja €72,000 f’mediċina fis-sena? Nirringrazzjak.

Yüklə 0,86 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   47   48   49   50   51   52   53   54   ...   212




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin