Gvern LI Jemmen Fin-Negozju: Nirbħu fil-Kompetizzjoni



Yüklə 396.44 Kb.
səhifə22/22
tarix23.01.2018
ölçüsü396.44 Kb.
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22



Inizjattiva 87

National Insurance ta’ part-time self-employed


Tkun mistħarrġa l-possibiltà sabiex ir-rata tan-National Insurance ta’ part-time self-employed tibda tigi maħduma pro-rata bħalma’ tinħadem in-National Insurance Contribution ta’ min hu impjegat part-time. B’ dan il-mod min hu self employed part-time ma jkollux għalfejn ikollu iħallas in-National Insurance Contribution minima.

X’qed isir

  1. Saru laqgħat mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex din l-inizjattiva tista’ tidħol fis-seħħ. Din kienet ukoll fid-dokument ta’ qabel il-baġit u proposta fil-Baħit 2008.

  2. Għalkemm għada ma daħlitx fis-seħħ ser tibqa’ tiġi kkunsiderata wara li jiġi mistħarreġ l-impatt finanzjarju tagħha



I. Insaħħu l-kapaċijiet teknoloġiċi tal-intrapriżi żgħar




Inizjattiva 88

Twaqqif ta’ Design Malta Action Committee


Is-Segretarjat jikkordina ħidma flimkien mad-Design Malta li ser tigi mwaqqfa biex tikkordina ħidma li tippromwovi kultura ta’ aktar attenzjoni lejn l-użu tad-disinn fil-qasam ta’ manifattura u servizzi.

X’qed isir

  1. Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed waqqaf il-Kumitat Design Malta sabiex imprendituri jkunu aktar innovattivi, u jisfruttaw l-użu tad-disinn sabiex jirbħu vantaġġ kompetittiv fuq il-kompetitur tagħhom. Minkejja il-ħafna stejjer ta’ suċċess li għandna minn negozji żgħar, ftit huma dawk li verament qed jispikkaw.

  2. Wara inizjattiva konġunta bejn is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed u l-Kumitat Design Malta, erba’ studenti ta’ l-MCAST ġew mogħtija l-opportunità li jaħdmu f’negozji tal-manifattura f’żoni industrijali sabiex permezz ta’ l-istudenti nkunu nistgħu ngħarrfu lin-negozji kif l-użu tad-disinn jista’ jgħin sabiex jakkwistaw vantaġġ kompetittiv.

  3. L-istudenti ta’ l-MCAST li ppartecipaw f’din l-iskema kienu: Neil Zammit, Roberta Gatt, Emily Zammit, u Ritianne Camilleri. Huma kienu preżenti għall-attività li saret fil-Common Room tal-KSU fl-Università, u taw preżentazzjoni tax-xogħol li wettqu mal-kumpaniji. Dawn l-istudenti kienu qegħdin jaħdmu ma’ 16-il kumpanija fl-oqsma ta’ l-għamara, l-inġinerija, l-aluminium, il-kostruzzjoni, il-gypsum, u l-bejgħ ta’ l-ikel. Huma introduċew il-kunċett ta’ disinn fost dawn il-kumpaniji f’aspetti differenti, minn produzzjoni, kif ukoll marketing ta’ l-istess prodott jew servizz li qed jiġi offrut għall-bejgħ. Huma fil-fatt għenu l-kumpaniji jiddisinjaw kemm għamara, kif ukoll fid-disinn ta’ websites għall-kumpaniji. Fil-każ ta’ għamara, studenta milli pparteċipat fil-programm użat il-kompjuter biex tiddisinja kmamar tas-sodda jew kċejjen, u ħolqot ukoll wirja 3-D ta’ kif ser tiġi l-kamra. Is-sidien tan-negozju apprezzaw din il-ħidma, li għenet lill-konsumaturi jimmaġinaw eżattament kif ser tiġi l-kamra. Fil-każ ta’ disinn ta’ website, l-istudenti għenu lill-kumpaniji jagħtu dehra aħjar lill-website tagħhom, kif ukoll għenuhom fil-ħolqien ta’ logos u disinni oħra.

  4. Kemm ilu mwaqqaf id-Design Malta, ġew organizzati żjarat minn kelliema barranin sabiex jitkellmu dwar l-importanza tad-disinn. Is-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed nieda wkoll il-premju għal Ġieh l-Artiġjanat, li hu maħsub biex jagħti promozzjoni lil dawk is-snajja’ artiġjanali li jispikkaw.

  5. L-iskema tad-Design Malta ser tkun estiża wkoll għas-sena li ġejja u l-applikazzjonijiet għal dawk l-istudenti li jkunu interessati li jaħdmu ġo negozji tal-manifattura tul is-sajf li ġej ser jiftħu dalwaqt.9



Inizjattiva 89

Użu aħjar ta’ Intellectual Property Rights


Flimkien mad-Design Malta u l-Intellectual Property Office fi ħdan id-Diviżjoni għal Kummerċ is-Segretarjat jikkordina ħidma sabiex ikun analizzat x’hinuma d-diffikultajiet u l-opportunitajiet tad-disinjaturi fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal patents li jkopru l-innovazzjonijiet tagħhom.

X’qed isir

  1. Il-Kumitat Design Malta sejjer iniedi kampanja edukattiva sabiex jinforma lil pubbliku dwar l-importanza li disinn innovattiv ikun reġistrat mad-Diviżjoni għall-Kummerċ.

  2. Wara diversi laqgħat ta’ kordinazzjoni ma’ entitajiet konċernati din il-kampanja mistennija tibda f’ Marzu 2008



Inizjattiva 90

Promozzjoni ta’ użu aħjar tad-disinn għal vantaġġ kompetittiv


Tkun ikkordinata ħidma li tippromwovi l-iżvilupp tad-disinn fost sidien ta’ negozji żgħar f’żoni industrijali u ma’ dawk li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artigjanat.

X’qed isir

  1. In-negozji qed jiġu mħeġġa jagħmlu użu aħjar tad-disinn fil-marketing u il-manifattura sabiex jirbħu vantagg kompetittiv.

  2. Intbagħtu numru ta’ student ital-MCAST taħt scholarship gewwa 16-il kumpanija tal-manifattura sabiex ikomplu jgħinu lin-negozji jtejbu l-operat tagħhom



Inizjattiva 91

Premju f’ġieħ l-iżvilupp tad-disinn


Ikun żviluppat premju f’ġieħ l-iżvilupp tad-disinn f’pajjiżna li jservi biex juri eżempji fejn id-disinn ikun żviluppat fil-proċess tal-manifattura u servizzi.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva ser tiġi implimentata fix-xhur li ġejjin



Inizjattiva 92

Uffiċju ċentralizzat sabiex jikkordina skemi favur użu akbar tad-disinn minn negozji żgħar u self-employed


Jitwaqqaf uffiċċju ċentralizzat li jintuża bħala punt ta’ referenza fil-ħidma ta’ komunikazzjoni favur l-użu aħjar ta’ kunċett tad-disinn li għandu jwassal għal vantaġġ kompettittiv fis-settur tas-servizzi u manifattura għal negozji żgħar.

X’qed isir

  1. Ġiet mistħarrġa l-possibiltà li jitwaqqaf uffiċċju ċentralizzat li jkun jospita s-segreterija tad-Design Malta Committee.

  2. Dan l-uffiċċju mistenni jkun imwaqqaf fis-sena 2008.



Inizjattiva 93

Registrazzjoni ta’ trade mark ta’ l-isem tan-negozju


Flimkien mal-Intellectual Property Office s-Segretarjat jikkordina hidma li permezz tagħha tinxtered aktar informazzjoni rigward il-benefiċċju tal-branding għal negozji. F’dan il-kuntest ikun spjegat aħjar il-beneficcju tar-registrazzjoni ta’ trade mark ta’ l-isem tan-negozju.

X’qed isir

  1. Tkompliet il-kampanja ta' informazzjoni u għarfien tal-Proprjetà Intelletwali permess tar-riklamar fuq it-televizjoni, rivisti u gazzetti ewlenin u permezz ta’ billboard. Taħt din l-istess kampanja, li kienet ffinazjata mill-Unjoni Ewropea, saru wkoll brochures fuq il-propjetà intelletwali mmirati għall-istudenti.

  2. Saru ukoll preżentazzjonijet fuq il-Propjetà Intellwali lill-istudenti kemm sekondarji, mill-MCAST u ta’ l-Università, kif ukoll preżentazzjoni waqt workshop għall-persuni ġejjin mill-qasam ta' industrija. Saret ukoll preżentazzjoni fuq il-proprjetà intelletwali għal imprendituri prospettivi.

  3. Saru żjarat lin-negozji ta' diversi lokalijiet fejn il-kunċett tal-proprjetà intelletwalli ġie spejgat lis-sidien ta’ dawn in-negozji.

J. Mudelli ta’ kummerċ elettroniku li rnexxew nkoroġġiment għall-użu tal-ogħla livell favur in-negozji żgħar




Inizjattiva 94

Skemi ta’ e-commerce mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Informazzjoni Teknoloġika


Issir ħidma ta’ koordinament flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Industrija u IT fejn is-Segretarjat iservi ta’ għajnuna sabiex ikun assigurat li negozji żgħar ikunu qed jibbenefikaw minn skemi favur e-commerce u minn kull għajnuna li tingħata f’dan il-qasam.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva qed tiġi diskussa mal-Ministeru għall-Industrija, Investiment u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni.



Inizjattiva 95

Kampanja ta’ informazzjoni favur użu aħjar ta’ kummerċ eletroniku


Is-Segretarjat jaħdem fuq kampanja ta’ informazzjoni maħsuba sabiex negozji żgħar japplikaw għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea fl-iżvilupp ta’ kummerċ elettroniku.

X’qed isir

  1. Din il-proposta għadha fi stadju preliminari



Inizjattiva 96

Estiż is-servizz ta’ e-government


Tkompli l-ħidma tal-Gvern sabiex ikun imsaħħaħ u estiz is-servizz ta’ e-Government sabiex jiffaċilita l-mili ta’ formoli u dokumentazzjoni manwali li huma ta’ xkiel fuq in-negozji żgħar u persuni self-employed.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva ser tibda tiġi implimentata bit-twaqqif tal-portal biex jgħin imprendituri prospettivi jiftħu n-negozji tagħhom



K. Niżviluppaw rappreżentanza aktar b’ saħħitha u effettiva ta’ l-interessi ta’ l-intrapriżi żgħar f’ livell tal-Unjoni u nazzjonali




Inizjattiva 97

Laqgħat ma’ negozji u għaqdiet li jirrapreżentaw in-negozju


Il-Gvern jibqa’ jżomm viċin ta’ għaqdiet u setturi differenti permezz ta’ eżerċizzju ta’ komunikazzjoni li jinżamm ma’ l-għaqdiet li jirrappreżentaw setturi differenti tal-kummerċ. Dawn il-laqgħat isiru bil-ħsieb li l-membri tal-għaqdiet rispettivi kif ukoll persuni self-employed minn setturi differenti ikollhom l-opportunità li jagħtu l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom lill-Gvern. Matul din is-sena ta’ ħidma l-aġenda għal dawn il-laqgħat ta’ konsultazzjoni ser ikollha bħala prijorita l-ħidma ta’ kif n-negozji ser ikollhom żieda fil-valur miżjud.

X’qed isir

  1. Saru diversi laqgħat ma’ għaqdiet tan-negozju sabiex jiġu diskussi temi ta’ interess għalihom.

  2. Ma’ l-Assoċjazzjoni Bejjiegħa tal-Laħam u ma’ l-Għaqda Produtturi tal-Ġbejniet komplew jiġu diskussi temi dwar is-sigurtà ta’ l-ikel flimkien mal-Department for Environmental Health.

  3. Ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Beauty Therapists ġew diskussi issues relatati mal-istandards ta’ din l-attività, flimkien mal-Malta Standards Authority u l-ETC

  4. Ma’ l-Assoċjazzjoni Bejjiegħa tal-Festi flimkien mal-GRTU, dwar problemi li jiffaċċjaw l-bejjiegħa tal-festi ma’ xi Kunsilli Lokali u l-possibiltà li tittieħed azzjoni legali kontra dawn l-istess Kunsilli.

  5. Ma’ l-Assoċjazjoni tal-Boat Manufacturers, li kienu qegħdin jilmentaw minn nuqqas ta’ informazjoni rigward kif setgħu jintużaw id-dgħajjes għas-sajd tad-dilettanti saru laqgħat f‘ħidma ta’ kordinazzjoni li ġabet flimkien uffiċċjali minn Dipartiment tas-Sajd, Awtorità Marittima ta’ Malta, Dipartiment tal-Enforcement tal-Pulizija, Forzi Armati ta’ Malta, mal-Malta Standards Authority kif ukoll l-istess sidien ta’ negozji li jikkonċernaw manifattura ta’ dgħajjes. Finalment kien ippubblikat il-fuljett Mistoqsija u Tweġiba dwar Dgħajjes ta’ Rikreazzjoni.

  6. Saru laqgħat mal-Malta Furniture Manufacturers Organisation (li taqa’ taħt l-attenzjoni tas-Small Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise) li ġew mlaqqa’ flimkien ma’ uffiċjali mill-MCAST fejn iddiskutew it-taħriġ għall-ħaddiema mal-mastrudaxxi.

  7. Saru laqgħat mal-Malta Printing Industry Association (li ukoll taqa’ taħt l-attenzjoni tas-Small Enterprise Directorate tal-Malta Enterprise) li wkoll ġew mlaqqa’ ma’ uffiċjali mill-MCAST fejn iddiskutew it-taħriġ tal-personnel għall-industrija tal-printing.

  8. Laqgħat bejn l-Għaqda għat-Trobbija tan-Naħal u uffiċjali għolja mid-Dipartiment ta’ l-Environmental Health sabiex ikunu finalizzati proċeduri li jissimplifikaw il-proċess ta’ regolamentazzjoni għal bejgħ u manifattura tal-għasel.

  9. Laqgħat mal-Gold and Silversmiths Association u Artiġjana oħra flimkien mal-kunsill Malti għall-Artiġjanat u l-konslu sabiex tkun diskussa l-issue tal-boll.



Inizjattiva 98

Ħolqien ta’ għaqdiet rappreżentattivi tas-setturi ta’ negozju


Is-Segretarjat jaħdem sabiex setturi ta’ negozji li għad m’humiex organizzati f’għaqda rispettiva ikollhom l-opportunità li jiġu flimkien bil-ħsieb li jiffurmaw organizzazzjoni li tirrappreżenthom.

X’qed isir

  1. Din l-inizjattiva hija ongoing permezz tal-Ħidma tad-Diviżjoni għall-Kummerċ li permezz tas-Small Businesses and Crafts Directorate, dejjem lest li jilqa’ setturi li jixtiequ jingħaqdu f’organizazzjonijiet tan-negozju u jgħinhom jilħqu dan il-għan.



Inizjattiva 99

Ħidma sabiex l-awtoritaijiet jiġu eqreb ta’ setturi kummerċjali differenti


Ladarba jiġi magħruf fejn huma d-diffikultajiet kif preżentati mis-setturi rispettivi s-Segretarjat jara li jlaqqa’ dak is-settur ta’ sidien ta’ negozji ma’ uffiċjali minn dipartimenti u awtoritajiet differenti sabiex tinstab soluzzjoni għall-ilmenti jew suġġerimenti proposti.

X’qed isir

  1. Saret ħidma mal-Malta Standards Authority, Dipartiment ta’ l-Environmental Health, Dipartiment tal-Enforcement tal-Pulizija, l-MEPA il-Wasteserv u d-Dipartiment tal-Fisheries sabiex jiġu indirizzati lmenti li tqajmu minn setturi differenti tan-negozju minn żmien għal żmien.



Inizjattiva 100

Ħidma mal-Kunsilli Lokali favur l-attivita kummerċjali fil-lokalitajiet





Il-Gvern, permezz tas-Segretarjat, ser ikun qed jaħdem sabiex jara li l-Kunsilli Lokali jiżvilippaw Politika Imprenditorjali li permezz tagħha ssir ħidma b’risq l-iżvilupp ta’ l-attività kummerċjali fil-lokalitajiet rispettivi. Din il-ħidma tkun waħda sostenibbli kemm-il darba l-iżvilupp kummerċjali jkun iġġenerat b’mod li ma joħloqx impatt negattiv fuq ir-residenti.

X’qed isir

  1. Sabiex intejbu l-attività kummerċjali fil-lokalitajiet tagħna, is-Segretarjat ħa l-inizjattiva u talab lil kull kunsill lokali li b’mod volontarju jkun jista’ jiddelega kunsillier responsabbli mill-attività kummerċjali. Inizjattiva li rnexxiet għaliex fil-fatt, uffiċċjalment sal-lum għandna xejn inqas minn 43 kunsillier b’din ir-responsabilità. Fadal biss li nkomplu nappellaw sabiex kull kunsillier responsabbli mill-attività kummerċjali jkun aktar attiv u produttiv f’ħidmitu favur l-attività kummerċjali fil-lokalità tieghu.



1 Press Release 1520 – 10 ta’ Ottubru 2007

2 Press Release 1787 – 21 ta’ Novembru 2007

3 Press Release 1644 - 31 t’Ottubru 2007

4 Press Release 1776 – 20 ta’ Novembru 2007

5 Press Release 1801 – 22 ta’ Novembru 2007

6 Press Release 1776 – 20 ta’ Novembru 2007

7 Press Release 1879 – 3 ta’ Diċembru 2007

8 Press Release 1757 – 16 ta’ Novembru 2007

9 Press Release 1687 – 7 ta’ Novembru 2007




Dostları ilə paylaş:
1   ...   14   15   16   17   18   19   20   21   22


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2019
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə