Debates tal-kamra tad-deputati


Relazzjonijiet Industrijali



Yüklə 1,42 Mb.
səhifə7/18
tarix30.01.2018
ölçüsü1,42 Mb.
#41308
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   18

Relazzjonijiet Industrijali
Biex il-qasam tar-relazzjonijiet industrijali jkun indirizzat aħjar, u mhux sempliċiment jibqa’ r-responsabbilta' ta’ ministru mingħajr ebda back-up, se jitwaqqaf Unit għar-Relazzjonijiet Industrijali. Dan il-Unit kompatt ikollu wkoll l-inkarigu illi, dejjem permezz ta’ konsultazzjonijiet meħtieġa, jidħol fir-reviżjoni tal-leġislazzjoni li tmiss ma’ dan il-qasam sensittiv, u jħares lejn u fejn hu xieraq jirrikmanda dwar proposti li jsiru mill-unions u s-sidien.
Il-Joint Negotiating Council li jipprovdi għalih l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali se jiġi attivat. Infakkar li dan hu makkinarju għal negozjati dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet tas-servizz ta’ uffiċċjali pubbliċi.
Il-ħidma tal-gvern biex ikun hemm diretturi minn fost il-ħaddiema u iżjed diretturi nisa fis-settur pubbliku, li nbdiet mill-ewwel jiem ta’ din l-amministrazzjoni, tkompli tissaħħaħ.
Il-Qasam Turistiku
Se nħabbar ukoll miżura li għandha x’taqsam mas-settur turistiku u r-riforma fis-sistema ta’ tassazzjoni. Għalkemm il-proċess għat-tranżizzjoni mill-VAT għal sistema oħra, kif fissirt qabel, qiegħed jitlesta, se nilqa’ proposta li saritli mir-rappreżentanti tas-settur turistiku biex dwar dan il-qasam nippronunzja ruħi malajr kemm jista’ jkun.
Għalhekk, ngħid minn issa li, b’effett mill-1 ta’ April li ġej, jiġifieri mill-bidu tas-sena turistika, il-VAT se titneħħa minn fuq il-pre-booked accommodation and catering package, u t-taxxa alternattiva fuqu se tkun ta’ 5 fil-mija. Diġa' ikkonfermajt ukoll li t-Tour Operators Support Scheme se tibqa’ titħaddem skond l-għanijiet tagħha.
Qed nagħmel dan issa ħalli ma jerġax ikun hemm l-inċertezza kbira u twila, u l-ħsara attwali, li ħoloq il-gvern ta’ qabel bl-agunija twila dwar il-Forward Buying Rate. B’hekk, il-lukandiera u oħrajn li joperaw fis-settur turistiku jkollhom iċ-ċertezza li jafu sewwa u kmieni biżżejjed fejn huma. Il-volatilita' tar-rati tal-kambju ma tafx meta tolqot.
Sħubiji Ġodda għall-Ġejjieni
Fattur li rridu naħsbu għalih għall-ġejjieni hu kif nindirizzaw l-oġġettiv ta’ ħarsien soċjali anki permezz ta’ akkomodazzjoni xierqa għal dawk li m’għandhomx il-mezzi biex jiksbuha fis-suq ħieles. Dan hu settur li jitlob ippjanar u tfittxija għal metodi ġodda, konsonanti ma’ l-aspirazzjonijiet u l-qagħdiet tagħna.
Se titwaqqaf għalhekk kummissjoni biex tidentifika art tal-gvern jew li ġiet trasferita mill-Knisja fejn ikun jista’ jinbeda Proġett ta’ Akkomodazzjoni għal dawk li tassew jeħtieġu forma ta’ għajnuna. Paralleli mal-ħidma ta’ din il-kummissjoni, il-gvern jiftah konsultazzjonijiet mas-settur privat biex ifittex sħubija li sa issa għadha ma ġietx esplorata. Permezz tagħha, il-gvern ikun jista’ joħroġ l-art waqt li l-privat jikkontribwixxi l-kostruzzjoni. Darba li l-prezz ta’ l-art sar aktarx l-element ewlieni fil-kost ta’ l-akkomodazzjoni, din is-sħubija għandha tagħmilha possibbli li imbagħad l-akkomodazzjoni li tibni tiġi allokata b’rati inqas minn tas-suq.
Irrid ngħid li l-impenn għar-rażan tad-daqs tas-settur pubbliku u l-ftuħ ta’ iżjed spazji għas-settur privat, hu wieħed meqjus għall-aħħar. Għalhekk, bla ma qed nipprovdi fl-Istima tad-Dħul għal xi eventwalita' minn dan il-lat, il-Gvern se jħares b’moħħ miftuħ lejn kif il-privat għandu jkun jista’ jidħol iżjed f’attivitajiet li bħalissa qegħdin fis-Settur Pubbliku.
Dan isir mhux skond mira qasira li nsibu xi ammonti ta’ flus minħabba l-iżbilanċ strutturali finanzjarju li writna. Isir, iżda skond il-mira ħafna itwal u iżjed fundamentali li s-settur privat ikun tassew il-mutur ekonomiku tal-pajjiż. Dan, waqt li l-gvern jara li jwettaq l-obbligi tiegħu dejjem b’mod iżjed effiċjenti, anki fejn jinħtieġ suppliment soċjali u fl-oqsma li huma punti strateġiċi għall-pajjiż, ikun dejjem lest biex f’konsultazzjoni sħiħa jiffaċilita l-ħidma taċ-ċittadini li jgħaqqdu r-riżorsi diversi tagħhom fi sħubija dinamika f’dak is-settur.
GĦELUQ
Sinjura President,
Il-Budget għall-1997 ma fittixx li jaħrab mill-problemi. Lanqas ma jogħtor taħt it-toqol tagħhom. Iżda fittex li jagħrafhom b’mod ċar ħalli b’hekk inkunu nistgħu nikkonfrontawhom.

Dan il-Budget hu l-bidu ta’ triq ġdida 'l quddiem. Triq mhux tal-Gvern Laburista, iżda tal-poplu u tal-pajjiż kollu. Dan pajjiż wieħed. Poplu wieħed.


Il-gvern irid ikun għal kulħadd, għall-Maltin u l-Għawdxin kollha u mhux għal biċċiet mill-pajjiż biss. Irid ifakkar li bilfors jeħtiġilna naħdmu u naqilgħu l-għajxien tagħna billi nikkompetu ma’ prodotti u servizzi ta’ fornituri internazzjonali. Irid ikun it-tmunier tal-bastiment Malti li l-makna tiegħu tkun is-settur privat, is-sħubija bejn is-sid u r-riżorsi umani mħejjija b’edukazzjoni u taħriġ immaġinattiv u xieraq. Makna li ż-żejt tagħha jrid ikun l-investiment f’sistemi u teknoloġiji li jiksbulna vantaġġ komparattiv fis-swieq internazzjonali billi jimmassimizzaw l-aħjar kwalitajiet fir-riżorsi umani tagħna, u f’pajjiżna.
Il-gvern irid li l-ġid ikun imqassam b’mod li min jiġġenerah iżomm il-proporzjon tajjeb u xieraq li jistħoqqlu għall-ħidma u l-intrapriża tiegħu, waqt li - skond il-prinċipji dejjiema tal-ġustizzja soċjali, tal-mutwalita' u s-solidarjeta', tal-fatt li aħna lkoll aħwa - nieħdu ħsieb min jeħtieġ l-għajnuna ta’ għajru.
Hu dan li jagħmilna bnedmin. Hi qalbna u l-ispiritwalita' tagħna li jagħtuna d-dimensjoni umana li mingħajrha l-ħila u s-saħħa tagħna jkunu biss ħwejjeġ mekkaniċi. Il-gvern irid ifittex u jinkuraġġixxi t-tajjeb li hemm f’kulħadd waqt li jfittex li jsewwi l-ħażin fejn jeżisti. Irid jinkoraġġixxi kultura ta’ moralita' u valuri sodi, fejn min jipprova jimminahom ikun mikxuf bla ħniena; kultura ta’ bżulija, fejn m’hemmx lok għal parassiti li jerdgħu demm sħabhom; kultura ta’ onesta', fejn m’hemmx spazju għal min irid jisfrutta u anki jisraq lil għajru.

Il-gvern irid fuq kollox kultura politika mibnija mhux fuq l-espedjent temporanju, iżda fuq l-abbiltajiet u l-ħtiġiet għat-tul; fejn kulma jsir, isir bi trasparenza u għaqal. Kultura fejn id-diżonesta' jkun hemm għassa kontinwa għaliha. Ħalli, jekk tinbet, tinkixef bilġri, u tiġi maqlugħa ħesrem mill-art qabel ma tilħaq tixxettel u tħassar u tifga lill-klassi politika, li bis-servizz onest tagħha għandha tkun xempju għas-soċjeta'.


Fil-kontest ta’ dan kollu, il-Budget mhux ifittex il-popolarita' rħisa, u lanqas ma beża’ jew ħarab minn dak li hu jew jinħass iebes. Dan l-ewwel Budget Laburista f’din il-Leġislatura hu msejjes fuq l-ingredjenti li jridu jkunu l-essenza ta’ kull Budget ieħor li għad irid jiġi mressaq minnu - fuq ir-realiżmu, fuq l-onesta', fuq is-serjeta', fuq il-kuraġġ.

Il-problemi li wiret il-Gvern Laburista huma kbar. Daqstant ieħor għandha tkun kbira ir-rieda li nfittxu li negħlbuhom flimkien, xi ħaġa li - iva - nistgħu nagħmluha u m’għandniex naqtgħu qalbna minnha.


Nagħmluha jekk dejjem nagħrfu li pajjiżna huwa tagħna lkoll. Ilkoll għandna d-dmir sabiħ li naħdmu biex nagħmluh aħjar. Kull min irid, se jkollu l-ispazju sħiħ li jixtieq biex jgħin fit-twettiq ta’ dan id-dmir.
B’mod realistiku. B’mod serju. B’mod onest. B’mod kuraġġuż.

Jekk inkunu serji, inżommu dak li ksibna sa issa, ftit ftit nirranġaw dak li hemm imħassar, nibdew inizjattivi ġodda, u nimxu iżjed 'il quddiem.


Jekk inkunu realisti, it-triq 'il quddiem insibuha u nimxuha aħjar.

Jekk inkunu onesti, il-piż jeħfief. Mhux għall-gvern - il-gvern mhu xejn ħlief ir-rappreżentanza tal-poplu. Iżda għall-poplu kollu, li l-piż iġorru hu, bit-taxxi diretti u indiretti li jħallas, u li l-mira tagħna għandna tkun li meta dan isir possibbli, inħaffuhom.


Jekk inkunu kuraġġużi, nistgħu nirbħu kull saram, naħarbu kull skoll.
Ir-realiżmu, is-serjeta`, l-onesta` u l-kuraġġ, dejjem u l-ħin kollu, u minn kull min jemmen f’Malta u hu kburi li hu Malti, iridu jkunu l-qofol tal-ġejjieni tagħna.
Dan hu l-bidu ġdid li qegħdin noffru. (Onor. Membri: Hear, hear)

Tabella Nru. 1

























Qagħda Finanzjarja Riveduta 1996

















































Estimi Oriġinali

Estimi Riveduti







(Lm miljuni)

(Lm miljuni)











































DĦUL



















Ordinarju







515.4







446.1






















INFIQ



















Rikorrenti

452.3







475.4

























Ħlasijiet



















fuq Self




27.5







29.8

























Kapitali




89.6







73.6













569.4







578.8






















Differenza
















bejn Dħul Ordinarju u













Nfiq







(54.0)







(132.7)

(Expenditure Gap)


































GĦotjiet Barranin




15.1







20.7

Bilanċ fil-Budġet




(38.9)







(112.0)

(Budgetary Gap)





































Self Barrani




6.1







3.2

Bilanċ li ser jiġi ffinanzjat

(32.8)







(108.8)






















Bilanċ fil-Fond
















Konsolidat
















fl-1 ta' Jannar 1996

(34.1)







(34.8)

























Self Lokali (1)

34.1

-




34.8

-










(32.8)







(108.8)






















Self Lokali (2)













35.2






















Stima ta' bilanċ
















fil-Fond Konsolidat













fil-31 ta'



















Dicembru 1996




(32.8)







(73.6)

Yüklə 1,42 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   ...   18




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin