Debates tal-kamra tad-deputati



Yüklə 0,55 Mb.
səhifə1/8
tarix07.05.2018
ölçüsü0,55 Mb.
#50274
  1   2   3   4   5   6   7   8

MALTA

DEBATES TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
(Rapport Ufficjali u Rivedut)


IT-TMIEN PARLAMENT

Seduta Nru. 78


It-Tnejn, 16 ta' Ġunju, 1997

Stampat fl-Ufficcju ta' l-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA

Prezz Lm1


IT-TMIEN PARLAMENT


Seduta Nru. 78


It-Tnejn, 16 ta' Ġunju, 1997

Il-Kamra tad-Deputati ltaqghet fil-Kamra tal-Parlament,

il-Palazz, il-Belt Valletta, fis-6.15 p.m.

Talba

SEDUTA NRU. 78
It-Tnejn, 16 ta' Ġunju, 1997

WERREJ

MINUTI 177

KUNSENS GĦAL ATTI 177

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI 177

TQEGĦID TA' KARTI FUQ IL-MEJDA 179

181

MOZZJONIJIET 181



ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT TA' L-1994 DWAR TAXXA TAR-REĠISTRAZZJONI TA' VETTURI BIL-MUTUR 181

181


ABBOZZ TA' LIĠI BIEX IKOMPLI JEMENDA L-ATT DWAR L-IŻVILUPP INDUSTRIJALI 182

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 183

MOZZJONI DWAR IT-TWAQQIF TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-EDUKAZZJONI 183

AĠĠORNAMENT 200

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB 206

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB 237





MINUTI



MADAM SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono): Hemm xi korrezzjonijiet għall-Minuti? L-Onor. Joe Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Madam Speaker, fil-minuti hemm li l-Onor. Lawrence Gonzi kien fost l-assenti mentri fil-fatt kien preżenti.
MADAM SPEAKER: Hemm aktar korrezzjonijiet? Il-Minuti jistgħu jiġu kkonfermati wara li ssir dik il-korrezzjoni? (Onor. Membri: Iva)

Il-Minuti tas-Seduta Nru. 77 li saret fid-9 ta' Ġunju, 1997 ġew konfermati


KUNSENS GĦAL ATTI



MADAM SPEAKER: Ninforma lill-Kamra li l-President ta' Malta għoġbu jagħti l-kunsens tiegħu għal:
Att Nru XI ta' l-1997 - Att biex jemenda l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, Kap. 325;
Att Nru XII ta' l-1997 - Att biex jipprovdi għall-Impożizzjoni ta' Taxxa tas-Sisa fuq Importazzjonijiet, Prodotti u Servizzi minflok is-sistema ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud;
Att Nru XIII ta' l-1997 - Att li jemenda l-Att dwar l-Eurocontrol, Kap. 333; u
Att Nru XIV ta' l-1997 - Att li jemenda l-Att dwar l-Awtorita' Marittima ta' Malta, Att XVII ta' l-1991.

MISTOQSIJIET - TWEĠIBIET ORALI



FONDAZZJONI EDEN

4791. L-ONOR. MICHAEL BONNICI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4091, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Eden Foundation? Min-naħa tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed issir evalwazzjoni ta' dawn il-programmi?
X'sehem għandhom il-ġenituri f'dawn il-programmi? Dawn il-programmi jinvolvu lill-facilitators ukoll?
Minn dawn il-programmi se jibbenefikaw ukoll l-iskejjel privati u tal-knisja?
Min jagħżel lit-tfal biex jieħdu parti f'dawn il-programmi?
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali): B'riferenza għat-tweġiba mogħtija f'Marzu 1997 li qed jirriferi għaliha l-Onor. Interpellant nixtieq inżid ngħid li d-diskussjonijiet bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni Eden għadhom sejrin u t-tmexxija tat-tliet programmi għadha rregolata mill-ftehim bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni Eden li kien ġie ffirmat fit-13 t'April, 1996. Il-ftehim jipprovdi għal laqgħat regolari bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni Eden fejn kull sitt xhur il-Fondazzjoni tipprovdi rapporti dettaljati dwar it-tliet programmi kif ukoll kwalunkwe nformazzjoni li d-diviżjoni tista' titlob minn żmien għal żmein. Id-diviżjoni għandha aċċess għall-postijiet fejn isiru l-programmi biex ikunu assigurati l-effiċjenza, il-professjonalita' u l-effettivita'.
Il-ġenituri fil-prattika huma nvoluti fl-istadji kollha u dan għaliex il-koperazzjoni attiva tagħhom hija fattur importanti fl-edukazzjoni ta' wliedhom. Il-ftehim eżistenti ma jinkludix il-facilitators.
It-tliet programmi huma aċċessibbli wkoll għat-tfal li jattendu l-iskejjel privati u tal-knisja pero' dan ma jirriżultax mill-ftehim eżistenti.
Dwar l-għażla u l-eliġibilita' tal-parteċipanti nixtieq ngħid li d-dettalji tat-tfal jiġu mgħoddija lill-Fondazzjoni Eden fejn jiġu reġistrati u jsirulhom l-assessments meħtieġa qabel ma dawn jitpoġġew fil-programm.
Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li l-ftehim bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjni u l-Fondazzjoni Eden beda relattivament ftit żmien ilu. Kemm id-diviżjoni kif ukoll il-Fondazzjoni Eden huma konxji tal-ħtieġa li jkun hemm djalogu kontinwu permezz ta' diskussjonijiet fl-interess tat-tfal li jipparteċipaw fil-programmi kif ukoll ta' tfal oħra bi ħteġijiet speċjali. Mhix eskluża l-possibbilta' li l-ftehim ta' l-1996 jiġi rivedut.

MADAM SPEAKER: L-Onor. Michael Bonnici mistoqsija supplimentari,
ONOR. MICHAEL BONNICI: Madam Speaker, jien nifhem li l-Fondazzjoni Eden hija l-unika skola f'Malta li qatt għamlet dan l-esperiment, imma jekk l-Eden Foundation titlob servizz ta' facilitators - dawn il-gvern jipprovdihom b'xejn - il-gvern lest jagħtihom dan is-servizz?
Peress li inti għidt li t-tliet programmi huma aċċessibbli għat-tfal li jattendu l-iskejjel privati u tal-knisja pero' mhux permezz tal-ftehim eżistenti, allura dan ifisser li jista' jkun hemm tfal bi ħteġijiet speċjali, bħalma għandhom l-Eden Foundation, li jinsabu fl-iskejjel privati u tal-knisja li jistgħu ma jiġux ammessi f'dawn il-programmi?
X'inhi l-possibbilta' li l-ftehim li sar f'April ta' l-1996 jiġġedded u x'inhuma l-materji li jistgħu jitbiddlu?
MADAM SPEAKER: Il-Ministru.
ONOR. EVARIST BARTOLO: Jien nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jagħmilli dawn il-mistaqsijiet bil-miktub minħabba li wħud minnhom jirrikjedu ċerti dettalji, biss ma nafx l-Onor. Interpellant x'irid ifisser eżatt meta jgħid li l-facilitators jiġu pprovduti b'xejn. Jekk l-Onor. Membru għandu xi skema kif nistgħu nipprovdu facilitators b'xejn jien nirringrazzjah bil-quddiem għaliex għandna bżonn ta' mijiet minnhom f'dan il-qasam. Dawn nistgħu nipprovduhom mill-flus li niġbru miċ-ċittadini pero' żgur li mhux b'xejn.
Fil-fatt il-problema li hemm f'dan il-qasam - u ma nafx jekk l-Onor. Interpellant kienx qed jirriferi proprju għal dan - hija li l-ftehim li jeżisti dwar il-facilitators ikopri biss tfal li jmorru fl-iskejjel tal-gvern u fl-iskejjel tal-knisja u mhux fl-iskejjel privati. Fil-fatt it-talba li kienet issir lill-amministrazzjoni preċedenti u li kompliet issir anke fl-aħħar xhur kienet għaliex ma nipprovduhomx lit-tfal li jmorru fl-iskejjel privati. S'issa s-sitwazzjoni ma nbidlitx minn żmien l-amministrazzjoni preċedenti anke minħabba l-problemi li għandna biex f'dan il-qasam nipprovdu servizz serju kemm fl-iskejjel tal-gvern kif ukoll fl-iskejjel tal-knisja għaliex huwa diffiċli biex insibu n-nies meħtieġa u biex inħarrġuhom. Irridu niżguraw li l-persuni li jkunu ma' tfal b'diżabilita' jkunu tal-kwalita' meħtieġa u mhux sempliċement nagħtu l-illużjoni li għax bgħatna adult jew adulta mat-tifel jew tifla b'daqshekk inkunu qed naqdu d-dmirijiet tagħna lejn dawk it-tfal.
It-taħdidiet dwar dan il-ftehim għadhom sejrin u huwa maħsub li jintlaħaq ftehim ieħor aktar komprensiv minn dak li kien intlaħaq f' April 1996, jiġifieri żgur li mhux se mmorru lura imma jekk xejn se nsaħħu dak li hemm u se nestenduh f'oqsma oħra. Hawnhekk rridu noqogħdu attenti wkoll li fil-ftehim li nilħqu bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Eden ma ninsewx lill-iskejjel tal-privat.
Kif diġa' għidt, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jekk irid aktar dettalji jagħmilli mistoqsija bil-miktub jew jekk jitlobni tagħrif iktar speċifiku lest nagħtih aċċess totali għall-informazzjoni li għandna f'dan il-qasam.
MADAM SPEAKER: L-Onor. George Pullicino mistoqsija supplimentari.
ONOR. GEORGE PULLICINO: Nixtieq nistaqsi lill-Ministru jekk dan il-ftehim komprensiv hux se jkopri ftehim ma' l-Eden Foundation jew hux se jinkludi anke istituzzjonijiet oħrajn?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Le, dan se jkun ftehim komprensiv aktar fuq l-areas ta' kollaborazzjoni li jeżistu bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Eden Foundation. Aħna rridu li ċ-child development advisory unit u l-Eden Foundation jiġu jaħdmu b'mod aktar kordinat peress li fis-CDAU hemm aktar enfasi medika filwaqt li min-naħa ta' l-Eden Foundation hemm aktar enfasi edukattiva. Fi ftehim bħal dan huwa importanti li ma ninsewx il-bżonnijiet tat-tfal b'diżabilita' li għandna kemm fl-iskejjel mainstream kif ukoll fl-iskejjel speċjali.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.
ONOR. JOE CASSAR: Ġaladarba ssemmew il-kliem l-"ftehim komprensiv" u l-"Gvern", jista' l-Ministru jgħid

x'inhuma r-relazzjonijiet bejn il-ministeru tiegħu u l-ministeru tal-ħarsien soċjali dwar l-Eden Foundation?


MADAM SPEAKER: Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn aħna naraw il-bżonn li f'dan il-qasam indaħħlu lill-ministeru tal-ħarsien soċjali, aħna dan nagħmluh.
MADAM SPEAKER: Grazzi. Il-ħin tal-mistoqsijiet issa għadda. Ngħaddu għal Tqegħid ta' Karti. Il-Prim Ministru.

Yüklə 0,55 Mb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin