Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396,44 Kb.
səhifə5/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396,44 Kb.
#40420
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22



Inizjattiva 8

Kultura imprenditorjali permezz ta’ edukazzjoni


Il-Forum għal l-Imprenditorija għandu jiżviluppa ħidma li permezz tagħha fil-qasam edukattiv tkun żviluppata kultura imprenditorjali permezz ta’ edukazzjoni ħolistika li għandha twassal sabiex kull student/a ikunu imħarrġa sabiex ikunu :

  1. aktar responsabbli u jgħarfu l-ħtieġa tal-valur tas-servizz fil-ħajja

  2. ikunu kapaġi jikkomunikaw aħjar l-idea li jkollhom,

  3. jgħarfu l-ħtieġa li jaħsbu u jippjanaw dak li jkunu ser jagħmlu wkoll b’mod innovattiv u kreattiv, filwaqt li;

  4. jifhmu l-ħtieġa li jsegwu kodiġi ta’ etika u l-corporate social responsability. Dawn is-suġġetti ta’ laħħar ġew ippreżentati permezz ta’ dokument li ġie ippublikat mill-istess Segretarjat.

Irid isir sforz biex din il-bidla fil-kultura tkun spjegata wkoll lill-genituri li qed ikunu involuti f’dan it-taħrig.

X’qed isir

  1. Fl-14 ta’ Novembru, saret laqgħa organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed flimkien mal-Guidance and Counselling Unit għall-Guidance Teachers u l-Counsellors ta’ l-iskejjel biex tingħata informazzjoni lil dawn l-għalliema dwar l-etika fin-negozju.

  2. Din il-proposta qed tiġi indirizzata permezz ta’ laqgħat li jitrattaw is-suġġett imsemmi ma’ l-iSCOOPS u l-Young Enterprise. Qegħdin isiru diskussjonijiet ma’ l-istudenti fl-Istituti ta’ l-MCAST, fl-Universita ta’ Malta, u fi skejjel primarji u sekondarji. L-għalliema wkoll qed jiġu indirizzati sabiex ikunu iffurmati u infurmati sew biex ikunu jistgħu jifhmu u japprezzaw iktar l-iskop li jedukaw aħjar b’mod ħolistiku lill-istudenti tagħna fis-suġġett ta’ l-imprenditorija, li finalment iwassal sabiex f’pajjiżna jkollna edukazzjoni għal żvilupp sostenibli.

  3. Dawn l-erbgħa inizjativi għandhom iwasslu biex ikunu:

  1. aktar responsabbli u jgħarfu l-ħtiega tal-valur tas-servizz fil-ħajja.

  2. ikunu kapaċi jikkomunikaw aħjar l-idea li jkollhom,

  3. jagħrfu l-ħtieġa li jaħsbu u jippjanaw dak li jkunu ser jagħmlu wkoll b’mod innovattiv u kreattiv, filwaqt li;

  4. jifhmu l-ħtieġa li jsegwu kodiċi ta’ etika u l-corporate social responsability. Dawn is-suġġetti ta’ l-aħħar ġew ippreżentati permezz tad-dokument li ġie ppublikat mill-istess Segretarjat.

Dawn l-inizjattivi qed ikunu il-qofol tal-messaġġ li s-Segretarjat qed joffri lil għalliema u kapijiet ta’ skejjel sabiex jaraw li fil-qasam edukattiv l-istudenti tagħna jkunu mħejjija aħjar f’kapaċitajiet li jgħinuhom jikkomunikaw iktar f’ħidma b’sens ikbar ta’ responsabbilità fejn jifhmu aħjar il-valur tas-solidarjetà fil-ħajja.

    1. Fis-sitt xhur li ġejjien huwa il-ħsieb tas-Segretarjat li il-messaġġ ta’ din l-inizjattiva jkun diskuss ukoll mal-ġenituri.



Inizjattiva 9

Imprenditorija fl-iskejjel tal-primarja


Tkun ikkordinata ħidma mal-Young Enterprise sabiex fil-qasam tal-edukazzjoni primarja ikun aktar imferrex il-proġett li sar ma’ l-istess entita li permezz tiegħu qed tiġi introdotta l-imprenditorija permezz tal-edukazzjoni primarja.

X’qed isir

  1. Qiegħda ssir konsultazzjoni flimkien mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u l-Young Enterprise sabiex fil-qasam ta’ l-edukazzjoni primarja jkun aktar mifrux il-proġett li sar ma’ din l-entità u li permezz tiegħu qed tiġi introdotta l-imprenditorija permezz ta’ l-edukazzjoni primarja.



Inizjattiva 10

Żviluppat aktar il-programm SCOOPS


Ikun żviluppat l-programm SCOOPS sabiex filwaqt li jkun aktar attraenti għal l-istudenti jkun aktar mifrux għall-istudenti sekondarji, bil-għan li l-kultura ta’ kooperattiva tkun aktar spjegata liż-żgħażagħ. Għalhekk, għandu ikun mistħarreġ kif studenti mill-universita jkunu wkoll mgħejjuna jiffurmaw kooperattiva bħala mod ieħor ta’ kif tista ssir attività kummerġjali waqt li l-istess studenti ikunu għadhom fl-università.

X’qed isir

  1. Peress li l-Gvern, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, baqa’ jemmen li l-Proġett Scoops huwa vitali sabiex jibda jingħata għarfien lill-istudenti dwar il-kunċett koperattiv, il-Bord tal-Koperattivi baqa’ jiffinanzja dan il-Progett. Sabiex jissaħħaħ dan il-Proġett, saret laqgħa li għaliha kienu preżenti rappreżentanti mis-Segretarjat Parljamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, mill-Bord tal-Koperattivi, mill-Koperattiva Outlook u mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impiegi. Fost affarijiet oħra, sar qbil li kellu jiġi stampat three gate flyer, sabiex permezz tiegħu jingħata aktar għarfien lill-istudenti dwar dan il-Proġett. Sar qbil ukoll li l-Bord kellu jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex il-laqgħat li sejrin isiru fil-futur għall-għalliema Managers, isiru gewwa l-Uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi.

  2. Saru laqgħat flimkien ma’ l-iSCOOPS għal għalliema u counsellors ta’ skejjel sekondarji biex tinħoloq kuxjenza biex iħajjru u jgħinu studenti li jixtiequ jipparteċipaw f’dan il-proġett. Ġie ippublikat ukoll fuljett maħsub biex jispjega aħjar il-finijiet ta’ l-inizjattiva SCOOPS kif ukoll qed isir sforz sabiex permezz ta’ din l-inizjattiva SCOOPS, studenti li jipparteċipaw fiha jkunu mgħejuna jifhmu aktar valuri ta’ etika li wkoll qed jigu diskussa mas-settur kummerċjali.

  3. Mis-sena 1995 ‘l hawn 11,000 student ħadu sehem fi Scoops1

Yüklə 396,44 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   ...   22




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin