Template for Published Version of Sittings



Yüklə 218,99 Kb.
səhifə25/25
tarix10.01.2022
ölçüsü218,99 Kb.
#100918
1   ...   17   18   19   20   21   22   23   24   25
part-timers jew full-timers jew xi ħaġ'oħra?
ONOR. JOSEF BONNICI: Matul is-sena 2001 u din is-sena l-MIA impjegat 23 ruħ, imqassmin kif ġej:
GRAD 2001 2002
Assistant Administrator 1 -

Airport Attendant - 7

Clerk 5 1

Clerk (b'kuntratt) 1 -

Customer Service Assistant 1 2

Senior Technician 1 -

Technician - 2

TAS 1 -


Tradesman 1 -
L-ingaġġ sar kollu bl-approvazzjoni tal-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ apparti dak tat-TAS li huma parti minn skema ta' apprentistat.

TURIŻMU - KONSULENTI
34137. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-ministeru li ġew maħtura bħala konsulenti? Min huma dawn il-persuni u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid xi ħlas u x'benefiċċji oħra ġew maqbula ma' dawn il-persuni?
ONOR. MICHAEL REFALO: Fil-ministeru għat-turiżmu hemm tliet persuni maħtura bħala konsulenti, hemm is-Sur Lino Borg li huwa konsulent ma’ l-istitut għall-istudji turistiċi b'salarju ta’ Lm6,328 fis-sena; is-Sur George Micallef li huwa konsulent dwar il-prodott turistiku b'salarju ta’ Lm7,383 fis-sena, u s-Sur Jean Micallef Grimaud li huwa konsulent dwar l-Unjoni Ewropea u jitħallas Lm2,000 fis-sena.

MALTA RACING CLUB - GĦAJNUNA FINANZJARJA
34140. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ta l-gvern lil Malta racing club matul is-sena 2001 u matul din is-sena? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi ħsieb jew ftehim dwar għajnuna oħra fil-futur u x'inhi t-tip ta' għajnuna?
ONOR. JOHN DALLI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Malta racing club ġew mogħtija Lm5,000 fl-2001 u Lm5,000 din is-sena mis-super-5 fund.
Għar-rigward ta' fondi oħra u għat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-ministru ta' l-edukazzjoni.
KONVENZJONI EWROPEA - LAQGĦAT TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
34148. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li ser jieħdu sehem fil-konvenzjoni tal-futur ta' l-Unjoni Ewropea fil-laqgħat tal-persuni żgħażagħ? Kif intgħażlu dawn il-persuni?
ONOR. JOE BORG: Iż-żgħażagħ li ġew nominati mir-rappreżentant tal-gvern u mis-sostitut tiegħu huma Ilaria Flores Martin u Samuel Azzopardi. Huma intgħazlu minn ġurija wara li sar konkors apposta għaż-żgħażagħ li esprimew interess. Dan bħala riżultat tal-pubbliċita' li ngħatat permezz ta' stqarrija għall-istampa maħruġa fid-19 ta' Mejju 2002 , u abbażi tal-kriterji stabiliti fl-istess stqarrija.



Yüklə 218,99 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   17   18   19   20   21   22   23   24   25




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin