Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə2/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22

A. Prinċipji




Inizjattiva 1

Żvilupp tal-value added fil-ħidma ta’ kull persuna


L-iżvilupp tal-value added fil--ħidma ta’ kull persuna f’pajjiżna għandu ikun il-prijorita fil--ħidma tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u Self Employed. Dan jasal billi jkollna impenn kontinwu fuq livell personali u kollettiv għal kull entita’ favur it-titjib tal-kwalita’ tal-prodott jew servizz li jkun offrut.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva tindika l-objettiv prinċipali tal-ħidma li s-Segretarjat qed iwettaq permezz tad-Diviżjoni għall-Kummerċ, l-entitajiet tagħha u s-Small Enterprise Directorate kif ukoll f’sinerġija ma’ entitajiet oħra tal-Gvern. Il-ħidma kollha li qed issir biex ikunu implimentati l-kumplment tal-inizjattivi kif jidhru f’dan il-Pjan ta’ Ħidma qed ikollha bħala objettiv il-tisħiħ tal-value added f’kull settur ta’ kummerċ, kemm jekk manifattura, artiġjantat jew servizzi.

  2. Fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ burokrazija, Il-Business and Enterprise Unit fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika (NSO) minn din is-sena naqqas in-numru ta' dawk li huma obbligati jwiegbu għall-iStructural Business Survey li jsir kull sena, speċjalment għan-negozji ż-żghar u s-self-employed. Fil-fatt, l-SBS qed jintbgaħat lin-negozji kollha li jħaddmu iktar minn ħamsa min-nies, filwaqt li qed jintbagħat biss lil sample ta’ dawk li jħaddmu inqas minn ħamsa. Dawn jinqasmu fi tnax-il kategorija skond it-turnover u n-numru ta’ impjegati.



Inizjattiva 2

Aktar effiċjenza minn service providers





Ikunu imlaqqgħin rappreżentanti ta’ awtoritjiet, dipartimenti governattivi u entitajiet oħra regolatorji sabiex ikun spjegat lilhom id-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern fit-tfassil tal-politika tiegħu lejn is-sidien ta’ negozji Żgħar u persuni self-employed. Gvernn jemmen fin-negozju ifisser li jkollna entitajiet governattivi li fil-Ħidma tagħhom iwettqu din il-politika sabiex dawn l-entitajiet bħala service providers ikunu aktarr effiġenti, inqas burokratiġi u aktar konxji ta’ sehem is-self-employed u sidien ta’ negozji żgħar fit-tkabbir tal-ekonomija ta’ pajjiżna
Is-Segretarjat għal dan il-għan ser jaħdem viċin tal-Forum sabiex il-konsultazzjoni li ssir ma l-entitajiet regolatorji issir flimkien mal-għaqdiet tan-negozju infushom.

X’qed isir

  1. Saru diversi laqgħat u seminars fejn is-Segretarju Parlamentari żamm kuntatt kontinwu bil-ħsieb li dawn l-entitajiet ikunu iktar effiċjenti u inqas burokratiċi. Ħafna mill-ħidma tas-Segretarjat kienet tinvolvi ħidma ta’ kordinazzjoni li ġabet flimkien entitajiet governattivi minn Ministeri differenti sabiex flimkien jissimplifikaw regolamentazzjoni jew itejbu l-aċċess għall-informazzjoni ta’ issues li jolqtu setturi differenti ta’ self employed u sidien ta’ negozji żgħar

  2. Dawn kienu:

  • Malta Standards Authority li magħha nżammet konsultazzjoni fuq issues relatati ma’ standards (eż Regolamentazzjoni fuq il-lifts, pubblikazjoni ta’ standards ġodda)

  • ETC – Malta Standards Authority – Malta Association of Beauty Therapists fejn kien konkluż l-ewwel konsultazzjoni fuq l-istandards għal beauticians.

  • APEX u Bord tal-Koperattivi fejn iltaqgħu għal numru ta’ laqgħat biex ħarġu bi proposti għal emendi fil-Liġi tal-koperattivi fejn fil-preżent dawn l-emendi qegħdin għall-approvazzjoni (wara konsultazzjoni mal-APEX).

  • Dipartiment tas-Saħħa li ltaqa’ ma’ diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ l-Assoċjazzjoni Bejjiegħa tal-Laħam, mad-distributuri tal-ħalib u mal-manifatturi tal-ġbejniet u fejn finalment ġie ppubblikat l-ktejjeb għall-bejjiegħa tal-ikel li jispjega l-HACCP.

