ONOR. JOE MIZZI: Sinjura President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal-lum il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, fis-2.00 p.m. b'din l-aġenda:
Ordnijiet tal-Ġurnata Kumitat ta' Provvista - Estimi Ġenerali 1998
Voti tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja
MADAM SPEAKER: Grazzi. Sar il-ħin. Il-Kamra hija aġġornata għal nhar il-Ġimgħa, 28 ta' Novembru, fis-2.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mill-Ministru Mizzi.
Fin-12.31 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.
MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB
DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - DJAR
9958. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jispjega d-diskrepanza bejn ir-risposti ta' mistoqsijiet parlamentari numri 4208 u 4941 li kienu jirrigwardaw rikonoxximent ta' kerrejja ġodda, għaliex waqt li fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4208 qal li "kull każ jiġi mistħarreġ fuq il-merti tiegħu" u fit-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4941 qal li l-applikanti jridu jkunu "taw provi ċari li kienu jabitaw"?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ma jidhirli li hemm l-ebda diskrepanza fir-risposti. Iż-żewg risposti jfissru l-istess haga fi kliem differenti. Kull każ jiġi mistharreġ fuq il-merti tiegħu. Dan l-istharriġ jinvolvi produzzjoni ta' provi ċari minn min qed jitlob rikonoxximent li kien ilu joqgħod fil-post.
DIPARTIMENT TA' L-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI
9959. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jispjega b'mod dettaljat x'inhi l-policy dwar rikonoxximenti ta' kerrejja ġodda mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u x'kondizzjonijiet partikolari jkunu jridu jissodisfaw l-applikanti?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif spjegajt lill-Onor. Interpellant drabi oħra fosthom fir-risposta għall-mistoqsija numru 9958, il-policy hi li min ħaqqu jingħata rikonoxximent jingħata, iżda min ma ħaqqux ma jingħatax. Dan isir wara li tiġi mistħarrga kull talba għal rikonoxximent.
PEMBROKE BUSINESS PARK
9960. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni preżenti fir-rigward tal-bidla tal-Pembroke Business Park għall-housing soċjali u b'mod partikolari jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jekk le, meta hu mistenni li jsiru?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif tħabbar fil-Budget, se titwaqqaf korporazzjoni għall-izvilupp urban ta' Pembroke. L-area li kienet proposta għall-Business Park hi ntiza għal Housing tas-suq (Market Housing) u din se tkun parti ntegrali mill-hidma tal-korporazzjoni. Naturalment qabel titwaqqaf il-korporazzjoni u jiġi deċiż x'forma se tieħu din l-area, ma jistgħux isiru applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-housing tas-suq. Madankollu għandi pjaċir inħabbar li sa llum saru applikazzjonijiet għall bini ta' 337 units bħala housing soċjali f'dawn is-siti f'Pembroke:
23/06/97 Maisonettes F1 - 40 40 units
16/07/97 Maisonettes E1 - 18 18 units
16/07/97 Blocks A1 - A4 64 units
24/10/97 Blocks A5 - A11 76 units
24/10/97 Maisonettes D1 - D58 58 units
17/11/97 Blocks B1 - B14 81 units
Total 337 units
EXPO'98
10083. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jonfoq il-gvern Malti sabiex pajjiżna jkun wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fl-Expo'98 li se ssir f'Lisbona - Portugal is-sena d-dieħla?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt
għall-mistoqsija parlamentari numru 10082.
AMBAXXATI - KONTIJIET TAT-TELEFON
10138. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-kontijiet tat-telefon fl-ambaxxati Maltin f'Ruma, Londra, Brussels u Moska, xahar b'xahar, għall-perijodu Jannar 1996 sal-lum?
ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar.
INTEGRATED RESOURCE MANAGEMENT LTD - SERVIZZI
10139. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10,010 għar-rigward ta' servizzi mill-IRM Co. Ltd?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MOSTA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ
10140. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10,009 għar-rigward ta' lista ta' prijoritajiet għal xogħlijiet tad-drenaġġ?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
PANEL BEATERS/SPRAYERS
10141. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10,008 għar-rigward ta' liema huma l-garaxxijiet liċenzjati bħala panel beaters u/jew sprayers fil-Belt Valletta, Floriana u Marsa?
ONOR. ALFRED SANT: Tabella li turi t-tagħrif mitlub tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
PULIZIJA/ARMATA - PROBATION OFFENDERS ACT 1957
10142. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk fir-reklutaġġ ta' persuni fil-forzi ta' l-ordni, jiġifieri Pulizija u l-Armata, jiġux eżaminati jekk l-applikanti ikkommettewx reati li ma jidhrux fiċ-ċertifikat tal-kondotta, eżempju serq jew frodi li jiġi kkastigat bl-applikazzjoni ta' l-Art.9 tal-Probation Offenders Act 1957?
ONOR. ALFRED SANT: Jien informat li fil-każ ta' reklutaġġ fil-Pulizija jiġi eżaminat dak li semma l-Onor. Membru fil-mistoqsija tiegħu. Fir-reklutaġġ ta' l-Armata, jintalab iċ-ċertifikat tal-kondotta maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija u l-applikant huwa obbligat jiddikjara kull każ li kellu fil-Qorti meta jimla' l-Karta tal-Konferma biex jidħol rekluta, dejjem skond ir-Regolamenti ta' l-1970 dwar in-Nomini u Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta.
PITKALIJA - INVESTIMENT
10156. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investiment li sar fil-Pitkalija matul il-perjodu 1/11/96 - 31/10/97? Fiex intnefqu l-flus matul dan il-perjodu? X'inhu mistenni li jintnefaq matul is-sena d-dieħla u fiex?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Matul il-perjodu msemmi nbeda xoghol fuq dan l-investiment:
1. Tkomplija tat-toilets u security rooms Lm 12,000
2. Bini tat-tieni sular tal-Pitkali Crates Lm 63,000
3. Xiri ta' magna gdida ghal-hasil tal-kaxxi Lm 40,000
4. Tinda gdida Lm123,000 Barra minn dan, gew irrangati l-Cold Stores u l-boundary wall.
Matul l-istess perjodu thallsu dawn il-flus:
Minn proġett 1 thallas kollox u
Minn proġett 2 sa llum thallas Lm16,000
Il-kumplament hu maħsub li jitħallas hekk kif jispiċċaw il-proġetti kmieni s-sena d-dieħla. Hemm ftehim li l-magna tal-ħasil titħallas mill-Pitkali Crates Ltd.
TA' QALI - IMWIEŻEN ELETTRONIĊI
10157. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' imwieżen elettroniċi li hemm stallati fil-Pitkali, f'Ta' Qali?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Sal-lum hemm disa' imwiezen elettronici fil-Pitkalija Ta' Qali.
PITKALIJA - PRODOTTI
10158. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' prodott (prodott bi prodott) u l-valur totali ta' prodott li daħal fil-Pitkalija f'Għawdex fil-perjodu 1/11/96 - 31/10/97?
ONOR. NOEL FARRUGIA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-Seduta.
PITKALIJA - PRODOTTI
10159. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bdiewa Għawdxin li daħħlu l-prodott tagħhom fil-Pitkalija f'Ta' Qali, fil-perjodu 1/11/96 - 31/10/97? X'kien il-valur ta' dan il-prodott fl-istess perjodu?
NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
BDIEWA - BOLLA TAS-SIGURTA' SOĊJALI
10160. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa, lokal b'lokal, li jibbenefikaw mill-ħlas lura tan-nofs bolla tas-sigurta' soċjali? Kemm hu mistenni li tkun in-nefqa attwali ta' dan il-vot, fil-perjodu 1/1/97 - 31/12/97?
ONOR. NOEL FARRUGIA: In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda, lokal b'lokal. li jibbenifikaw mill-ħlas lura ta' nofs il-bolla tas-sigurta' socjali huma hekk kif spjegat hawn taħt:
Lokal Nru ta' Lokal Nru ta'
Bdiewa Bdiewa Attard 5 Mqabba 8
B'Bugia 2 Msida 3
B'Kara 10 Mtarfa 3
B'Marrad 29 Naxxar 11
Dingli 33 Pieta' 1
Fgura 4 Qormi 33
Gharghur 6 Qrendi 9
Ghaxaq 7 Rabat 108
Gudja 4 Safi 3
Hamrun 4 San Giljan 6
Kalkara 3 San Gwann 13
Kirkop 4 Siggiewi 44
Ibragg 3 Sliema 1
Iklin 1 San Pawl il-Bahar 61
Lija 8 Sta. Lucia 2
Luqa 1 Sta. Venera 3
M'Scala 17 Swieqi 1
M'Xlokk 94 Tarxien 3
Manikata 4 Vittoriosa 1
Marsa 1 Wardija 1
Mdina 1 Zabbar 41
Mellieha 42 Zebbug 33
Mgarr 131 Zejtun 23
Mosta 59 Zurrieq 17
Total 902 Huwa previst li n-nefqa attwali ta dan il-vot għall-perjodu 1/1/97 - 31/12/97 tkun ta' madwar Lm 216,000.00 u li minnhom s'issa diġa' tħallsu Lm 174,759.35.
ORGANIC FARMING
10161. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm fil-ħidma marbuta mar-rapport dwar l-organic farmingi li sar minn numru ta' Ġermaniżi? X'inhuma l-iżviluppi ta' dan ir-rapport? X'kienu r-reazzjonijiet ta' l-għaqdiet ambjentali dwar dan ir-rapport usa li għaddew diversi xhur minn meta tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Ir-rapport fuq l-Organic Farming ta' l-esperti Ġermaniżi ġie modifikat diversi drabi u dan minħabba d-diversi konsultazzjonijiet li saru ma' għaqdiet ambjentali kif ukoll esperti Maltin u barranin. L-entitajiet li ġew konsultati dwar dan ir-rapport u d-diversi reazzjonijiet taghhom diġa' ġew mogħtija fir-risposta parlamentari numru 9042. Qed isiru diversi provi ghand bdiewa taht id-direzzjoni ta' uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.