THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? Il-Ministru.
ONOR. TONIO FENECH: F’din l-emenda kemmxejn twila, qegħdin niddefenixxu ftit aħjar dwar meta jkun hemm trasferiment ta’ proprjetà li qed issir minn kumpanniji li ġew ristrutturati fi grupp fil-mument li anke din tiġi mibjugħa lil terzi. Biex ngħidu hekk jintużaw ħafna skemi li jissejħu value shifting biex ikun jista’ jiġi evitat l-iskop ta’ taxxa fuq il-proprjetà. Fir-regola msemmija t-trasferimenti taxxabbli bħala qligħ kapitali qed tidħol din il-parti ġdida li ssemmi t-trasferiment ta’ valur bħala t-trasferiment taxxabbli anke meta m’hemmx trasferiment ta’ assi. Imma t-trasferiment ikun qed isir bix-shares u allura l-proprjetà qed tgħaddi sempliċement bl-iskambju ta’ dawn ix-shares.
Qegħdin isiru numru ta’ emendi konsekwenzjali u imbagħad iktar ‘il quddiem qed issir emenda minħabba infringement notice ukoll li kellna mill-Unjoni Ewropea dwar din id-disposizzjoni. Ġie stabbilit illi d-disposizzjoni hija superfluwa għaliex fid-definizzjoni ta’ liema securities huma taxxabbli, trasferimenti ta’ bonds u stocks tal-gvern diġà illum mhumiex taxxabbli, għalhekk din id-disposizzjoni tista’ titneħħa mingħajr konsegwenzi. Allura t-trasferimenti ta’ bonds u stocks tal-gvern jibqgħu xorta waħda eżenti mit-taxxa.
Din l-emenda qegħda wkoll biex tneħħi ċertu abbużi oħrajn li qegħdin jiġu nnotati u qed jiġu ċċarati f’każ ta’ eżenzjoni minħabba li proprjetà li tkun f’negozju, tkun ġiet sostitwita fi proprjetà oħra. Jiġifieri ġieli jgħidulek li se jbiegħu l-proprjetà u jixtru proprjetà oħra għal skop ta’ negozju biex iżommu l-istess negozju li huwa għaddej. Hemmhekk qegħdin ninnotaw ċerti abbużi li ħafna drabi jibdew billi jbiegħu proprjetà kbira mbagħad sempliċement imorru fi proprjetà iżgħar. Fir-realtà ma jkunux għamluha verament għal trasferiment tan-negozju, imma jkunu running down the business iktar minn kollox. Meta mbagħad din ta’ l-aħħar tinbiegħ, il-prezz tal-akkwist ħafna drabi jiġi mnaqqas mill-parti eżentata u allura hemmhekk tiġi evaduta ċertu taxxa fuq il-qligħ kapitali.
Il-proviso ġdid jgħid ukoll li f’dawn iċ-ċirkostanzi jekk il-proprjetà l-ġdida tkun irħas mill-qligħ kapitali li ġie eżentat fl-ewwel trasferiment, l-eċċess għandu jiġi wkoll intaxxat. Jiġifieri jekk inti sempliċement qed tagħmel hekk biex tevadi t-taxxa u allura qed tixtri proprjetà li hija inqas mill-qligħ li hija effettivament fuq il-proprjeta l-oħra, effettivament huwa ċar li hemmhekk qed tagħmilha biex tevadi t-taxxa.
Imbagħad l-emenda fis-subartikolu 9 jirregola l-eżenzjoni f’każ ta’ trasferiment ta’ proprjetà bejn kumpanniji fl-istess grupp. Biex jitneħħew ukoll ċerti abbużi qed jiġi ċċarat li meta l-proprjetà tinbiegħ barra l-grupp, il-prezz tal-akkwist ikun dak oriġinali meta ddaħħlet fil-grupp. Allura x’jibdew jagħmlulek? Jibdew iċaqilqu l-proprjetà minn kumpannija għal oħra, ibiegħu x-shareholding, jgħollu dejjem il-valur li dejjem qed jiġi eżentat, imbagħad ibiegħuha u jiġi l-capital gains li huwa parti żgħira. Allura qed ngħidu li dak il-valur ta’ meta daħlet fil-grupp oriġinali jgħodd għat-trasferiment finali li effettivament ikun qiegħed isir.
Hemm ukoll sub-regola dwar it-taxxa fuq qligħ kapitali f’kas ta’ tnaqqis fix-share capital fejn qed tiġi emendata permezz ta’ din is-sostituzzjoni. Kif diġà msemmi iktar ‘il quddiem, trasferiment ta’ valur, jiġifieri value shifting, anke mingħajr trasferiment ta’ assi, huwa taxxabbli bħala trasferiment taxxabbli. Dan ukoll qed isir biex jitnaqqsu skemi ta’ abbuż li qegħdin jiġu identifikati fejn effettivament tiġi trasferita l-proprjetà permezz ta’ trasferiment ta’ ishma mingħajr ħlas ta’ taxxa. Jiġifieri ħafna drabi jew jagħmlu issues ta’ preferredshares, jiġifieri jkun hemm shareholder li jiġu kkonvertit li jkun xtara x-shareholders loan u jagħmlu dawn it-tip ta’ skemi biex effettivament meta jittrasferixxu l-proprjetà din toħroġ.
F’subartikolu 14 insibu emenda oħra kontra l-abbuż f’każ ta’ ristrutturazzjoni permezz ta’ bdil ta’ ishma - meta qishom ipartu x-shares. Qed tiġi ċċarata li meta jsir trasferiment suċċessiv ta’ ishma kemm jekk dawk oriġinali kif ukoll oħrajn li jkunu nħarġu – hawnhekk ukoll jistgħu jiġu l-preference shares – il-prezz tal-akkwist li jiġi kkonsidrat għall-iskop tal-kalkolu, tal-qligħ kapitali, jibqa’ dak il-prezz oriġinali tal-ishma qabel ir-ristrutturar biex dak il-valur ... Hawnhekk dejjem meta l-proprjetà qed toħroġ mill-kumpannija. Dment li qed tibqa’ fil-kumpannija skop ta’ restructuring jibqa’ ma’ jiġix affettwat.
Fis-subariklu 15 l-emenda hija dwar provvediment dwar negozju jew partnership għan-nom kollettiv li jiġi nkorporat f’kumpannija. Hawnhekk qegħda tiddaħħal referenza ċara li biex jiġi kkalkulat l-income taxxabbli fit-trasferiment suċċessiv ta’ xi proprjetà li jkun hemm, irid jiġi kkonsidrat il-prezz u d-data oriġinali tal-akkwist kemm jekk it-trasferiment ikun taxxabbli bħala negozju kif ukoll kemm bħala qligħ kapitali. Il-provisos jiżguraw li jkun qed jiġi trasferit il-business kollu fil-każ tal-korporazzjoni msemmija u mhux biss parti mill-business u parti titħalla barra u dan sabiex nerġgħu nevitaw numru ta’ abbużi li ġew innutati.
Jekk hemm xi domandi speċifiċi, jekk huma speċifiċi ħafna Onor. Mangion, nitlob lill-Kummissarju kif ukoll lis-Sur Marvin Gaerty, ukoll Direttur fid-dipartiment biex jiġu mal-mejda u anke jekk isiru domandi tkunu tistgħu tirrispondu speċifikament.
THE CHAIRMAN: Hawn xi mistoqsijiet? L-Onor. Charles Mangion.
ONOR. CHARLES MANGION: Din l-emenda kienet daqsxejn differenti minn dik li kellna oriġinarjament. Għandna każijiet fejn in-negozju mhuwiex property business imma jkun negozju, per eżempju jkollu mħażen fil-qalba ta’ Birkirkara. Il-valur tagħhom forsi huwa iktar għoli u dan ittrasferixxa lejn lokalità oħra li mhux daqstant importanti, imma biex xorta juża dik il-proprjetà għal skop tan-negozju tiegħu bħala mħażen. Jiġifieri biegħ dak li kellu għax forsi l-valur tagħhom huwa iktar għoli minħabba t-tip ta’ żvilupp li tista’ tagħmel fuqhom u xtara xi ħaġa oħra. Jiġifieri għandek rimpjazzament u hemmhekk kien jieħu ċertu eżenzjoni ta’ capital gains.
Issa qegħdin ngħidu li jekk il-proprjetà illi biegħ kienet tiswa Lm1,000 u dik li xtara tiswa Lm500, qed jiġi stmat li qed jagħmel capital gain ta’ dawk il-Lm500 differenza?
IS-SUR CARMEL CONTI (Kummissarju tat-Taxxi Interni): Forsi rridu ngħidu kemm kemm iktar minn hekk. Jiġifieri dak li aħna ngħidulu wieħed mir-reliefs - fil-fatt mhux eżenzjoni imma huwa relief - jiġifieri li t-taxxa tiġi posposta iktar milli eżentata. Dak li aħna ngħidulu rollover relief u biex tkun hekk trid tkun ilha tliet snin użata fil-business u tiġi replaced b’oħra fi żmien sena minn meta tinbiegħ u wżata għall-istess skop.
Ejja ngħidu proprjetà se tinbiegħ Lm5,000 u oriġinarjament kienet tiswa Lm1,000. Kif inhi l-liġi llum, dawk l-Lm4,000, mhumiex taxxabbli. Però jekk tixtri proprjetà oħra u tkun tiswa Lm10,000, allura taxxa ma teħel xejn, però l-Lm10,000 se jiġu kkonsidrati li se jitnaqqsu bil-gain li kien hemm - bl-Lm4,000 - allura ġiet li qisha tiswa Lm6,000. Għaliex? Għax biex jekk jerġa’ ibigħ imbagħad id-differenza .... Jekk l-asset illi se jixtri – daqsxejn diffiċli din – se tkun irħas mill-gain innifisha, allura f’dak il-każ aħna qegħdin ngħidu li l-eċċess tiġi ntaxxata issa, għax inkella m’inti se taqbadha qatt wara. U meta tiġi trasferita iktar tard, l-acquisition cost ikun zero, jiġifieri l-flip side.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiena fhimtu l-argument tiegħek. Imma trid tifhem l-argument – għax qed jiġri dan – illi wieħed, anke biex ikabbar il-kapital tan-negozju tiegħu stess, għandu proprjetà li jekk tiżviluppaha l-valur tagħha jiżdied. Per eżempju jekk wieħed għandu maħżen f’Tas-Sliema qrib il-front, ikun iblah jekk iħallih bħala maħżen hemmhekk u ma jbiegħux. Imbagħad minn naħa l-oħra jixtri maħżen x’imkien ieħor, għax xorta jkun jista’ jinqeda għan-negozju.
ONOR. TONIO FENECH: Mela biegħ proprjetà fuq il-front ta’ Tas-Sliema u ġabar €200,000 tiegħu u xtara b’€100,000 maħżen f’Ħal Qormi, id-differenza tal-€100,000 hija capital gains. Dik tiġi ntaxxata, il-€100,000 l-oħra le. Ir-replacement tal-business mhux intaxxat, imma l-qliegħ fuqha iva.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma effettivament dik l-eżenzjoni li kien hemm illi business mhux proprjetà seta’ jkollu eżenzjoni minħabba l-business tiegħu, din fir-realtà tneħħiet.
ONOR. TONIO FENECH: Fuq dik il-parti li m’għadiex qed tiffinanzja l-business.
ONOR. CHARLES MANGION: Qed nifhem il-ġustifikazzjoni. Imma qabel dejjem kien ikun eżenti bir-replacement, u issa le. Fuq id-differenza, ħalli nieħu l-eżempju tal-Ministru, bejn il-€200,000 u l-€100,000 li xtara l-ġdid, fuq il-€100,000 għandu l-capital charge, hux hekk qegħdin ngħidu? Biegħ b’€200,000 u xtara b’€100,000, hemm €100,000 differenza, fuq dak il-€100,000 għandu l-capital gain.
IS-SUR CARMEL CONTI: Id-differenza mhux kemm xtara u kemm biegħ, imma kemm għamel profitt, kemm għamel gain fuq l-ewwel waħda.
ONOR. CHARLES MANGION: Mela jekk għamel profitt ta’ €100,000 fuq l-ewwel waħda u t-tieni waħda mbagħad xtraha €100,000, allura x’ħin jiġi biex ibiegħ it-tieni waħda l-base cost tiegħu se tiġi eliminata għax hemm €100,000 profit fuqha u x’ħin jiġi biex ibigħ it-tieni waħda se jeħel capital gain fuq kollox.
Allura kien jaqbillu jagħmel final witholding mill-ewwel. Imma witholding jekk ibiegħa wara tliet snin, jagħmel tliet snin jużaha ...
IS-SUR MARVIN GAERTY(Director, Inland Revenue):Once li inti tapplika dik il-provision tal-liġi, il-liġi mbagħad ma tħallik qatt tapplika t-12%, għax inkella l-iskop li tbaxxi l-base cost jispiċċa.
ONOR. CHARLES MANGION: Jiġifieri jekk iġġibulu zero dak il-valur, se jkollu 35% fuq it-total value tiegħu.
IS-SUR MARVIN GAERTY: Hekk hu. Fuq il-capital gain se jkun.
ONOR. CHARLES MANGION: Imma meta daħħalna l-prinċipju tal-final witholding insejna għal kollox il-concept tal-kumpanniji tal-profitt bil-35% fuq in-net profit, għax għandna din il-final witholding - u naqbel magħha jiena din. Jiġifieri hawnhekk issa qegħdin ngħidu li nnaqqsu l-valur u fl-aħħar mill-aħħar il-bejgħ tiegħu kollu se jiġi 35% minħabba li huwa total profit. IS-SUR MARVIN GAERTY: Jekk tippermettili, din mhijiex xi ħaġa ġdida. Ir-revenue dejjem hekk kien japplika b’differenza li l-liġi ma kenitx ċara. Jiġifieri mhijiex taxxa ġdida, imma klarifikazzjoni fejn ir-revenue kien japplika hekk. Però il-liġi ma kenitx ċara, issa xtaqna niċċarawha.
ONOR. CHARLES MANGION: Wieħed li l-proprjetà f’kumpannija ilha għandu ħames snin u l-prinċipju hu li jekk ilha ħames snin, irrid niċċarġjah bit-12% final witholding. F’dak il-każ il-final witholding irid jiġi kkonsidrat bħala provisional, għalikom meta taħdmulu r-return tat-taxxa?
IS-SUR CARMEL CONTI: Se jkun hemm replacement jew le?
ONOR. CHARLES MANGION: Kellu proprjetà, u biegħha. Minnha għamel il-profitt u xtara l-oħra, it-tieni waħda. It-tieni waħda, bejn il-profitt li għamel minn fuq l-ewwel waħda u bejn dak li xtara t-tieni waħda, l-cost base ġiet zero, biex nissimplifikaw. Mela t-tieni proprjetà after five years biegħha u jien normalment – għax hekk għandi l-obbligu – irrid niċċarġjah 12% final witholding. U hekk nissottometti r-return tiegħumagħkom.
IS-SUR MARVIN GAERTY: Le inti ma tiċċarġjahx 12% hemmhekk.
ONOR. CHARLES MANGION: Kif se nkun naf jien? Din toħloqli problema. Jekk għaddew ħames snin, il-prinċipju bażiku, jien ma nidħolx fl-eċċezzjoni u ngħid jekk din il-proprjetà kenitx substitute. Kif se nkun naf jekk kenitx is-substitute ta’ business ma’ ieħor? Dawn l-affarijiet kif nista’ nidħol fihom jien? Jiena bit-12% ikolli nibgħatilek. Jiġifieri inti mbagħad sta għalik li jew tagħtih refund jew inkella tiċċarġjah id-differenza. Fir-return, ngħidlek Final Witholding Tax se tkun. To be aware qed nissolleva dan il-punt.
IS-SUR MARVIN GAERTY: Mir-riċerki tal-akkwist inti tkun taf li ġiet akkwistata b’mod fejn ġiet applikata r-regola ta’ l-artikolu 5 sub-artikolu15.
ONOR. CHARLES MANGION: Ma nkunx naf jien. Meta nagħmlu r-riċerka, ir-riċerka nagħmilha fuq it-titolu mhux fuq it-taxxa dovuta. Allaħares nispiċċa biex nikkalkula t-taxxa tal-individwu għax kieku ma naħdimx mill-għada għax ikolli liability kbira. Jien kulma nikkalkula meta xtraha, għaddew ħames snin? Le, jekk m’għaddewx ħames snin jiena nistaqsih: Liema reġim trid taddotta, final witholding jew il-provisional? Imbagħad jiddeċiedi hu jekk hux final witholding jew provisional.
ONOR. TONIO FENECH: Jiġifieri fil-kuntratt oriġinali tal-bejgħ preċedenti, ma jkunx hemm identifikazzjoni tat-taxxa li tħallset skond liema provvediment?
ONOR. CHARLES MANGION: Jista’ ikun hemm li ġie eżenti. Imma ma nidħlux fil-mertu tagħha, għax l-income tax return u x’għandu jħallas taxxa, l-individwu jrid jiddeċidiha.
ONOR. TONIO FENECH: Imma safejn naf jien, fil-kuntratt jgħidlek jekk intix eżenti mit-taxxa għax residenza jew jekk intix eżenti ....
ONOR. CHARLES MANGION: Insa r-residenza għax hawnhekk we are talking business. Imma li nara jien li jkun xtraha. Lanqas direttament jekk it-taxxa tħallsitx fuqu, għax jiena la jkun insinwat li għaliha tħallset it-taxxa, u ladarba t-titolu jkun in order, s’hemmhekk li nidħol.
Jiena kulma għandi l-obbligu hu jekk qabeż il-ħames snin nżommlu bit-12%.. Imbagħad ikun hu, meta jkun qed jagħmel ir-return tat-taxxa meta tibgħatulu r-return tat-taxxa. Jiena nagħmel return fejn ngħid li dan ħallas u hemmhekk intom tindunaw.
Peress li inti għidtli li ma jistax jagħmilha bil-final witholding, qed inqanqal dan il-punt li effettivament hekk se jkollok tagħmel. Imbagħad tiġi tgħidli li dan kien il-business, rimpjazzament u talab l-exemption.
IS-SUR MARVIN GAERTY: Inti qed tgħid li rridu nindunaw aħna.
ONOR. TONIO FENECH: Għall-prattika.
ONOR. CHARLES MANGION: Għall-prattika, għax niġu biex nissottomettu r-return u minn naħa tal-Inland Revenue jibdew jistaqsuna u jinħoloq kaos sħiħ. Dan huwa wieħed mill-punti li wieħed has to bare in mind. Fejn jidħlu d-division of companies, fejn ikun hemm l-eżenzjoni inizjali, meta tiġi biex tinbiegħ il-proprjetà, hemmhekk baqa’ l-istess il-base value tagħha, il-book value li jkun ingħata? Dik żammejniha l-istess?
ONOR. TONIO FENECH: Jekk missejnihiex jew le?
IS-SUR MARVIN GAERTY: L-emendi li hawn hawnhekk ma jikkonċernaw xejn assolut id-diviżjonijiet.
ONOR. CHARLES MANGION: Għax ma kellniex ċans insegwu waqt li kien qed jaqra.
Meta jidħlu l-issue tal-preference shares - din spjegaha l-Ministru waqt li kien qed jitkellem dwar kif jaħdmu bħala skemi - joħorġulek ix-shares iktar imbagħad tixtri x-shares at that value li jkunu diġà prefiss. Bħalma jiġri normalment irrid nitlob valuation ta’ dawk ix-shares minħabba l-proprjetà li jkun fiha hux hekk?
IS-SUR CARMEL CONTI: Jekk ma jimpurtax fl-emendi li għandna quddiemna naħseb li m’hemmx dik.
ONOR. TONIO FENECH: Għax intom ma tajtuniex noti ġodda jekk biddiltuli l-klawsola. Jiġifieri aħjar tagħtuni n-noti l-ġodda biex ma naqrax il-klawsola l-ħażina.
ONOR. CHARLES MANGION: Il-klawsola tajba, imma n-noti nbidlu drastikament.
ONOR. TONIO FENECH: Il-klawsola qrajtha tajba, però ma tajtuhilix kif emendata u l-Ministru mhuwiex profeta.
IS-SUR CARMEL CONTI: Kif diġà għedt, dik mhijiex qegħda hawnhekk.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 64 tiġi moqrija t-Tieni Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried. Il-mozzjoni għaddiet u Klawsola Ġdida 64 ġiet moqrija t-Tieni Darba. ONOR. TONIO FENECH:Sur President, nipproponi li Klawsola Ġdida 64 tkun tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi li Klawsola Ġdida 64 tifforma parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried. Klawsola Ġdida 64 għaddiet u ġiet ordnata biex ssir parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Klawsola Ġdida 65 New Clause 65 ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nitlob il-permess sabiex inressaq Klawsola Ġdida 65 għall-Ewwel Qari.
L-Iskrivana tal-Kumitat qrat in-nota marġinali, u din il-klawsola tqieset li nqrat l-Ewwel darba, skond l-Ordni Permanenti Nru. 101. ONOR. TONIO FENECH: Sur President, nipproponi t-Tieni Qari ta’ Klawsola Ġdida 65:
“BE” Minnufih wara l-klawsola 64 ġdida għandha tiżdied l- klawsola 65 ġdida li ġejja:
''Emenda ta’ l-artikolu 5A ta’ l-Att prinċipali.
65. L-artikolu 5A ta’ l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) tiegħu, fit-tifsira ta’ “trasferiment”, minflok il-kliem “li titqies li hi trasferiment skond xi disposizzjoni ta’”għandhom jidħlu l-kliem “li titqies li hi trasferiment skond is-subartikolu (12A) ta’ dan l-artikolu u xi disposizzjoni ta’”;
(b) fis-subparagrafu (ii) tal-paragrafu (g) tas-subartikolu (3) tiegħu, minflok il-kliem “u l-qligħ li jirriżulta minnu jkun soġġett għat-taxxa skond l-artikolu 5 u stabbilit kif provdut fl-artikolu 5(8);” għandhom jidħlu l-kliem li ġejjin:
“u l-income, kemm jekk taxxabbli taħt l-artikolu 4(1)(a) kif ukoll taħt l-artikolu 5, li jirriżulta minnu għandu jkun stabbilit kif provdut fl-artikolu 5(8);”;
(c) minnufih wara s-subparagafu (ii) tal-paragrafu (g) tas-subartikolu (3) tiegħu, kif emendat, għandu jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:
“(iii) dan il-paragrafu ma japplikax, u għalhekk l-artikolu 5(8) ma għandux japplika, jekk isir disponiment mill-proprjetà li titqiegħed flok ta’ qabel jew dik il-proprjetà ma tibqax tintuża f’dak in-negozju, fi żmien sentejn li jibdew mid-data meta tkun ġiet akkwistata l-proprjetà li titqiegħed flok ta’ qabel jew għal dak il-perjodu iqsar kif il-Kummissarju jista’ jiddetermina.”;
(d) minnufih wara l-paragrafu (g) tas-subartikolu (4) tiegħu għandhom jiżdiedu l-provisos ġodda li ġejjin:
“Iżda dan il-paragrafu ma japplikax, u għalhekk l-artikolu 5(15) ma għandux japplika, jekk isir disponiment min-negozju jew ma jibqax jeżisti, fi żmien sentejn li jibdew mid-data li fiha n-negozju jiġi trasferit lil dik il-kumpannija jew għal dak il-perjodu iqsar kif il-Kummissarju jista’ jiddetermina:
Iżda wkoll, sabiex jiġi determinat jekk il-proprjetà ġietx trasferita mhux aktar tard minn ħames snin minn meta tkun ġiet akkwistata, taħt is-subartikolu (3)(b) ta’ dan l-artikolu, meta min jittrasferixxi jkun kumpannija li kienet akkwistat il-proprjetà permezz ta’ trasferiment li kien jikkwalifika għal eżenzjoni skond dan is-subartikolu jew l-artikolu 5(15), għandha titqies li akkwistat il-proprjetà fid-data li fiha l-proprjetà kienet preċedentement ġiet akkwistata mill-persuna li ttrasferiet il-proprjetà lil dik il-kumpannija;”;
(e) fil-paragrafu (g) tas-subartikolu (12) tiegħu, minflok il-kliem “li fiha dak l-ammont jitħallas.” għandhom jidħlu l-kliem li ġejjin:
“li fiha dak l-ammont jitħallas:
Iżda, għal kull perjodu jew parti minnu li jibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009, l-imgħax jiġi kalkolat bir-rata ta’ żero punt sebgħa ħamsa fil-mija (0.75%) fix-xahar jew parti minnu u l-ammont totali ta’ l-imgħax ma għandux jeċċedi dak l-ammont ta’ taxxa.”; u
(f) minnufih wara s-subartikolu (12) tiegħu, għandu jiżdied is-subartikolu ġdid li ġej:
“(12A)(a) Jekk kumpannija (“il-kumpannija li għandha tiġi intaxxata”) jkollha proprjetà li tkun ġiet akkwistata mingħand kumpannija oħra u dak l-akkwist kien eżenti mit-taxxa taħt is-subartikolu (4)(f) ta’ dan l-artikolu, dan is-subartikolu għandu japplika jekk il-kumpannija li għandha tiġi intaxxata ma tibqax membru tal-grupp qabel ma jgħaddu ħames snin mid-data ta’ dak l-akkwist. Ir-referenzi f’dan is-subartikolu għal kumpannija li ma tibqax membru ta’ grupp ma japplikawx għal każijiet meta kumpannija ma tibqax membru ta’ grupp billi tiġi stralċjata jew xjolta jew bħala riżultat ta’ l-istralċ jew ix-xoljiment ta’ membru ieħor tal-grupp.
(b) Kumpannija ma tibqax membru ta’ grupp jekk dik il-kumpannija u l-kumpannija li mingħandha tkun akkwistat il-proprjetà msemmija f’dan is-subartikolu ma jibgħux jissodisfaw d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(9)(a) u (b).
(c) Meta l-kumpannija li għandha tiġi intaxxata ma tibqax membru tal-grupp, hi għandha titqies, għall-finijiet kollha ta’ dan l-artikolu bħallikieku, minnufih wara li tkun akkwistat il-proprjetà, kienet trasferiet u immedjatament reġgħet akkwistat il-proprjetà f’dak iż-żmien u l-valur tat-trasferiment li għandu jittieħed f’konsiderazzjoni huwa l-valur li fuqu l-kumpannija li għandha tiġi intaxxata kienet akkwistat dik il-proprjetà mill-group company f’akkwist li għalih japplika s-subartikolu (4)(f) ta’ dan l-artikolu.
(d) It-taxxa fuq trasferiment li għalih japplika dan is-subartikolu għandha tiġi stabbilita bir-rata ta’ tnax fil-mija (12%) tal-valur tat-trasferiment kif stabbilit fil-paragrafu (ċ) ta’ dan l-artikolu.
(e) It-taxxa li għandha titħallas taħt dan is-subartikolu tkun dovuta mill-kumpannija li għandha tiġi intaxxata u għandha tintbagħat lill-Kummissarju fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha dik il-kumpannija ma tibqax membru tal-grupp kif previst fil-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu.”.”
“BE” Immediately after new clause 64 there shall be added the following new clause 65:
''Amendment of article 5A of the principal Act.
65. Article 5A of the principal Act shall be amended as follows:
(a) in paragraph (a) of subarticle (2) thereof, in the definition of “transfer”, for the words “deemed to be a transfer in terms of” there shall be substituted the words “deemed to be a transfer in terms of subarticle (12A) of this article and”;
(b) in sub-paragraph (ii) of paragraph (g) of subarticle (3) thereof, for the words “and the gains derived therefrom shall be subject to tax in accordance with article 5 and determined as provided in article 5(8);” there shall be substituted the following:
“and the income, whether chargeable under article 4(1)(a) or under article 5, derived therefrom shall be determined as provided in article 5(8);”;
(c) immediately after sub-paragraph (ii) of paragraph (g) of subarticle (3) thereof, as amended, there shall be added the following new sub-paragraph:
“(iii) this paragraph shall not apply, and accordingly article 5(8) shall not apply, if the replacement property is disposed of or ceases to be used in such business, within a period of two years starting from the date the replacement property was acquired or such shorter period as the Commissioner may determine.”;
(d) immediately after paragraph (g) of subarticle (4) thereof there shall be added the following new provisos:
“Provided that this paragraph shall not apply, and accordingly article 5(15) is not applicable, if the business is disposed of or ceases to exist, within a period of two years starting from the date the business is transferred to the said company or such shorter period as the Commissioner may determine:
Provided further that, for the purposes of determining whether the property has been transferred not later than five years from the date of its acquisition, under subarticle (3)(b) of this article, where the transferor is a company that had acquired the property by means of a transfer that qualified for an exemption in terms of this subarticle or article 5(15), it shall be deemed to have acquired the property on the date on which the property had previously been acquired by the person transferring the property to the said company;”;
(e) in paragraph (g) of subarticle (12) thereof, for the words “on which that amount is remitted.” there shall be substituted the following:
“on which that amount is remitted:
Provided that, for any period or part thereof commencing on or after 1st January 2009, interest shall be calculated at the rate of point seven five percent (0.75%) per month or part thereof and the total interest shall not exceed the said amount of tax.”; and
(f) immediately after subarticle (12) thereof, there shall be added the following new subarticle:
“(12A)(a) If a company (“the chargeable company”) owns property which had been acquired from another company and such acquisition was exempt from tax under subarticle (4)(f) hereof, this subarticle shall apply if the chargeable company ceases to be a member of the group before the lapse of five years from the date of the said acquisition. References in this subarticle to a company ceasing to be a member of a group of companies do not apply to cases where a company ceases to be a member of a group by being wound up or dissolved or in consequence of another member of the group being wound up or dissolved.
(b) A company shall cease to be a member of a group if such company and the company from which it had acquired the property referred to in this subarticle no longer satisfy the provisions of article 5(9)(a) and (b).
(c) When the chargeable company ceases to be a member of the group it shall be treated for all the purposes of this article as if, immediately after its acquisition of the property, it had transferred and immediately re-acquired the property at that time and the transfer value to be taken into account is the value at which the chargeable company had acquired the said property from the group company in an acquisition to which subarticle (4)(f) hereof applies.
(d) The tax on a transfer to which this subarticle applies shall be charged at the rate of twelve percent (12%) of the transfer value as established in paragraph (c) hereof.
(e) Tax chargeable under this subarticle shall be due by the chargeable company and shall be remitted to the Commissioner within fifteen working days from the date on which such company ceases to be a member of the group as provided in paragraph (b) hereof.”.”