  • Assoċjazzjoni bejjiegħa tal-festi u GRTU fejn iddiskutew kif jistgħu jittieħdu passi kontra Kunsilli Lokali li kien qed jinħass li qed jiksru l-liġi mal-Bejjiegħa tal-festi.

  • Assoċjazjoni tal-Boat Manufacturers, li kienu qegħdin jilmentaw minn nuqqas ta’ informazjoni rigward kif setgħu jintużaw id-dgħajjes għas-sajd tad-dilettanti. Għal dan il-għan saru laqgħat f‘ħidma ta’ kordinazzjoni li ġabet flimkien uffiċjali minn Dipartiment tas-Sajd, Awtorità Marittima ta’ Malta, Dipartiment tal-Enforcement tal-Pulizija, Forzi Armati ta’ Malta, mal-Malta Standards Authority kif ukoll l-istess sidien ta’ negozji li jikkonċernaw manifattura ta’ dgħajjes. Finalment kien ippubblikat il-fuljett Mistoqsija u Tweġiba dwar Dgħajjes ta’ Rikreazzjoni.

  • Mal-Pulizija, Uffiċjali mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, u mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura fejn ġiet diskussa il-leġislazzjoni tal-alcohol consumption li wasslet sabiex tiġi emendata l-liġi tal-bejgħ tal-alcohol minn ħwienet wara d-disgħa ta’ filgħaxija.

  • Laqgħat flimkien ma’ Uffiċjali tal-Awtorità tat-Turiżmu u ETC rigward l-ħruġ ta’ liċenzi lil self-employed barranin

  • Laqgħat flimkien ma’ Uffiċjali mill-Minsteru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-MEPA rigward il-proċess ta’ applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp taż-żoni Industrjali tal-Micro Enterprise Parks

  • Laqgħat ma’ uffiċjali tal-Pulizija, GRTU u Diviżjoni għall-Kummerċ biex ikunu diskussi l-emendi fl-Avviż Legali għall-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju.

  • Laqgħat bejn l-Għaqda għat-Trobbija tan-Naħal u Uffiċjali għolja mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex ikunu finalizzati proċeduri li jissimplifikaw il-proċess ta’ regolamentazzjoni għal bejgħ u manifattura tal-għasel.

  • Laqgħat mal-Gold and Silversmiths Association u Artiġjana oħra flimkien mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat u l-konslu sabiex tkun diskussa l-issue tal-boll.

  • Laqgħat mal-Malta Furniture Manufacturers Organisation (li taqa’ taħt l-attenzjoni tas-Small Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise) li ġew mlaqqa’ flimkien ma’ uffiċjali mill-MCAST fejn iddiskutew it-taħriġ għall-ħaddiema mal-mastrudaxxi.

  • Laqgħat mal-Malta Printing Industry Association (li ukoll taqa’ taħt l-attenzjoni tas-Small Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise) li ukoll ġew mlaqqa’ ma’ uffiċjali mill-MCAST fejn iddiskutew it-taħriġ tal-personnel għall-industrija tal-printing.

  • Mal-MEPA u uffiċjali mill-Minsteru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent fejn ġew organizzati laqgħat ta’ konsultazzjoni u għoti ta’ informazzjoni lill-kuntratturi dwar il-Building and Construction Regulations.

  • Laqgħat ma’ Awtorità tat-Turiżmu, Awtorità dwar it-Trasport, Awtorità tar-Riżorsi fejn ġew diskussi l-possibilta ta’ emendi fir-regolamenti dwar ħruġ ta’ liċenzji

  • Mal-Forum Malta fl-Ewropa u mar-Rappreżentanza Permanenti tal-UE f’Malta fejn ġiet organizzata konferenza dwar il-fondi Ewropej bil-parteċipazzjoni tas-Segretarjat.

  • Mal-NECC dwar il-bidla għall-EWRO, fejn is-Segretarjat għen biex jorganizza diversi laqgħat ta’ informazzjoni.

  • Laqgħat mal-Wasteserv sabiex jiġi diskuss l-użu tas-Civil Amenity Sites mill-micro enterprises fiż-żoni Industrijali.

  • Mal-Management Efficiency Unit, Uffiċjali mil- Minsteru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex ikunu diskussi emendi fir-rigward ta’ Avviżi Legali li jikkonċernaw Kunsilli Lokali.

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin