Malta dibattiti tal-kamra tad-deputati (Rapport Uffiċjali u Rivedut)


KUNSILLI LOKALI - NIES LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' PERIT



Yüklə 0,5 Mb.
səhifə8/9
tarix18.01.2019
ölçüsü0,5 Mb.
#100440
1   2   3   4   5   6   7   8   9

KUNSILLI LOKALI - NIES LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' PERIT
36737. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Intern: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35237 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u l-kriterija li ntużaw biex tintgħażlet il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35237. Kopja tal-kuntratti eżistenti jew xorta oħra ta’ dokumentazzjoni dwar is-servizzi professjonali li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, hekk kif provduti mill-kunsilli lokali nfushom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

KUNSILLI LOKALI - NIES LI JAGĦMLU XOGĦOL TA' ACCOUNTANTS
36738. L-ONOR. HELENA DALLI staqsiet lill-Ministru tal-Intern: Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35235 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ accountants mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m'hemmx kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex tintgħażlet il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 35235. Kopja tal-kuntratti ezistenti jew xorta oħra ta’ dokumentazzjoni dwar is-servizzi professjonali li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, hekk kif provduti mill-kunsilli lokali nfushom tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT TA' KONSULTAZZJONI FIS-7 DISTRETT ELETTORALI
36739. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Intern: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tas-7 distrett, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat mill-Kunsilli rispettivi li saret laqgħa waħda ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Id-dettalji skont kull kunsill lokali tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.


KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT TA' KONSULTAZZJONI FIL-11-IL DISTRETT ELETTORALI
36740. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Intern: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tal-11-il distrett elettorali, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat mill-kunsilli rispettivi li saru tliet laqgħat ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Id-dettalji tal-laqgħat skont kull kunsill lokali tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.


KUNSILLI LOKALI - LAQGĦAT TA' KONSULTAZZJONI FIT-12-IL DISTRETT ELETTORALI
36741. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Intern: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tal-12-il distrett elettorali, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Ninsab infurmat mill-Kunsilli rispettivi li saru seba’ laqgħat ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Id-dettalji tal-laqgħat skont kull kunsill lokali tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

SAN PAWL IL-BAĦAR - KUNSILL LOKALI - THEDDID
36742. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tal-Intern: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36635, u b'referenza għar-rapport li deher dwar ħruq ta' skips u theddid lill-ħaddiema fl-istess stqarrija li dehret fil-media u mhux għal dak mogħti bħala parti mir-risposta, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti lill-kunsilli lokali li għalihom kien hemm referenza fl-istqarrija li ħareġ il-kunsill? Min kien involut f'dan l-inċident?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Nirreferi għat-twegiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 36635, ibbażata fuq informazzjoni li kienet inkisbet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kien qed jirreferi għal każ ieħor li ma għandux x’jaqsam ma’ dak oriġinali msemmi fil-mistoqsija parlamentari 36635. F’dan id-dawl il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar talab li ssir kjarifika peress li proprjament it-theddid li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien taħt forma ta’ graffiti miżbugħa fil-post fejn inħarqu xi skips fil-lokalità. Dan it-theddid sar fil-konfront tal-kuntrattur responsabbli mill-ġbir tal-iskart riċiklabbli fil-lokalità. Infurmat ukoll li l-aġent Segretarju Eżekuttiv mar fuq il-post u informa lill-Pulizija bil-każ. Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lid-dipartiment jirriżulta wkoll li sar rapport minn terzi persuni dwar il-każ u li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

INFORMAZZJONI DWAR KARIGA TA' PERSUNA
36744. L-ONOR. JOE MIZZI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bħalissa  x'kariga qed jokkupa u x' funzjonijiet qed jaqdi fil-gvern? Jista’ jagħti lista tagħhom u jpoġġi l-kuntratti u dokumenti relevant fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. LAWRENCE GONZI: Kif kont diġà stqarrejt, jiena nqis li huwa fl-interess nazzjonali li l-gvern ikompli jagħmel użu mill-esperjenza twila u l-ħila ta’ din il-persuna f’dak li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. Għalkemm huwa aċċetta li jservi ta’ konsulent dwar materji marbuta mal-Unjoni Ewropea, huwa talab li jagħmel dan fuq bażi part-time u rrifjuta li jirċievi salarju. La sar u lanqas huwa maħsub li jsir kuntratt, imma kopja tal-ittra datata 26 ta’ Settembru u mibgħuta lis-Sur Richard Cachia Caruana tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

MALTA GOVERNMENT SCHOLARSHIPS POST-GRADUATE SCHEME
36746. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għal Malta Government Scholarships Post-Graduate Scheme, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tista' l-Ministru tikkonferma jekk applikanti li ma jiġux magħżula jistgħux jappellaw dwar il-marki li jkunu ngħataw?
X'inhuma r-raġunijiet li minħabba fihom ir-riżultati tal-awards ma joħroġux aktar dettaljati, per ezempju juru wkoll l-areas of interest/priority ta' kull applikant u l-marki li jkunu ngħataw għall-istess areas, biex ikun hemm aktar trasparenza? B'referenza għall-Awards 2012 (Dottorat), tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'kienu l-areas of interest/priority ta' kull applikant li jidher fir-riżultat uffiċjali u x'kienu l-marki li l-applikanti ngħataw għal kull area of interest/priority? B'referenza għall-Awards 2012 (Dottorat), tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra liema minn dawk li ngħataw scholarship qed jew se jsegwu d-Dottorat fuq bażi full-time u kemm fuq bażi part-time u tgħid liema huma dawk li qed jew se jsegwu l-kors fl-Università ta' Malta u liema huma dawk li se jew qed isegwu l-kors f'università barra minn Malta?
ONOR. DOLORES CRISTINA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.

SPTAR MATER DEI - ŻJARA MILL-UNIVERSITÀ TA' LOUVAIN
36751. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'kien ir-riżultat minn dik il-viżita li għamlet id-delegazzjoni mill-Università ta' Louvain xi tliet snin ilu hawn Malta rigward is-settur tas-saħħa u l-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid għadx hemm xi kuntatti mal-University Hospital ta' Louvain? Jekk fl-affermattiv, f'liema settur u fuq liema livell?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li fis-sena 2010 gie iffirmat ftehim bejn il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u l-Universita Kattolika tal-Leuven. Permezz ta’ dan il-ftehim żewg tobba Maltin fil-livell postgraduate, wieħed fil-kirurgija u l-ohra fl-anesteżija ibbenefikaw minn taħriġ intensiv fl-isptar ta’ din l-università. Iż-żewg tobba temmew it-taħriġ tagħhom b’suċċess. Fl-2013, l-ispeċjalità tal-anesteżija se tibgħat trainee ieħor għall-perjodu ta’ taħriġ.
Tul l-2011, żewġ delegazzjonijiet mill-kirurġija u anki mill-anesteżija żaru ukoll dan l-isptar tal-università Kattolika ta’ Leuven bħala parti mill-istess ftehim.

SKEMA L-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
36752. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm s'issa spiżeriji involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u kemm minn dawn għandhom l-aċċess għall-persuni b'diżabilità?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li hemm 162 spiżerija privata li qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Il-POYC ma żżomx informazzjoni fuq aċċess għall-persuni b’diżabilità fl-ispiżeriji li qegħdin jipparteċipaw fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
SKEMA L-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - SPIŻERIJA LI NQATGĦU MIS-SISTEMA
36753. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi spiżeriji li wara li kienu involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek iddeċidew li jinqatgħu minn din is-sistema u għal liema raġunijiet?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li minn mindu bidet l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fl-2007 kien hemm żewġ spiżeriji li ddeċidew li jinqatgħu minn din is-sistema. Fiż-żewġ każi, ir-raġuni l-ingħatat kienet li dawn ma setgħux ikomplu għar-raġunijiet personali.

SKEMA L-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - MEMORANDIUM OF UNDERSTANDING
36754. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jgħid meta jiskadi l-memorandium of understanding li għandu mal-ispiżeriji involuti fl-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u jekk hux qegħdin isiru xi diskussjonijiet mal-Kamra tal-Ispiżjari?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li l-memorandum of understanding skada fis-27 ta’ Lulju 2012. Il-ftehim ġie estiz sa Diċembru 2012. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet kollha kkonċernati f’dan ir-rigward.

DISKUSSJONIJIET BIEX JINFETĦU MEDICAL SCHOOLS
36755. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għadhomx għaddejjin diskussjonijiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda, St George's Medical School u John Hopkins University separatament, biex dawn jiftħu medical schools Malta? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, x'inhi r-raġuni għaliex dawn id-diskussjonijiet sfaw fix-xejn?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li sar proċess ta’ għażla wara sejħa għall-proposti mis-St George’s Medical School u r-Royal College of Surgeons tal-Irlanda. F’Jannar tal-2011 is-St George’s Medical School kienu infurmati li kienu ntagħżlu mill-Bord tal-Għażla. Sfortunatament, is-St George’s ma kienux laqgħu l-istedina tal-gvern biex jitwaqqaf dan il-programm. Bħalissa ma hemm ebda proċess ta’ diskussjonijiet biex titwaqqaf skola medika, ma’ ebda parti msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari.

DISKUSSJONIJIET BIEX JINFETĦU MEDICAL SCHOOLS
36756. L-ONOR. ANTHONY ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk għadhomx għaddejjin diskussjonijiet mar-Royal College of Surgeons tal-Irlanda, St George's Medical School u John Hopkins University separatament, biex dawn jiftħu medical schools Malta? Jekk iva fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, x'inhi r-raġuni għaliex dawn id-diskussjonijiet sfaw fix-xejn?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36755 li ġiet imwieġba mill-Ministru Cassar.
TRANSPORT MALTA - KAPPARA - BUS STOP
36757. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Minħabba l-inkonvenzji li qed isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti tan-naħa ta' fuq tal-Kappara fi Triq Sliema u l-madwar speċjalment dawk anzjani, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bus stop li kien hemm f'Regional Road qrib it-tarf ta' Triq Sliema, jerġa’ jibda jiġi użat minħabba li jgħaddu minn quddiemu l-buses 24, 34 202 u 203?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li l-imsemmi bus stop tneħħa milli jintuża minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

TRANSPORT MALTA - TRAFFIC IMPACT ASSESSMENT FUQ KAPPARA JUNCTION
36758. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha ambjentali u dawk ħolistiċi fuq traffic impact assessments li saru jew ġew ikkumissjonati minn Transport Malta qabel għamlet l-għażliet rakkmandati tagħha dwar l-iżviluppi proposti dwar Kappara Junction? Meta saru dawn l-istudji? Minn min saru, u meta ġew ikkummissjonati? Id-deċiżjonijiet ta' Transport Malta dwar din l-issue, fuq liema livell ittieħdu u jekk qabel sar dan kienx hemm konsultazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet governattivi oħra?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

NON EUROPEAN UNION NATIONALS - WORK PERMIT
36759. L-ONOR. LEO BRINCAT staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn non-Eurpoean Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta' accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma' audit firms u accountancy firms Maltin?
ONOR. DOLORES CRISTINA: In-numru ta’ non-European Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta’ accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma’ audit firms u accountancy firms Maltin, huwa dak ta’ 21.

SIĠĠIEWI - XOGĦOL TA' EMBELLISHMENT F'TAL-PROVIDENZA
36761. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36395 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ix-xogħol ta' embellishment li qed isir f'Tal-Providenza s-Siġġiewi (u li r-ritratti dwar dan qed jingħataw separatament), il-livell tal-art se tiġi mgħollija fil-livell taz-zuntier tal-kappella bil-konsegwenza li l-ilma tax-xita se jispiċċa jxaqleb fuq iz-zuntier tal-kappella?
ONOR. MARIO DE MARCO: Ix-xogħol fuq il-pavimentar qiegħed isir bħala parti mill-proġett MaltaGoesRural u li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt il-fond EAFRD.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jinħolqu numru ta’mixjiet f’żoni rurali filwaqt li qed isir xi tisbiħ ta’ postijiet ta’ interess rurali. Fil-Providenza se ssir it-triq ta’ quddiem il-knisja li kienet bl-asfalt u minflok se ssir parti bil-qawwi (hardstone) fil-parti ta’ quddiem il-kappella u bil-grass blocks fi triq li twassal sa’ din il-pjazzetta. Inbidlu wkoll xi ħitan tas-sejjieħ u se titwaħħal għamara ta’ barra ġdida.


Ninsab infurmat illi għalkemm il-livell tal-madum (qawwi) se jgħolli xi ftit il-livell tal-art, ix-xogħlijiet se jkunu maħduma sabiex jaraw li l-ilma tax-xita ma jxaqlibx fuq iz-zuntier.

ĦAL LUQA - GATE STREET - ZEBRA CROSSING
36762. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsa lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Jista' l-Minsitru jordna li ssir zebra crossing f'Gate Street, Ħal Luqa biswit is-soċjetà tal-Museum u dan peress li kuljum jinġabru numru kbir ta' tfal u t-triq hija traffikuża?
ONOR. AUSTIN GATT: Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal zebra crossing fi Triq ix-Xatba, Luqa. Minħabba li Triq ix-Xatba mhix triq arterjali jew distributorja, tali talba għandha tiġi sottomessa mill-kunsill lokali.

DES - GĦALLIEMA LI RRIŻENJAW
36764. L-ONOR. RODERICK GALDES staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol: Tista' l-Ministru tgħid kemm irriżenjaw għalliema fl-aħħar erba' xhur mid-DES? Liema suġġett kienu jgħallmu u kemm kien ilhom fis-servizz?
ONOR. DOLORES CRISTINA: Lista li tindika kemm irreżenjaw għalliema fl-aħħar erba’ xhur mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u liema suġġetti kienu jgħallmu dawn l-għalliema tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
F’dawn l-aħħar erba’ xhur 15-il għalliem irriżenja minn mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi.
4- marru jgħallmu f’iskejjel oħra;

2- marru jaħdmu barra minn Malta;

1- sab xogħol ieħor;

1- sab it-tagħlim difiċli (kien supply); u



7- raġunijiet oħra.

KWESTJONI DWAR XIRI TA' SPTAR
36765. L-ONOR. EVARIST BARTOLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Ministeru tiegħu flimkien mad-Diviżjoni tas-Saħħa kienu ssottomettew Expression of Interest b'riżultat ta' avviż maħruġ minn avukati privati u ppubblikat f'gazzetta lokali li permezz tiegħu l-istess Ministeru wera interess li jikri jew jixtri l-Isptar St Philip's f'Santa Venera mingħand il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament liema expression of interest waslet biex il-Ministru japprova memorandum of understanding li permezz tiegħu l-Gvern Malti jopera dan l-isptar kif ukoll ingħata letter of undertaking mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment minkejja li r-Regolamenti Finanzjarji ta' Prokurar f'pajjiżna gestiti permezz ta' Avviż Legali 296/10 li huma transposizzjoni ta' direttivi Ewropej dwar prokurar ma jippermettux li jsir dan imma bil-maqlub kellu jkun il-gvern li joħroġ sejħa għall-offerti li tistieden offerenti biex joffru s-servizz ta' sptar lill-gvern?
ONOR. JOSEPH CASSAR: Infurmat li skont ir-Regolament 17 (1)(f) tar-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi (Avviż Legali 296/10), dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal akkwist jew kiri ta’ art, bini, proprjetà immobiljari jew xi drittijiet fuq proprjetà.
F’Malta ilu jinħass il-bżonn għal faċilità ġdida ta’ riabilitazzjoni. Fil-fatt il-gvern preżenti kien identifika din il-ħtieġa u inkludiha bħala wegħda elettorali għal din il-leġiżlatura. Meta wieħed jikkunsidra l-esperjenza miksuba mill-isptar Karen Grech, l-evidenza bbażata fuq l-iżviluppi fil-mediċina ta’ riabilitazzjoni fuq skala internazzjonali u wkoll il-bidliet demografiċi lokali, joħroġ ċar li s-separazzjoni tal-funzjonijiet tal-kura ġerjatrika u tar-riabilitazzjoni hija essenzjali sabiex is-servizzi ta’ riabilitazzjoni ikunu jistgħu jiżviluppaw b’mod li jindirizzaw tajjeb il-ħtiġiet tal-popolazzjoni tagħna.
Il-ħtieġa u t-talba għal servizzi ta’ riabilitazzjoni huma marbuta direttament mal-iżviluppi li qed iseħħu fis-sistema tagħna tas-saħħa bħala risposta għal mod kif qed tinbidel l-epidemoloġija, b’mod partikolari riżultat ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u riżultat ukoll tal-iżviluppi fil-mediċini u teknoloġiji ġodda li bihom qed ikun trattat il-mard kroniku. Dawn iż-żewġ fenomeni irriżultaw f’numru dejjem jiżdied ta’ persuni li jbatu minn mard kroniku (bħal osteoarthritis) u li jkunu jeħtieġu proċeduri ta’ kirurġija, kif ukoll persuni li jkollhom trauma, problemi serji tal-qalb u mard ċerebrovaskulari (puplesija). Il-benefiċċji li wieħed jista’ jikseb minn servizzi ta’ riabilitazzjoni tajbin u effettivi għandhom impatt enormi fuq l-individwi u l-familji tagħhom kif ukoll fuq is-soċjetà b’mod ġenerali. Persuni li jkunu kapaċi jirritornaw għal ħajja indipendenti jew semi-indipendenti iħossuhom ferm aħjar u f’pożizzjoni li jikkontribwixxu lejn is-soċjetà u lejn l-ekonomija tal-pajjiż.
Il-vojt li jeżisti bħalissa fil-firxa ta’ servizzi ta’ riabilitazzjoni pprovduti, b’mod partikolari minħabba l-infrastruttura eżistenti, nuqqas ta’ apparat meħtieġ u l-frammentazzjoni tas-servizzi offruti, irriżulta f’talbiet minn individwi li jieħdu t-trattament neċessarju barra minn Malta f’ċentri ta’ eċċellenza fir-riabilitazzjoni. Sal-lum ħadd ma kien riferut għal din il-kura kemm minħabba t-tul ta’ żmien u wkoll minħabba l-ispejjeż involuti.
L-infrastruttura preżenti tikkonsisti fi:
(i)Servizzi offruti lill-pazjenti ġewwa sala waħda f’Karen Grech
(ii)Servizzi ta’ Outpatient (OPD, li jinkludu fiżjoterapija, occupational therapy u idroterapija) li sal-lum għadhom kollha ġewwa l-Isptar San Luqa peress li qatt ma kienu parti mill-brief tal-Isptar Mater Dei
(iii)L-Orthotics and Prosthetics Unit (OPU), li wkoll tinsab fl-Isptar San Luqa.
Għaldaqstant il-bżonn li dawn it-tliet servizzi jiġu rilokati f’post ieħor sar wieħed urġenti.

Il-faċilità ta’ riabilitazzjoni ġdida se tkun il-post fejn jinġiebu flimkien grupp ta’ professjonijisti u ħaddiema bil-kompetenzi u l-esperjenza meħtieġa sabiex jiggwidaw, jimmotivaw u jagħtu s-sapport meħtieġ lill-individwi u l-familji tagħhom sabiex jerġgħu jakkwistaw l-ogħla livell ta’ indipendenza possibbli (kemm fiżika, sensorjali, intellettwali u psikoloġika) wara proċedura, marda jew aċċident. Is-servizzi li se jkunu offruti mill-esperti kliniċi għandu jkun imwieżen bl-investiment meħtieġ f’infrastruttura moderna u l-apparat meħtieġ għal riabilitazzjoni b’suċċess.

Is-servizzi ta’ riabilitazzjoni se jkunu provduti lil dawk il-pazjenti li jkunu jikkwalifikaw għalihom. Mil-lat kliniku, din il-faċilità se tkun tifforma parti mid-direttorat kliniku l-ġdid tan-Neurosciences and Rehabilitation. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità qed jipproponi li jaħdem fil-qrib ma’ esperti barranin f’dan il-qasam sabiex din il-ħidma tkun ta’ suċċess.
Huwa maħsub li l-profil tipiku ta’ dawk li se jkunu qed jużaw dan is-servizz ikun dan li ġej:
Pazjenti li saritilhom amputazzjoni u oħrajn li kellhom amputazzjonijiet u li jeħtieġu riabilitazzjoni u prosthetic training intensiv;

Pazjenti li sarulhom proċeduri ortopediċi bħal hip/knee replacements;

Pazjenti li saritilhom xi operazzjoni;

Pazjenti li jkunu qed isofru min effetti ta’ trawma, kemm wara operazzjoni u kemm jekk le:

Pazjenti li jkunu qed isofru minn kundizzjonijiet newroloġiċi bħal puplesija;

Pazjenti li jkunu għamlu operazzjonijiet fl-ispina u neurosurgical procedures;



Pazjenti li jkollhom bżonn riabilitazzjoni tal-qalb (għad trid tkun żviluppata); u

Paediatric rehabilitation (to be developed).
Huwa stmat li hemm bżonn ta’ faċilità b’280 sodda sabiex ikunu koperti dawn is-servizzi. L-Isptar St Philip’s kien iddentifikat bħala tajjeb sabiex jieħu 100 sodda b’mod immedjat, u b’hekk ikun qed itaffi 100 sodda mis-sistema tas-saħħa tagħna u wkoll jagħti lok li s-sodod fl-Isptarijiet Mater Dei u Karen Grech ikunu utilizzati aħjar, speċjalment issa li ġejjin ix-xhur kesħin tax-xitwa. Il-proċess sabiex is-sit ikun jista’ jiġi żviluppat sabiex jinkorpora 280 sodda se jkun analizzat mal-MEPA.
MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT - NEFQA FUQ KONSULENTI
Yüklə 0,5 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin