THE CHAIRMAN: L-Onor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: X’inhi r-raġuni li teżorier irid jagħti rendikont ta’ erba’ xhur ladarba se jkun rapport wieħed?
ONOR. OWEN BONNICI: Norganizzawhom f’rapport wieħed li jiġi ppreżentat kull sena, però jinqasmu fi quarters.
ONOR. CHRIS SAID: Hemm xi raġuni partikolari għal dan?
ONOR. OWEN BONNICI: M’hemm l-ebda raġuni; imma biex ikun maqsum fi tlieta. Rajna l-best practice f’liġijiet oħrajn.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AF” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 39, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 39, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 40 – Sottomissjoni ta' rapporti ta' donazzjoni lill-Kummissjoni
Clause 40 – Submission of donation reports to Commission
ONOR. OWEN BONNICI: Klawsola 40 qed inbiddluha kollha kemm hi, kif konna tkellimna mal-Onor. Said preċedentement. Hawn qed ngħidu li rapport ta’ donazzjonijiet magħmula skont l-artikolu 39 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mit-teżorier tal-partit politiku fil-perijodu ta’ tletin jum li jibdew mit-tmiem tal-perijodu ta’ rappurtar annwali li għalih huwa jirreferi. Jekk it-teżorier ma jkunx konformi mal-ħteġijiet imsemmija fis-subartikolu (1), ikun ħati ta’ reat u jeħel multa amministrattiva ta’ mhux iktar minn €20,000, u kull persuna li tkun teżorier li tagħti rapport lill-Kummissarju li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tal-artikolu 39 tkun ħatja ta’ reat u teħel multa amministrattiva ta’ €10,000.
L-aħħar paragrafu tal-emenda jgħid li meta l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tkun sodisfatta, wara li jsir rikors mill-Kummissjoni, li kien hemm xi nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-ħtiġiet, il-Qorti tista’ tordna l-konfiska favur il-gvern mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti ta’ ammont ugwali għall-valur tad-donazzjoni.
Hawnhekk qed nagħtu d-deterrenti, għax inkella, jekk ma tagħtix is-snien, inkunu qed nagħmlu liġi għalxejn.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? Il-Perit Carmel Cacopardo.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Għalina 30 ġurnata naħseb li huma ftit. Intom li għandkom in-nies full-time mhux problema; aħna li nagħmlu kollox bil-part-timers, u ħafna drabi huwa diffiċli biex issib in-nies, għalina ż-żmien huwa daqsxejn qasir. Ma tistgħux tkejlu l-ħidma tal-partit bil-kejl ta’ min hu ... Għalina hemm bżonn ikun itwal il-perijodu.
THE CHAIRMAN: Kemm tixtieq li tagħmilha?
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Tliet xhur.
ONOR. OWEN BONNICI: 100 jum allura?
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Tliet xhur.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nagħmluha bil-ġranet, 100 jum. Ħalli naraw il-GRECO taċċettahiex, għax huma ma tantx jiddistingwu bejn partit żgħir u kbir. Jgħidulek inti l-partit, ara inti.
THE CHAIRMAN: Aktar kummenti? L-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ministru, jien nifhem li għal dawn se japplika wkoll dak li qbilna fuqu fid-diskussjoni dwar it-templates, li fejn jidħol ir-reporting se jkun hemm standard templates li se nerġgħu niddiskutuhom eventwalment.
ONOR. OWEN BONNICI: Biex inkun ċert, aħna qed nitkellmu fuq it-templates li għandu jagħmel il-Ministru?
DR PETER GRECH: Iva, suppost jiġu diskussi u joħorġu regolamenti.
ONOR. OWEN BONNICI: Ovvjament, hawnhekk hawn l-istess commitment li tajt l-aħħar darba li nikkonsulta magħkom kollha.
ONOR. CHRIS SAID: Fis-subartikolu 40(4), meta qed ngħidu li l-Qorti tista’ tordna l-konfiska favur il-Gvern mill-partit politiku ta’ ammont ugwali għall-valur tad-donazzjoni, ma nistax nifhem minn fejn se jiġi determinat il-valur tad-donazzjoni.
DR PETER GRECH: Hemm il-mod kif tikkakula l-ammont ta’ donazzjoni, allura tasal għalih skont id-dispożizzjonijiet tat-tifsira ta’ donazzjoni.
ONOR. CHRIS SAID: X’donazzjoni hi?
DR PETER GRECH: Din qisha konfiska, jiġifieri, bħal meta qed taħbi xi ħaġa, tesponi ruħek għall-konfiska ta’ dak ...
ONOR. CHRIS SAID: Assolutament mhijiex ċara: però, no problem jekk tibqa’ hekk.
ONOR. OWEN BONNICI: Jekk qed ngħidu li hemm xi ħadd li ta donazzjoni ta’ €50,000 meta ma tistax, issa jiġi konfiskat ...
DR PETER GRECH: Irridu niftakru li dan hu biss rapport ta’ donazzjonijiet, mhux accounts tal-partit.
ONOR. OWEN BONNICI: Inkomplu fuq it-tul tal-perijodu li fih it-teżorier irid jibgħat ir-rapport ta’ donazzjonijiet lill-Kummissjoni. Nistgħu nagħmluha 100 jum?
DR PETER GRECH: Tista’ tkun ftit riskjuża, għax naħseb din kienet fit-test oriġinali li konna bgħatna lill-GRECO. Ma kontx nagħmel qabża daqshekk kbira.
THE CHAIRMAN: Forsi nagħmluha 60 jum?
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi din l-emenda għal klawsola 40:
“AG” Il-klawsola 40 għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Sottomissjonijiet ta’ rapport ta’ donazzjoni lill-Kummissjoni
40. (1) Rapport ta’ donazzjonijiet magħmula skont l-artikolu 39 għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mit-teżorier tal-partit politiku fil-perijodu ta’ sittin jum li jibdew mit-tmiem tal-perijodu ta’ rappurtar annwali li għalih huwa jirreferi:
Iżda, fil-każ ta’ kandidat indipendenti, ir-rapport ta’ donazzjonijiet għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mill-kandidat indipendenti fil-perijodu ta’ sittin jum mid-data tal-elezzjoni.
(2) Kull persuna li tkun teżorier ta’ partit politiku jew tkun kandidat indipendenti li, mingħajr skuża raġonevoli, tonqos li tikkonforma mal-ħtiġiet tas-subartikolu (1), tkun ħatja ta’ reat u teħel multa amministrattiva ta’ mhux aktar minn għoxrin elf ewro (€20,000).
(3) Kull persuna li tkun teżorier ta’ partit politiku jew tkun kandidat indipendenti li, mingħajr skuża raġonevoli, tagħti rapport ta’ donazzjonijiet lill-Kummissjoni li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tal-artikolu 39, tkun ħatja ta’ reat u teħel multa amministrattiva ta’ għaxart elef ewro (€10,000).
(4) Meta l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tkun sodisfatta, wara li jsir rikors mill-Kummissjoni, li xi nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward ta’ xi donazzjoni lil partit politiku jew lil kandidat indipendenti kien attribwibbli għal intenzjoni min-naħa ta’ xi persuna sabiex tinħeba l-eżistenza jew l-ammont veru tad-donazzjoni, il-Qorti tista’ tordna l-konfiska favur il-gvern mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti ta’ ammont ugwali għall-valur tad-donazzjoni.”
“AG” Clause 40 shall be substituted by the following:
“Submissions of donation reports to Commission
40. (1) A donation report made in accordance with article 39 shall be delivered to the Commission by the treasurer of the political party within the period of sixty days beginning with the end of the annual reporting period to which it relates:
Provided that, in the case of an independent candidate, the donation report shall be delivered by the independent candidate to the Commission within the period of sixty days beginning from the date of the election.
(2) Any person being a treasurer of a political party or an independent candidate who, without reasonable excuse, fails to comply with the requirements of sub-article (1), shall be guilty of an offence and shall be liable to an administrative fine of not more than twenty thousand euro (€20,000).
(3) Any person being a treasurer of a political party or an independent candidate who, without reasonable excuse, delivers a donation report to the Commission which is not in conformity with the requirements of article 39, shall be guilty of an offence and shall be liable to an administrative fine of ten thousand euro (€10,000).
(4) Where the First Hall, Civil Court, is satisfied, on an application made by the Commission, that any failure to comply with any such requirements in relation to any donation to a political party or an independent candidate was attributable to an intention on the part of any person to conceal the existence or true amount of the donation, the Court may order the forfeiture in favour of the government by the political party or independent candidate of an amount equal to the value of the donation.”
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 40, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Din tal-100 jum, hux hekk?
L-Emenda “AG” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 40, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 40, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 41 – Dikjarazzjoni minn teżorier fir-rapport ta’ donazzjonijiet
Clause 41 – Declaration by treasurer in donation report
THE CHAIRMAN: Il-Ministru Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Għal din il-klawsola għandna emenda li għaddejtha lill-Oppożizzjoni. Kif għedna qabel, il-GRECO qalulna li rridu nirregolaw mhux biss ‘il-partiti, imma anke l-kandidati indipendenti. Allura, kulma hawn differenti hija r-referenza għall-indipendenti. Fi klawsola 41 qed nerġgħu nirrijaffermaw il-ħtieġa li teżorier jiċċekkja li huma donaturi permissibbli, eċċ.
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Il-probabbiltà hija li l-issue tal-indipendenti hija tackled diġà għax il-kandidat huwa wieħed individwali, u għandek ir-rapportaġġ tal-kandidat individwali.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta bgħatna t-test lill-GRECO, riduha iktar ċara. Naqbel miegħek, Perit, imma rrid nevita l-kritika.
Sur President, nipproponi din l-emenda:
“AH” Klawsola 41 għandha tiġi sostitwita kif ġej:
“Dikjarazzjoni minn teżorier u kandidat indipendenti fir-rapport ta’ donazzjonijiet
41. (1) Rapport ta’ donazzjonijiet taħt l-artikolu 39 għandu, meta jingħata lill-Kummissjoni, ikun akkumpanjat b’dikjarazzjoni, magħmula mit-teżorier tal-partit politiku, li tikkonforma mas-subartikoli (2), (3) jew (4):
Iżda, fil-każ ta’ kandidat indipendenti, tali dikjarazzjoni għandha ssir mill-kandidat indipendenti.
(2) Fil-każ ta’ rapport magħmul skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Att, barra minn wieħed li jiddikjara l-prospett bħala nil, id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha, sa l-aħjar tagħrif u twemmin tat-teżorier jew tal-kandidat indipendenti, li:
(a) id-donazzjonijiet kollha rreġistrati fir-rapport ta’ donazzjonijiet bħala li ġew aċċettati mill-partit politiku jew kandidat indipendenti huma minn donaturi permissibbli; u
(b) matul il-perijodu ta’ rappurtar:
(i) l-ebda donazzjoni oħra meħtiega li tigi rreġistrata fir-rapport ġiet aċċettata mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti; u
(ii) l-ebda donazzjoni minn xi persuna jew korp minbarra donatur permissibbli ġiet aċċettata mill-partit politiku jew mill-kandidat indipendenti.
(3) Fil-każ ta’ prospett ‘Nil’, it-teżorier jew kandidat indipendenti għandu jippreżenta dikjarazzjoni flimkien mar-rapport li għandu jiddikjara illi, fl-aħjar għarfien u twemmin tat-teżorier jew kandidat indipendenti, l-ebda donazzjonijiet ma ġew riċevuti u aċċettati mill-partit politiku jew kandidat indipendenti matul il-perijodu ta’ rappurtar, u li dikjarazzjoni bħal din hija preċiża.
(4) Kull min xjentement jew bi traskuraġni jagħmel xi dikjarazzjoni mhux eżatta taħt dan l-artikolu jeħel multa amministrattiva ta’ għaxart elef ewro (€10,000).”
“AH” Clause 41 shall be substituted as follows:
“Declaration by treasurer and independent candidate in donation report
41. (1) A donation report under article 39 shall, when delivered to the Commission, be accompanied by a declaration, made by the treasurer of the political party, which complies with sub-articles (2), (3) or (4):
Provided that, in the case of an independent candidate, such declaration shall be made by the independent candidate.
(2) In the case of a report made in accordance with the relevant provisions of this Act, other than one making a nil return, the declaration must state that, to the best of the treasurer’s or independent candidate’s knowledge and belief:
(a) all the donations recorded in the donation report as having been accepted by the political party or independent candidate are from permissible donors; and
(b) during the reporting period:
(i) no other donations required to be recorded in the report have been accepted by the political party or independent candidate; and
(ii) no donation from any person or body other than a permissible donor has been accepted by the political party or independent candidate.
(3) In the case of a nil return, the treasurer or independent candidate shall file a declaration together with the report which shall state that, to the best of the treasurer’s or independent candidate’s knowledge and belief, no donations have been received and accepted by the political party or independent candidate during the reporting period, and such statement is accurate.
(4) Whosoever knowingly or negligently makes any inaccurate declaration under this article shall be liable to an administrative fine of ten thousand euro (€10,000).”
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi l-emenda għal klawsola 41, kif imressqa u moqrija mill-Ministru. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “AH” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 41, kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 41, kif emendata, għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 42 – Aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet
Clause 42 – Acceptance of donations
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, f’din il-klawsola qed nirrepetu dak li diġà għedna.
DR PETER GRECH: Fi klawsola 42, hawn subartikolu li huwa obbligu ta’ due diligence, u hawn ukoll li d-donatur irid ikun identifikat b’mod suffiċjenti. Jiġifieri, dan l-artikolu naħseb huwa relevanti għad-diskussjoni li kellna fil-bidu.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Naħseb li mhux id-donatur iżda d-donazzjoni mhijiex permissibbli, Dr Grech, għax safejn naf jien m’hawn imkien definizzjoni ta’ donatur. U meta nitkellmu fuq dak li hu permissibbli, ngħidu “donazzjoni permissibbli”, mhux donatur ikun permissibbli.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nagħmel nota għax naħseb li għandu raġun.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jista’ jkun donatur permissibbli, però dik id-donazzjoni per se mhijiex permissibbli.
ONOR. OWEN BONNICI: Għandu raġun. (Interruzzjonijiet) Nagħmluha fid-definitions clause.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Tista’ temenda paragrafu (b) ta’ klawsola 42.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Naħseb li fi klawsola 42 trid issir.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien hekk fhimtu li qal, però naħseb aħjar.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Paragrafu (b) jiġi hekk: “... jekk din id-donazzjoni hijiex donazzjoni permissibbli”.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, nipproponi li klawsola 42 tiġi posposta sakemm issir l-emenda.
THE CHAIRMAN: Hawn qbil? (Onor. Membri: Iva)
Il-Kumitat qabel li klawsola 42 tiġi posposta.
Klawsola 43 – Evażjoni tar-restrizzjonijiet fuq donazzjonijiet
Clause 43 – Evasion of restrictions on donations
THE CHAIRMAN: Il-Ministru.
ONOR. OWEN BONNICI: Fi klawsola 43, qed nagħmlu multa amministrattiva għal kull min jipprova jevadi restrizzjonijiet fuq donazzjonijiet. Hawnhekk qed neħduha bis-serjetà, jiġifieri li min jipprova jagħmel dikjarazzjonijiet foloz, hemm pieni tal-Kodiċi Kriminali, biex kulħadd ikun jaf x’qed ngħidu.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Chris Said.
ONOR. CHRIS SAID: Ħalli nkunu ċari. Skont il-proviso, qed ngħidu li jekk tiġi applikata l-multa amministrattiva, il-pieni kriminali ma japplikawx, hux hekk?
DR PETER GRECH: Ma jistax ikollok multa amministrattiva u multa penali għall-istess fatt.
ONOR. CHRIS SAID: Ħalli nkunu ċari. Hawnhekk din il-liġi qiegħda tagħti l-possibbiltà li fil-konfront ta’ min jikser din il-liġi, anke b’dikjarazzjonijiet foloz, minflok jittieħdu passi kriminali, jista’ jħallas multa amministrattiva.
DR PETER GRECH: Hemm ukoll f’liġijiet oħrajn dawn il- ...
ONOR. CHRIS SAID: Min se jiddeċiedi li t-teżorier tal-Partit tal-Alternattiva Demokratika jittieħed il-Qorti, u t-teżorier tal-Partit tal-Friefet iħallas il-multa amministrattiva? Din perikoluża.
ONOR. OWEN BONNICI: Kif nifhimha hawnhekk, jekk jien tajtu multa amministrattiva taħt il-multi li hawn prospettati f’dan l-Att, tapplika l-multa amministrattiva, filwaqt li fejn dan l-Att ma jipprospettax, japplikaw il-pieni tal-Kodiċi Kriminali.
ONOR. CHRIS SAID: Le, fil-proviso mhux hekk qiegħda. Il-proviso jgħidlek li meta tibda proċeduri rigward multa amministrattiva dovuta skont dan l-Att, l-ebda proċeduri kriminali m’għandhom jittieħdu fir-rigward tal-istess att. Jiġifieri, se jkollok sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni Elettorali, li again hija appuntata politikament, tista’ tiddeċiedi li fil-konfront tat-teżorier ta’ partit “A” ittellgħu l-Qorti, bil-konsegwenzi li dan jista’ jispiċċa l-ħabs, u fil-konfront ta’ teżorier ta’ partit “B” tgħidlu jħallas multa amministrattiva. (Interruzzjonijiet) Daqshekk, hekk hu. Jew lil min trid teliminah jew le min-nofs.
ONOR. OWEN BONNICI: Għalhekk qegħdin hawnhekk. Ara xi ħaġa hekk, nieħu gost niddibattiha. Jekk hemm bżonn nagħmlu rfinar, bil-qalb kollha.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Irid ikun hemm xi ħaġa iktar oġġettiva biex ...
ONOR. OWEN BONNICI: Inkella ntajru l-proviso. X’taħseb, Onor. Said?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Dr Grech, jekk ittajjar il-proviso, jista’ jkun hemm clash bejn l-amministrattiv u l-proċeduri penali. Imbagħad tiġi fi problema tan-nebis in idem. Aħjar ibqa’ hawnhekk, imma trid tkun ċara meta tista’ ssir waħda u meta tista’ ssir l-oħra, jew min jista’ jiddeċiedi on which criteria. (Interruzzjonijiet) Tista’ ssir li l-ewwel dak li jkun, ikun min ikun, tgħidlu jħallas il-multa amministrattiva. Imbagħad, jekk din il-multa ma jħallashiex, jistgħu jittieħdu passi kriminali, u tkun għal kulħadd l-istess?
ONOR. CHRIS SAID: Perikoluża dik ukoll, għax allura inti tista’ thedded bil-multa amministrattiva. Inti għandu jkollok dejjem id-dritt li tikkontesta l-multa amministrattiva, għax allura tgħidlu li jew iħallas il-multa jew ittellgħu l-Qorti bi frodi.
ONOR. OWEN BONNICI: Nagħtu każ inħassru l-klawsola 43, l-effett xi jkun? Li japplika l-Kodiċi Kriminali għal kulħadd.
DR PETER GRECH: Dan l-Att jipprovdi għal diversi multi amministrattivi.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma hawn multi amministrattivi ...
DR PETER GRECH: Pjuttost ibbażat fuq il-multi amministrattivi.
ONOR. CHRIS SAID: Dr Grech, imma għandna fil-liġijiet tagħna li, fejn għandek multa amministrattiva, inti ma tistax tfittex kriminalment?
DR PETER GRECH: Iva.
ONOR. CHRIS SAID: Allura m’għandniex bżonnha klawsola 43.
DR PETER GRECH: Le, le, mhux inġenerali, imma fid-dispożizzjonijiet fejn immorru fuq sistemi ta’ multi amministrattivi, dejjem ikun hemm li jekk se teħel il-multa amministrattiva, ma tistax imbagħad tkun soġġett għall-proċeduri kriminali minħabba n-nebis in idem.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Dr Grech, hemm kriterju oġġettiv li nistgħu forsi nieħdu minn liġijiet oħrajn u napplikawh hawnhekk? Jiġifieri, fejn hemm li jekk teħel multa amministrattiva, mbagħad ma tistax teħel taħt il-Kodiċi Kriminali, hemm meta teħel waħda u meta teħel l-oħra biex forsi we transpose it?
DR PETER GRECH: Ma naħsibx li hemm. Normalment immorru fuq il-multi amministrattivi għax huma iżjed prattiċi; jiġifieri, ma teħilx is-snin fil-Qorti tiddiskuti dan ...
ONOR. CHRIS SAID: Imma tinsiex li hawnhekk tlaqna fuq sieq li aħna m’għandniex fiduċja fir-regolatur.
ONOR. OWEN BONNICI: Nimmaġina li lanqas fil-Pulizija.
ONOR. CHRIS SAID: Il-Pulizija li jistgħu jagħmlu biss ...
IL-PERIT CARMEL CACOPARDO: Apparti li r-regolatur mhux il-wieħed addattat, fl-opinjoni tiegħi.
ONOR. CHRIS SAID: Il-Pulizija għandhom poteri sa ċerti limiti; jistgħu jtellgħuk il-Qorti, imbagħad finalment hija l-Qorti li tiddeċiedi. Però, f’dan il-każ, għandek il-Kummissjoni li se tiddeċiedi jekk tapplikax multa amministrattiva jew teħux passi kriminali kontra xi ħadd.
DR PETER GRECH: Multa amministrattiva hija appellabbli. Jiġifieri, il-Kummissjoni ma jkollhiex diskrezzjoni assoluta, taqbad twaħħlek multa amministrattiva, u inti ma tista’ tagħmel xejn.
ONOR. CHRIS SAID: Imma l-liġi hekk qiegħda.
DR. PETER GRECH: Il-proċeduri tal-multi amministrattivi, anke jekk m’hemm xejn, dejjem huma soġġetti għal judicial review. Jiġifieri, mhux il-każ li l-Kummissjoni għandha the final word, u jekk wieħed irid jikkontesta ...
ONOR. CHRIS SAID: Però, kif inhi l-liġi, il-Kummissjoni se jkollha l-final word jekk lit-teżorier ta’ partit “A” twaħħlux multa amministrattiva jew teħux passi kriminali fuq frodi kontra t-teżorier. (Interruzzjonijiet)
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhux frodi.
ONOR. OWEN BONNICI: Kollox jiġi frodi, imma għal dikjarazzjonijiet foloz.
ONOR. CHRIS SAID: ... li jġibu piena karċerarja magħhom. Kif inhi l-liġi hawnhekk, m’hawn xejn li jneħħi d-diskrezzjoni minn idejn il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tiddeċiedi hi ...
ONOR. OWEN BONNICI: Is-soluzzjoni hi li jew inneħħu klawsola 43, allura l-Kodiċi Kriminali jiġi japplika għal kollox, jew inħallu klawsola 43, u nneħħu l-proviso. (Interruzzjonijiet)
ONOR. CHRIS SAID: Kif inhi din il-liġi, ħadd mhu se jkun irid joqgħod teżorier, m’hemmx dubju.
DR PETER GRECH: Il-persuna li kkommetta dan ir-reat jista’ jkun li mhuwiex soġġett għal multa amministrattiva. Jiġifieri, id-drift tal-artiklu hi li jekk inhu persuna soġġetta għal multa amministrattiva, timxi bil-multa amministrattiva.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Can you write it in so many words ħalli ma jkunx hemm diżgwid?
ONOR. CHRIS SAID: Le, id-dikjarazzjonijiet dejjem minn persuni li huma soġġetti għal multi amministrattivi qed isiru. Id-donaturi qatt mhuma qed jagħmlu d-dikjarazzjonijiet huma.
ONOR. OWEN BONNICI: Onor. Said, għandi proposta fejn ngħidu li fejn il-liġi tipprovdi ...
ONOR. CHRIS SAID: Il-liġi mkien mhi qed tpoġġi l-obbligu u l-oneru fuq id-donaturi. Jiġifieri, donatur li jagħti €30,000 jew €40,000 donazzjoni mhu qed jikser l-ebda liġi.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien qed nipproponi li fi klawsola 43 ngħidu li fejn hemm ipprovdut li għandu jkun hemm multa amministrattiva, għandu jkun hemm multa amministrattiva, waqt li, fejn m’hemmx ipprovdut, japplika l-Kodiċi Kriminali fil-konfront tad-dikjarazzjonijiet foloz. Naqblu? Jiġifieri, mhux il-Kummissjoni tiddeċiedi.
Dostları ilə paylaş: |