Malta kamra tad-deputati kumitati permanenti għall-kunsiderazzjoni ta' abbozzi ta' liġI



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə3/11
tarix15.01.2019
ölçüsü0,56 Mb.
#96755
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11

THE CHAIRMAN: Għax dan il-proviso qed narawh għalih waħdu. Imma naħseb irridu narawha ukoll in vista ta’ dak li hemm fis-subartikolu (4). Li biex tibbenefika mill-Qorti, l-ewwel irid ikollok “l-Avukat Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija u ma’ imħallef”, li joħroġ u jgħid iva dan jista’ jibbenefika minnha din il-ħaġa.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Oqgħod attent għax hawn se jonqos one jew two degrees dejjem. Għax kif qegħda, “għen lill-pulizija”. Mela jien mort u għedtilhom: dawn it-tlieta huma. Mela jien għent lill-pulizja, daqshekk lesta. Mela jien kif għamilt hekk, skattajt żewġ affarijiet, bilfors nieħu (2)(i) u bilfors nieħu (2)(ii). Jiġifieri allura jien jiġi jaqbilli. Bħalissa .....
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux dak l-argument. Irridu naqblu jekk irridux .... Nista’ nwieġeb ftit.
THE CHAIRMAN: Ħalli jirrispondi s-Segretarju Parlamentari.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien qed nifhem x’qed jgħid l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici u nifhmu mija fil-mija. Għax dan huwa d-dibattitu li kellna fil-kabinett f’tliet laqgħat sħaħ, mhux ġurnata waħda imma tliet darbiet. Ridna nagħmlu deċiżjoni u din hija deċiżjoni a principle decision, irridu nagħtu inċentivi - għedtha elf darba l-kelma inċentivi - biex dak li jkun jikxef. Issa inti se tgħidli: sewwa dan seraq u qed ngħinnuh biex flok iġorr il-piż daqshekk se jġorr daqshekk. Imma rridu nitfgħuh fil-bilanċ tal-ġid li joħroġ li kieku ma jikxifx.
Issa jien naf li l-Gvern preċedenti ma kienx għażel din it-triq għax kien enfasizza li whistleblower bħala dak l-onest li jikxef. Aħna ridna nagħmlu din, din hija principle decision, li pprovajna noħolqu bilanċ, ma nagħmluhiex a get out of jail free card. Issa ħalli nidħol waħda waħda għal dak li għedtuli.
Dwar il-kwestjoni tal-kriminal, fejn jidħol il-kwestjoni li l-Qorti tista’ ssib lill-imputat ħati però ma tagħtih addirittura l-ebda piena. “Tista’” mhux “għandha”. Imbagħad daħħalna hemmhekk li għandha tagħmel rapport lill-President ta’ Malta biex tispjega għalfejn għamlet hekk, lanqas il-potenzjal ..... nuża l-kelma potenzjal ta’ abbuż. Jekk hemm bżonn, din mhix xi ħaġa ta’ prinċipju. Jidhirli jien li deċiżjoni bħal din fejn xi ħadd jinstab ħati u ma twaħħlu xejn, għandek imbagħad tagħti spjega lil xi ħadd.
Li rrid ngħid ukoll li din immudellajniha fuq liġi li hemm diġà, tad-drogi. Il-liġi tad-drogi diġà għandha mekkaniżmu simili ħafna biex jekk inti tikxef għandek abbassament .... L-artikolu 29, dan huwa ispirat ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għedtlek jien li qed tieħdu dan il-mudell però jien qed nipprova nagħmillek il-liġi aktar żnella u li taħdem u li verament tagħti l-poter lill-Avukat Ġenerali biex jiddeċiedi dawn l-affarijiet.
ONOR. OWEN BONNICI: Issa ħalli niġi għal tal-Avukat Ġenerali. Tal-Avukat Ġenerali għandu poter simili taħt il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, din hija aktar wiesgħa. Din mhux korruzzjoni biss. Issa veru li d-definition of corruption taħt dak l-Att, baqgħet, imma din hija wiesgħa aktar.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: It’s the internal mechanics ta’ kif taħdem.
ONOR. OWEN BONNICI: Issa aħna qed ngħidu, li jekk jiġi l-Avukat Ġenerali - mhux qed nirreferi għal Dr Grech li għandna fiduċja fih, illum għandna lil Dr Grech, imma għada le - aħna bħala kabinett dehrilna li meta jkun hemm xi ħadd, Avukat Ġenerali, li jekk aħna qed nagħtu inċentiv lill-whistleblower ħażin biex jikxef, ħażin għax dan se jieħu diminshment of the punishment, però imbagħad għax indaħħlu s-salvagwardji biex ma jkunx hemm abbuż .....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, le, qed nitkellmu b’dan il-mod għax aħna nafu li hemm constant practice fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li meta jkun hemm xi ħadd li ħa sehem minuri f’reat, hemm ċertu mekkaniżmi ta’ kif jaħdmu. Aħna nafu wkoll li l-Qorti meta jkollok xi ħadd li kien minuri nressquh qabel il-maġġuri, jingħata piena minuri bħal xi probation jew xi sentenza sospiża biex ikun jista’ jixhed kontra l-persuna li huwa l-iktar mportanti, kontra l-ħuta l-kbira.
This is constant practice fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mal-Kummissarju tal-Pulizija. Issa hawn qed noħorġu barra minnha jien hawn nissuġerielek - issa inti għamel li trid - tlaħħamha ftit iktar, fuq kif għen lill-pulizija, imbagħad li tiddentifika x’sehem jieħu.
It-tielet, l-Avukat Ġenerali agħtih l-istess poteri li għandu taħt l-artikolu 19 tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni u daħħalha hawnhekk mutatis mutandis biex ma jkollokx il-biżgħa li jkollok xi sentenza tal-Qorti li tgħidlek ħaġa u tgħidlek oħra. Għax il-liġi ssir, imbagħad il-Qorti tinterpretaha. U l-Qorti hija dejjem kreattiva.
THE CHAIRMAN: Mistoqsija lill-Avukat Ġenerali jekk hu possibbli, biex nifhem. Persuna li se tkun eżentata mill-proċeduri kriminali taħt l-artikolu 5 subinċiż (2) subparagrafu 1, l-ewwel irid ikollu ċertifikat maħruġ mill-Avukat Ġenerali? Għax kif qed naqra fis-subklawsola 4:
“(4) L-Avukat Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Kummissarju tal-Pulizija u ma’ imħallef tal-qrati superjuri, li f’dak iż-żmien tal-konsultazzjoni ma jkunx imħallef assenjat biex ikollu konjizzjoni ta’ każijiet kriminali, jista’ jekk fil-fehma individwali tiegħu ikun sodisfatt li jkun xieraq li jsir hekk, kemm mingħajr kondizzjoni jew taħt xi kondizzjonijiet kif jidhirlu xieraq, joħroġ ċertifikat bil-miktub li jeżenta lill-informatur li għalih japplika s-subartikolu (1) mill-proċeduri kriminali.”
Jiġifieri jekk ma joħroġx iċ-ċertifikat allura mhux eżentat.
DR PETER GRECH(Avukat Ġenerali): Waħda ma tiddependix mill-oħra. Is-subklawsola (4) hija l-iktar forma qawwija ta’ immunità, għax qisha l-Queen’s evidence. Qisha proklama din, bħalma hemm fl-Att tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni. Imma l-oħrajn le. Jiġifieri ma ngħatax din il-forma ta’ eżenzjoni. Però jew il-presekuzzjoni stess tiddikjara li hu għen, jew hu jikkonvinċi lill-qorti. Jiġifieri subklawsola (4) hija għal rasha mhix marbuta mal-oħrajn. Hija forma oħra ta’ ....
THE CHAIRMAN: Fhimtek.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Forsi l-Konsulent tista’ tweġibili. Din l-idea li l-whistleblower jingħata protezzjoni jekk ikun kompliċi, tirriżulta f’xi liġi li forsi ikkonsultajtu x’imkien?
DR CAROLINE BENCINI (KONSULENT LEGALI): Le, fil-liġijiet li rajna aħna, ma dehret imkien.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Qed ngħid sew li hawnhekk qisna qed nivvintaw ir-rota, f’dak li għandu x’jaqsam il-whistleblower?
DR CAROLINE BENCINI: Kienet innovattiva ħafna infatti.
THE CHAIRMAN: Ir-rota minn dejjem kienet ivvintata, imma t-tyres jistgħu jkunu impruvjati ħafna.
ONOR. OWEN BONNICI: Niftaħar li we are making history, meta rajna leġizlazzjonijiet, l-unika li sibna simili ta’ din, hija ta’ South Korea. Jiġifieri veru, aħna konna awdaċi ħafna u nerġa’ ngħid dan l-artikolu, kollu hu frott ħsieb twil ħafna, dan sigħat ta’ diskussjoni, biex noħolqu dan il-bilanċ. Mill-banda waħda rridu ninċentivaw dak li jkun li jikxef, però min-naħa l-oħra rridu naraw li the end result is beneficial to society. U dan huwa l-bilanċ, taqbel u ma taqbilx ....
THE CHAIRMAN: Fuq il-kwestjoni tal-President tar-Repubblika, li qajjem l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, fis-sens li qed jirreferi għas-separation of powers, nimmaġina li l-Qorti m’għandhiex tagħmel ....
DR PETER GRECH: Dik hija mudellata fuq in-nolle prosequi. Meta ngħid nolle prosequi jrid jagħmel rapport lill-President tar-Repubblika.
Peress li jista’ jsibek ħati, imma you can walk scott free, kien hemm il-ħsieb li jkun hemm accountability. Mhux bniedem deher quddiem maġistrat, qatt ma sibtu ħati ....
THE CHAIRMAN: Biex ikun hemm distinzjoni dejjem ta’ separation of powers, bejn qrati u eżekuttiv, li dan minflok ikun f’rapport, ir-raġunijiet ikunu fis-sentenza. U l-leġislatur tal-qorti, jgħaddi dik is-sentenza lill-President tar-Repubblika.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien taf x’kont nissuġerixxi? Li jekk kemm-il darba intom bħala Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li għaddej il-każ, il-kumpilazzjoni, il-prosekuzzjoni, jidhrilkom li m’għandkomx tagħmlu n-nolle prosequi - għax din tkun sabiħa hekk għax toħloq grad fin-nofs - intom ikollkom id-dritt li toħorġu ċ-ċertifikat lill-Qorti li tgħidulha li fl-opinjoni tagħkom, wara li ġie kkunsidrat hu x’għamel u x’ma għamilx fil-każ, għandu jinstab ħati però, m’għandux jingħata piena.
Għax hekk, inti diġà għandek dan il-poter, u tista’ tuża n-nolle prosequi meta trid bħala Avukat Ġenerali - u ċert li inti tużah - jekk kemm-il darba f’każ partikolari xi ħadd imressaq fuq każ ta’ reat li tinduna li huwa minuri però bis-sehem tiegħu vera ġenwin u b’saħħtu jirnexxielu jaqbad rete ta’ nies. Inti tgħid isma ħa noħroġ in-nolle prosequi ....

THE CHAIRMAN: L-aħħar kumment tal-Avukat Ġenerali u mmexxu minn hemm.
DR PETER GRECH: Biex nippreċiża, in-nolle prosequi jien qatt ma użajtu hekk. Jiġifieri x’ġara qabel, ma naħsibx li ġara hekk lanqas. In-nolle prosequi jinħareġ meta tara li mhemmx każ. (Interuzzjoni)
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Naqblu, imma hawnhekk qed iddaħħlu t-triq tan-nofs bejn il-poteri tiegħek u l-poteri li se tagħti l-Qorti. Il-Qorti tagħti s-sentenza, u jekk tat is-sentenza l-Qorti u timmotivaha s-sentenza kif tatha, diġà hawnhekk qed tagħmel addition tal-motivazzjoni li qed tagħti l-qorti billi tikteb lill-President tar-Repubblika.
Però hawn jekk tagħmel rapport, x’se jkun fih ir-rapport? Ikollok każ wieħed u jkissirlek is-sistema. Issibu fuq il-gazzetti kollha filgħodu u ġimgħatejn, tliet ġimgħat bih u inti m’għandekx rimedju. Jien qed nipprova nsib rimedju billi ngħid tikkonsidraw intom li bħala Avukat Ġenerali tagħtuh dan il-poter? Apparti n-nolle prosequi u kif s’issa ġie użat in-nolle prosequi, li inti tgħid lill-Qorti isma’ fil-każ partikolari hawnhekk hija l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, hija l-opinjoni tal-prosecuting officer li dan, għalkemm għandu jinstab ħati, però m’għandux jingħata piena. U hekk ikollok il-ġustifikazzjoni tal-Avukat Ġenerali għaliha. (Interuzzjonijiet).
THE CHAIRMAN: Naħseb li aħjar nagħlquha hawn. L-aħħar punt, l-Onor. Beppe Fenech Adami.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Hemm ukoll il-punt li l-informatur m’għandux jitkeċċa. Klawsola 5 (iii) tgħid hekk:
“(iii) meta l-informatur ikun impjegat fl-amministrazzjoni pubblika u qed jitmexxew kontrih dixxiplinarji kriminali, l-amministrazzjoni pubblika għandha tiżgura li tnaqqas l-effett tal-piena u għandha fejn possibbli ma titlobx li jiġi mkeċċi ....”
Kollox possibbli. Jekk persuna kien jaħdem il-palazz u ħarqu, huwa possibbli li tibgħatu jaħdem purtinar ġo skola. Noqogħdu attenti. X’inhi l-impossibiltà? Jekk il-whistleblower ħaraq il-palazz għidli x’inhu impossibbli biex timpjegah il-palazz għax ikun inħaraq, timpjegah purtinar ġo skola. Noqogħdu attenti. Qegħdin tgħidu “għandha fejn possibbli”.
Nassigurak li dejjem possibbli timpjega xi ħadd fl-amministrazzjoni pubblika fejn ma jagħmilx ħsara, fejn ma jkunx perikoluż, fejn ma jkollux it-tentazzjoni. Mela dejjem huwa possibbli, tista’ żżommu f’kamra ma jagħmel xejn. Tista’ “ma titlobx li jitkeċċa” nifhimha, imma għandha bilfors ma tkeċċihx fejn possibbli, possibbli nassigurak Avukat Ġenerali li dejjem ....
DR PETER GRECH: Il-kliem “fejn possibbli” huwa ċavetta hawnhekk. Fis-sens li hemm regolamenti magħmulin taħt il-Kostituzzjoni tal-Public Service Commission Disciplinary Procedure, fejn ikun hemm reat jistipulaw bilfors tkeċċija. Jekk hemm possibiltà li ma tkeċċihx, ma tkeċċihx, imma jekk hemm ...
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Imma ejja nispeċifikawha, għax “possibbli” mhijiex speċifikata. Possibbli is not defined. ‘Possibbli skont l-Estacode’ jew ‘possibbli skont xi ħaġa’. Possibbli dejjem possibbli ....
DR PETER GRECH: Legalment possibbli. Għax possibbli fil-prattika iva, imma legalment hemm regolamenti li jgħidu li talli għamilt ċertu affarijiet hemm it-tkeċċija. Hemmhekk m’aħniex qegħdin b’din il-liġi mbagħad nemendaw ir-regolamenti magħmulin taħt il-Kostituzzjoni. Jiġifieri għandha teżerċita d-diskrezzjoni. Imma jekk mhux possibbli, mhux possibbli mbagħad.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħna rajna li s-subparagrafi 2(i) u 2(ii) huma hekk tassattivi - “għandha” - imbagħad hawn qed tgħidu “għandha fejn possibbli”. Jiġifieri intom toqogħdu għal dik.
Imma allura għax ma ddaħluhiex ukoll hawn, meta tgħid mill-istess persuna għandha fejn possibbli meta tiġi biex tagħti s-sentenza. Jekk qed iddaħħal “fejn possibbli” hemm, ddaħħalha ukoll f’2(i) u fi 2(ii).
THE CHAIRMAN: Le, le, imma hawnhekk qed nitkellmu fuq l-amministrazzjoni pubblika, mhux fuq il-qorti. L-amministrazzjoni pubblika hi marbuta b’dawn il-kodiċi u r-regolamenti mhux il-qorti.
ONOR. OWEN BONNICI: Fejn tidħol din tat-tkeċċija l-idea hi din. Jekk hemm xi ħadd li jaf, li jekk se jikxef dan se jitkeċċa mix-xogħol, dan mhux se jikxef. Aħna ħsibna kemm għall-kwestjonijiet kriminali, kemm għall-kwestjonijiet ċivili u kemm għall-kwestjonijiet amministrattivi.
Jiġifieri jien jidhirli li għandna nibqgħu fuq din id-diċitura. Fejn il-prinċipju huwa li jekk inti kxift, anke jekk inti għamilt il-ħażin, il-premju tiegħek, biex ngħid hekk, huwa li fejn jidħol ix-xogħol tiegħek, niddixxiplinak billi nagħtik transfer jekk hemm bżonn, imma mhux titlef l-impjieg. Għax inkella ħadd ma jikxef. Inkella min se jikxef? Jekk jien naf li jekk se nikxef, se nitkeċċa minn mal-gvern.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Meta tara x’inhuma l-elementi ta’ Whistleblower Act komprensiva – u hemm dokumenti li juru – waħda minnhom hija li jkollok protezzjonijiet kontra sort of a retribution li parti minnha hi li ovvjament ... Jiġifieri hija part and parcel auto comprehensive Whisleblower Act li tkun hemm.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: L-artikolu 6 u 7 hija Whistleblower protection to the maximum skont il-Whistleblower ....
ONOR. OWEN BONNICI: Għal klawsola 5 għandi żewġ emendi, l-ewwel waħda ta’ “għandha” li kienet doppja u l-oħra li jitħassru “u (iii)” li qed jgħid l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-bqija mhu se tiċċaqilqu xejn? Se jibqa’ kollox kif inhu?
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Forsi nitlob kjarifika qabel ngħaddu għall-vot. Onor. Bonnici, qed nifhem sew li l-Kabinett - il-Gvern - meta ġie biex idaħħal il-kunċett tal-kompliċità, m’għamel l-ebda distinzjoni fuq jekk il-kompliċi kien – se nuża t-terminoloġija - tal-ħuta l-kbira jew il-ħuta ż-żgħira?
ONOR. OWEN BONNICI: Għamilna din id-distinzjoni fis-sens, li tajna diskrezzjoni lill-Qorti fil-kamp penali li tara hi fiċ-ċirkostanzi jekk għandhiex tabbassa l-piena bi grad jew tnejn, jew addirittura waqt li ssibu ħati, tiddeċiedi li ma tagħtihx piena. Permezz ta’ din il-manjiera dehrilna li qed nilqgħu għal din id-distinzjoni li qed tgħid inti ta’ bejn kompliċi u prinċipal.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: U fil-kamp ċivili?
ONOR. OWEN BONNICI: Fil-kamp ċivili aħna qed ngħidu li jekk inti kxift, inti tkun responsabbli għall-ammont li ħadt. Aħna stajna għamilna li ma tkunx responsabbli – imma mhux se nagħmlu hekk - imma trid tkun responsabbli għall-ammont li ħadt.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Irrispettivament jekk kienx il-master mind jew le.
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna dehrilna li jekk inti ħadt €1 miljun, dak il-€1 miljun se tirritornah.
THE CHAIRMAN: Ħalli nressqu l-emendi.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Agħti ċans, Mr Chairman.
THE CHAIRMAN: Naħseb kellna ċans biżżejjed.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, le, hawnhekk qatt mhu biżżejjed. Jiġifieri intom se tqiegħduna f’pożizzjoni fejn aħna ma nistgħux naqblu ma’ kif inhu l-artikolu minħabba f’dawk il-konsiderazzjonijiet li ressaqnilkom u intom ma ħadtu ebda waħda minnhom on board ħlief affarijiet tekniċi. Li naħseb żgur hija, li intom tifhmu li s-sentiment tagħna qiegħed u jibqa’ biex nagħmlu l-liġi aħjar. Jiġifieri ma tistgħux tippretendu minnha li se nivvotaw favur dan l-artikolu kif inhu miktub.
THE CHAIRMAN: L-Avukat Ġenerali, Dr. Peter Grech.
DR. PETER GRECH: Biex nikkjarifika punt żgħir li ssemma’ qabel. Il-Whistleblower Acts as such veru li ma jkunx fihom normalment dan it-tip ta’ affarijiet. Però jekk wieħed jara per eżempju l-Bribery Acts ikunu mimlijin b’dawn it-tip ta’ inċentivi biex bniedem jikxef. Jiġifieri hawnhekk għandna ftit hybrid ta’ bejn xi ħaġa li normalment hija Whistleblower u normalment hija anti-bribery u anti-corruption, però mhux li ma ssibhiex f’liġijiet.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Però naqblu, li fejn għandna dan il-kunċett fil-liġi tagħna, huwa kunċett li normalment jeżisti diġá f’liġi ta’ pajjiżi oħrajn, però f’dan il-każ tal-Whistleblower qed indaħħlu kunċett li ma jeżisti fl-ebda pajjiż ieħor?
THE CHAIRMAN: Teżisti f’liġijiet oħrajn bħal dik tal-Bribery Act. Però mhux f’Whistleblower.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Il-mistoqsija tiegħi kienet ċara. Aħna, anke f’Malta, għandna l-kunċett fejn nagħtu xi vantaġġi lill-kompliċi f’diversi liġijiet. Però naqblu li dawn il-liġijiet li għandhom din il-ħaġa f’Malta - ħafna drabi fejn tidħol il-bribery, korruzzjoni fl-isport, eċċ., - huwa identiku għal-leġislazzjoni barranija ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, ta’ pajjiżi oħra. Mentri fil-każ tal-Whistleblower dan il-kunċett ma jeżisti mkien.
THE CHAIRMAN: Nistgħu nagħlquha d-diskussjoni?
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jien qed inpoġġi on record din l-innovazzjoni tan-naħa tal-Gvern.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Dik għażla tal-Gvern li intom iddaħħluha hemmhekk u daħħaltuha hemmhekk, għax dik kważi tista’ tidħol ukoll fil-Kodiċi Kriminali għax kif għamiltuha m’għalaqtuhiex biss għall-bribery, imma għamiltuha għad-delitti kollha taħt il-kappa tax-xemx. Jiġifieri tistgħu ddaħħluha taħt il-Kodiċi Kriminali biex tkun tista’ tintuża wkoll fil-Kodiċi Kriminali.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor Membri: Le) Il-mistoqsija hi l-Emenda “E” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “E” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Hemm xi emenda oħra? Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi li:
“F” Fis-sub-klawsola (2) tal-klawsola 5 il-kliem “u (iii)” għandhom jitħassru.
F” In sub-clause (2) of clause 5 the words “and (iii)” shall be deleted.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor Membri: Le) Il-mistoqsija hi l-emenda “F” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “F” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 5 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola 5, kif emendata, għaddiet u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 6 - Projbizzjoni ta’ żvelar ta’ informazzjoni li tidentifika l-informatur.
Clause 6 - Prohibition of disclosure of information to identify the whistleblower.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“G’’ Il-klawsola 6 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fis-subartikolu (1) il-kelma “jagħti” għandha tiġi sostitwiti bil-kliem “ma jagħtix”;
(b) fis-subartikolu (2) il-kliem “tkunx investigata” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “jkun investigat” u il-kelma “tiżvela” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “taqsam”;
(ċ) fil-paragrafu (b) tas-subartikolu (3) il-kliem “tal-awtorità” għandhom jidħlu minnufih wara l-kliem “lil dipartimenti oħra”.
G’’ Clause 6 of the Maltese version shall be amended as follows:
(a) in subarticle (1) the word “jagħti” shall be substituted by the words “ma jagħtix”;
(b) in subarticle (2) the words “tkunx investigata” shall be substituted by the words “jkun investigat” and the word “tiżvela” shall be substituted by the word “taqsam”;
(c) in paragraph (b) of subarticle (3) the words “tal-awtorità” shall be inserted immediately after the words “lil dipartimenti oħra”.
THE CHAIRMAN: Rimarki? Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Fi Klawsola 6(1) qed ngħidu:
“Kull uffiċjal li jirrapporta dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta jew unità dwar min jiżvela informazzjoni protetta li lilhom tiġi żvelata jew riferita informazzjoni protetta ma jistgħux jiżvelaw informazzjoni li tidentifika jew tista’ twassal għall-identifikazzjoni tal-informatur sakemm l-informatur b’mod espress ma jagħtix il-kunsens tiegħu bil-miktub sabiex tiġi żvelata l-informazzjoni.”.
THE CHAIRMAN: L-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Però fil-klawsola 6(2) intom biddiltu ftit minn dak li kien hemm qabel, u issa daħħaltu mhux kwestjoni ta’ identifikazzjoni tal-persuna li qed tiżvela - għax dik hija ħaġa tajba. L-ewwel paragrafu bażikament għadu kif kien fl-abbozz ta’ qabel. Però hawnhekk intom daħħaltu
“m’għandhiex tikkomunika l-kontenut tal-iżvelar lil dipartimenti oħra fi ħdan l-awtorità li l-unità tkun tagħmel parti minnha, sakemm ma tkunx tinvestiga debitament l-iżvelar”.
X’kien ir-raġuni għala ċċaqlaqtu fuqha din? (Interuzzjonijiet)
Nitolbok tara daqsxejn subklawsola (2) ta’ klawsola 6, għax fl-opinjoni tiegħi ġie top heavy u ma nafx sewwa sew xi tridu tagħmlu. Fl-abbozz tal-leġislatura l-oħra konna għamilnieha:
“6. (1)(b) l-imsemmi uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni li tkun protetta jew unità dwar min jiżvela informazzjoni li tkun protetta, ma jkunx jemmen b’mod raġjonevoli illi l-iżvelar tal-identità tal-persuna li tagħmel l-iżvelar:
(i) huwa essenzjali għall-investigazzjoni effettiva tal-allegazzjonijiet fl-iżvelar protett; jew
(ii) hu essenzjali biex jipprevjeni riskju serju għas-saħħa jew sigurtà pubblika jew għall-ambjent; jew
(iii) huwa essenzjali minħabba fil-prinċipji tal-ġustizzja naturali.
U konna għidna wkoll – kif qed tgħid inti – li l-persuna li tagħmel l-iżvelar ma tagħtix il-kunsens. Però dan l-artikolu jien qiegħed inbati biex nifhmu. Jista’ jkun li hemm xi spjegazzjoni u għandi bżonn l-ispjegazzjoni ta’ Klawsola 6(2). Hawnhekk x’qed ngħidu differenti fi Klawsola 6(2)?
THE CHAIRMAN: Dr. Caroline Bencini.
DR CAROLINE BENCINI (Konsulent Legali): Hawnhekk l-emfasi kienet fuq l-anonimità tal-Whistleblower. Jiġifieri anke fl-awtorità, sakemm tkun investigata d-disclosure li ssir, l-identità tiegħu trid tibqa’ dejjem kunfidenzjali.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma hawnhekk fi klawsola 6 (2) jingħad li:
“L-unità dwar min jiżvela informazzjoni protetta m’għandhiex tikkomunika l-kontenut tal-iżvelar lil dipartimenti oħra fi ħdan l-awtorità li l-unità tkun tagħmel parti minnha, sakemm ma tkunx investigata debitament l-iżvelar u stabbiliet illi huwa neċessarju jew xieraq fl-interess pubbliku għat-twettiq ta’ aktar investigazzjoni minn dawk id-dipartimenti l-oħra jew mal-pulizija fir-rigward ta’ prattika mhux xierqa li tikkostitwixxi reat jew mal-pulizija fir-rigward ta’ prattika mhux xierqa li tikkostitwixxi reat kriminali jew kontravvenzjoni taħt xi liġi. Minkejja xi dispożizzjoni taħt liġi oħra, l-awtorità ma għandhiex tkun ristretta b’xi mod biex tiżvela informazzjoni mal-unità ...”.
Jiġifieri hawnhekk qed ngħidu li minkejja li għandek per eżempju xi professional secrecy, xorta waħda tirkbu, għax hemm dispożizzjoni wkoll fuq il-professional secrecy iktar ‘il quddiem. Jiġifieri hawnhekk x’qegħdin iddaħħlu ġdid?
Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10   11




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin