ONOR. OWEN BONNICI: Il-paragrafu (d) ta’ subartikolu16(2) li jgħid: “f’każ illi jaqa’ taħt is-subartikolu (1)(e), kull azzjoni ...”.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: “... li tkun ttieħdet jew huwa mistenni b’mod raġonevoli li tkun ittieħdet...” Jiġifieri inti tippreżumi li ttieħdet dik ...
ONOR. OWEN BONNICI: Għandek raġun. Naraw it-test Ingliż x’jgħid. Għandek raġun.
Issa mbagħad l-emenda l-oħra ....
THE CHAIRMAN: L-emenda (ċ) ser tiġi rtirata, mela.
ONOR. OWEN BONNICI: Imbagħad jifdal is-subklawsola 16(4) li tgħid:
“(4) Jekk l-awtorità tikkonkludi li żvelar mhux suppost li sar b’mod estern – li beda jgħid l-Onor. Claudio Grech l-ewwel – allura l-awtorità għandha, fi żmien raġjonevoli li ma jaqbiżx 45 jum tinnotifika, bil-miktub lill-informatur u - “u” trid titlaq, qegħda żejda - illi għandu jsir żvelar intern skont is-Sezzjoni 2 ta’ din it- Taqsima u li l-awtorità mhijiex se titratta iktar dak l-iżvelar.”
Jiġifieri jekk bi żball jibgħatha fl-estern, ma jkunx hemm annullament tal-proċeduri, imma terġa’ tiġi direzzjonata kull fejn kellu jmur.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri hawn qed isalva kwalunkwe forma ta’ informazzjoni li tingħata. Il-formalità ta’ kif issir, m’għandhiex tiġi a preġudikar tal-persuna li qed jagħmel l-iżvelar tal-informazzjoni.
THE CHAIRMAN: Nistgħu nressqu l-emendi? Il-mistoqsija hi l-emenda għal-subklawsoli (b) u (d) biex jemenda klawsola 16. Għax l-(a) u (ċ) ġew irtirati.
Hemm emenda oħra għall-Ewwel Skeda.
ONOR. OWEN BONNICI: Irridu nemendaw l-Ewwel Skeda. Jiġifieri dik il-lista tal-External Whistleblowing Unit f’każ ta’ kumpaniji SMEs.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Issa dik biddiltu xi ħaġa minnha, Dottoressa Bencini?
ONOR. OWEN BONNICI: Biddilna affarijiet żgħar ħafna. Daħħalna l-Ombudsman bħala residual remedy ....
DR CAROLINE BENCINI: Il-kwestjonijiet li jaqgħu taħt l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Dik kienet bħala cleaning up tad-draft. Qbadna d-definition li hemm taħt l-Investment Services Act u għamilniha hawnhekk. Biex ikun hemm qbil bejn iż-żewġ liġijiet.
U daħħalna l-Ombudsman – mingħalija, m’iniex ċerta, jekk kienx hekk diġà – bħala default authority. Fejn mhemmx awtorità oħra biex tilqa’ l-iżvelar, għandu jsir żvelar lill-Ombudsman.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Qabel, il-problema li kellek kienet, li l-Ombudsman kellu poteri, kienu residwali, però kellu poteri ikbar. Għax kellu wkoll għall-attivitajiet ta’ korpi dixxiplinati u attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet volontarji. Dawn it-tnejn taru. Għaliex taru, jekk jogħġbok?
ONOR. OWEN BONNICI: Tal-volontarji, il-Kummissarju dwar l-Organizzazzjoni Volontarji.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għamiltu lilu? OK, tajjeb.
U attivitajiet ta’ korpi dixxiplinarji?
DR CAROLINE BENCINI: Kif qegħda fil-liġi, mhux se tidħol b’effett immedjat għall-forzi dixxiplinarji.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma dik inti tistabilixxi b’Avviż Legali. Imma l-Ewwel Skeda .... aħna konna l-Ombudsman .....
DR CAROLINE BENCINI: Naħseb għandek raġun. Il-forzi dixxiplinati naħseb jaqgħu taħt Taqsima 2.
ONOR. OWEN BONNICI: Mela l-Forzi Armati kif hemm fid-definizzjonijiet fl-artikolu 2 jaqgħu taħt l-artikolu 47(1). Dawk jaqgħu taħt l-External Whistleblowing Disclosure Unit fi ħdan il-Gvern ta’ Malta.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Forsi tgħidilna ftit eżatt x’qed jinbidel?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Fit-“Taqsima 2 - Amministrazzjoni Pubblika” qed idaħħlu l-attivitajiet tal-korpi dixxiplinati hemmhekk?
ONOR. OWEN BONNICI: Taħt l-External Whistleblowing Disclosure Unit fi ħdan il-Gvern ta’ Malta.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Forsi tgħidilna ftit x’se jidħol eżatt fl-Ewwel Skeda? X’se jiġi emendat minnu?
ONOR. OWEN BONNICI: Fejn jidħlu kwestjonijiet ta’ regolamenti dwar finanzi pubblici jew użu ħażin ta’ riżorsi pubbliċi, se ndaħħlu lill-Awditur Ġenerali. Din hija fuq suġġeriment tal-Awditur Ġenerali stess.
Issa li se nżidu wkoll, hija l-kwestjoni ta’ funding of terrorism taqa’ taħt ....
DR PETER GRECH: Hawn imsemmi l-Money Laundering taħt l-MFSA. Però dak l-Att tal-Money Laundering ikopri wkoll funding of terrorism. Allura naħseb li aħjar ikun inkluż, mhux qisu tħalla barra għal xi raġuni.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: U l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali? Smajt tajjeb? Fejn se tagħmluh?
THE CHAIRMAN: Wara l-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri fejn jidħlu kwestjonijiet ta’ finanzi pubbliċi, dak l-External Whistleblowing Unit ikun l-Awditur Ġenerali.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Minflok il-Kummissarju tat-Taxxi Interni?
ONOR. OWEN BONNICI: Le. Jiġifieri l-Awditur Ġenerali se jkun l-ExternalWhistleblowing Unit żieda ma’ li hemm, fejn jidħlu nuqqas ta’ tħaris ta’ liġijiet, regoli u regolament dwar finanzi pubbliċi jew użu ħażin ta’ riżorsi pubbliċi.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jiġifieri se tagħmlu kategorija separata.
ONOR. OWEN BONNICI: Preċiż. Dan fuq suġġeriment tal-Awditur stess.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Allura l-kategoriji l-oħra ma jistgħux ikunu fondi pubbliċi wkoll, bħat-taxxi .....
ONOR. OWEN BONNICI: Iva.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għax hawnhekk settur privat.
DR PETER GRECH: Mhumiex water tight compartment. ONOR. CLAUDIO GRECH: Se jkollok overlap. Jien biex nerġa’ nifhem ...
DR PETER GRECH: Jekk mort f’post li jista’ jilqa’ dak l-ilment ....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Aħjar għandek tnejn milli wieħed, esterni ... L-applikabilità ta’ din l-iskeda ta’ Section 1 din hija għal whistleblower li huwa impjegat f’kumpanija privata, u jrid jagħmel disclosure marbuta ma’ xi attività li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn. Correct?
ONOR. OWEN BONNICI: Exactly.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien l-ewwel punt li għandi huwa li taħt il-Kummissarju tat-Taxxi Interni hemm eskluż, għal xi raġuni, il-VAT. Li naħseb hija waħda mill-iktar whistleblowingopportunities li nistgħu noħolqu, fl-opinjoni tiegħi. Is-CIR (Commissioner of Inland Revenue) ma naħsibx li huwa l-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
THE CHAIRMAN: Issa nbidel l-isem tiegħu, m’għadux CIR ....
ONOR. OWEN BONNICI: Għandu raġun l-Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Għax Taxxa fuq l-Income żgur li ma tistax tiġi interpretata bħala taxxa li hija l-VAT. Għax il-VAT waħda mill-iktar ..(Interruzzjonijiet).. Jew hawn jew il-Kummissarju tal-VAT, ma nafx ... Saret il-consolidation?
ONOR. OWEN BONNICI: Taxxa fuq valur miżjud.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Se ddaħħal miegħu l-VAT ukoll hemmhekk, allura? Issa għandu poteri ftit differenti.
THE CHAIRMAN: In-nomenklatura tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni x’inhi?
ONOR. OWEN BONNICI: Se jiċċekkjawha.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Għandi żewġ issues li naħseb huma mportanti li nikkonsidraw li ndaħħluhom. L-ewwel waħda hija reati marbutin ma’ privacy ta’ data. Li jista’ jkollok attività f’kumpanija, li qed tuża d-data b’mod illegali jew sensittiva. U ovvjament meta tħares lejn dawn, ma tara mkien li wieħed jista’ għandu lok fejn jagħmilha. Data privacy. Issa ma nafx id-definizzjoni legali kif se tasal għaliha.
ONOR. OWEN BONNICI: Taħt Deskrizzjoni tal-Kwistjonijiet, tal-Ombusman it-(ii) tgħid hekk:
“kull kwestjoni oħra li tikkostitwixxi prattiċi mhux xierqa u li mhumiex intiżi li jiġu rapportati lil xi awtorità oħra”.
Aħna ma stajniex nagħmlu elenku ta’ kollox. Allura għamilna l-Ombudsman bħala the residual authority li tkun l-External Whistleblowing Unit....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien il-punt l-ieħor li rrid insemmi - semmejtha wkoll waqt is-Second Reading Onor. Bonnici - kien l-issue marbuta ma’ dawk il-kumpaniji li għandhom bonds, stocks, shares li huma kkwotati fuq l-istock exchange. Dawn il-kumpaniji jkunu biegħuhom lin-nies fuq bażi ta’ prospectus. Ikunu ibiegħuhom ukoll, fuq il-bażi li dawn jagħmlu financial disclosures. U meta internazzjonalment tara l-issues li qed iqumu fuq il-corporate fraud, fejn għandek nies innoċenti li jkunu investew fihom u qed jibbażaw id-deċiżjoni tal-investiment tagħhom fuq dawk il-financial statements ħafna drabi, ... Jien m’iniex ċert li meta tara d-Deskrizzjoni tal-Kwistjonijiet tal-MFSA jekk anything f’dan is-sens jaqax taħtha?
Kif għedtlek, l-Amerika pereżempju, is-Security and Exchange Commission għandhom l-external unit tagħhom. Għax dawn ikunu rapporti li jkunu.....
ONOR. OWEN BONNICI: Int qed tissuġerixxi li tiżdied oħra...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien qed nissuġerixxi li jkun hemm l-istock exchange. ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma trid tagħmel emenda fl-Istock Exchange Act li tippermetti din il-ħaġa? Jew le?
ONOR. CLAUDIO GRECH: M’aħniex nagħmlu emendi hawnhekk fl-oħrajn, le?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Inti qed tgħid li tiżdied fl-iskeda? Jew li tiżdied bħala prattika mhux xierqa?
ONOR. OWEN BONNICI: Fl-iskeda.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Bħala “prattika mhux xierqa” naħseb li koperta diġà. It is very wide, naħseb li hija koperta. Hija kopertà. .Għaliex ikunu issues li mhumiex daqshekk ...
ONOR. OWEN BONNICI: Allura taħseb li l-MFSA ma tkunx l-awtorità kompetenti?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Peress li għandna stock exchange u l-istock exchange huwa r-regolatur ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. U anke meta tara l-corporate governance ta’ dawn il-kumpaniji huma regolati, minn guidelines imma mhumiex regolati ....
ONOR. OWEN BONNICI: Jiġifieri inti qed tissuġerixxi li jkun hemm awtorità oħra ma’ li hemm, li tkun l-istock exchange, il-Borża ta’ Malta, u d-deskrizzjoni tal-kwestjonijiet x’inhi?
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Kif qed jgħid l-Onor. Claudio Grech żgur ma tridx taqa’ l-Ombudsman. Issa jekk għandhiex taqa’ taħt l-Istock Exchange jew taħt l-MFSA? Bħalissa taqa’ taħt l-Ombudsman.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Għandha tkun il-Borża ta’ Malta jew il-MFSA?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien naħseb li l-Borża ta’ Malta. Jekk tħares ukoll lejn il-mudell Amerikan, huwa s-Security and Exchange Commission.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Huwa tajjeb li jiġi dibattut dan il-punt. Però tajjeb li f’dawn it-tipi ta’ setturi, wieħed imur għandhom u jaraha magħhom. Issa din l-iskeda fiha l-vantaġġ li b’Avviż Legali tista’ tiġi emendata.
Jiġifieri aħjar ninkarigaw lis-Segretarju Parlamentari biex ikellem lill-Borża ta’ Malta u jara x’awtorità jista’ joħloq. Ma jmurx aħna nagħmlu xi ħaġa li l-Borża tixħeta tilt u ma taħdimx tajjeb jew inkella jkun hemm xi nuqqas ta’ fiduċja. Għax hija l-iktar post delikat u sensittiv. Trid tieħu ħsieb inti, Onor Bonnici biex tkellimhom għaliha din il-ħaġa.
ONOR. OWEN BONNICI: Iva, mela le. Jekk dan, inżiduha b’Legal Notice u ninfurmak, Onor. Claudio Grech.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Il-punt l-ieħor kien tac-cyber crime u għedna se nagħmluh taħt l-Ombudsman. Again ma nafx kemm l-Ombudsman għandu .... Illum tinsewx, jekk nieħdu l-każ ta’ Snowden biss biss, din tista’ tkun issue kbira fis-snin li ġejjin, anke hawn Malta. Ma nistgħux aħna din nitrattawha qisu hawn Malta ma jiġrux dawn l-affarijiet, partikolarment fil-kumpaniji privati. Mhux qed nitkellmu fil-gvern. Naħseb il-gvern huwa kkontrollat u regolat tajjeb, però fil-privat għandi d-dubji serji tiegħi ta’ kemm tinżamm il-privacy tad-data... Forsi l-Onor. Bonnici, l-istess kif se nagħmlu tal-istock exchange, jaraha ftit b’mod separat, imbagħad forsi tkun tista’ tikkonsidra.
Issue oħra hija price fixing ta’ prodotti li jkunu essenzjali. Jien hawnhekk f’moħħi għandi l-mediċina. Li inti jista’ jkollok attivitajiet fis-settur privat li jinħolqu cartels li ma tkunx taf bihom, li jkunu informali. They fix the price, eżempju tal-mediċini, u dawn il-cartels ovvjament se jispiċċaw ibatu n-nies minħabba fihom. U dawn bilfors ikun hemm impjegati minn ġewwa li jkunu jafu bihom.
Jien naħseb irridu nagħtu lok, u ovvjament jiddependi kemm aħna se nippubliċizzaw kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapporti, għaliex jistgħu jkunu realtà, kif naraw li jiġri barra minn Malta.
THE CHAIRMAN: Il-probabbiltà hi, li hekk se jiġri matul iż-żmien, li se jinqalgħu ċirkostanzi u se nżiduha din. Dawn huma l-affarijiet li rridu nikkonsidrawhom .....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: B’referenza għall-problemi li qed iqajjem l-Onor. Claudio Grech, jekk diġà qegħdin joħorġu għad-deher, dan ifisser li hemm il-possibbiltà ta’ xenarju li jista’ jiżviluppa f’dik id-direzzjoni.
THE CHAIRMAN: Nieħdu ħsiebhom malajr kemm jista’ ikun.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Wieħed irid jipprova jidħol għalihom ....
THE CHAIRMAN: Però għamilt sew li ġbidt l-attenzjoni ....
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Therefore, liema għandha tkun l-awtorità f’dan il-każ?
ONOR. CLAUDIOGRECH: Għandek l-Office of Fair Competition li suppost jirregola any claims ta’ cartel.
THE CHAIRMAN: Naħseb hemm ir-regolatur ad hoc tal-mediċini.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Hemm il-Medicines Authority speċifikament fejn jidħlu l-mediċini. Però imbagħad meta wieħed iħares daqsxejn mil-lat prattiku, tara x’infrastruttura għandhom dawn l-organizzazzjonijiet biex jinvestigaw xi ħaġa bħal din, .....
Marbut ma’ din xtaqt nistaqsi dwar it-Taqsima II fejn għandek id-Disclosure Unit. Dak se jinħarġu xi regolamenti aktar dettaljati dwar kif se tiġi appuntata, kif se topera? Din se tkun dipartiment taħt xi ministeru, taħt xi entità? Kif se tkun?
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna rridu nagħmlu External WhistleblowerDisclosure Unit fi ħdan il-Gvern ta’ Malta. L-Onor. Grech qed jistaqsi kif se tiġi mwaqqfa u taħt min se taqa’ ir-responsabbiltà.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Idea biss.
ONOR. OWEN BONNICI: Din trid titwaqqaf sal-15 ta’ Settembru, kif iddikjarajt dalgħodu fil-Parlament. U se tkun organu ġdid, unit ġdid tal-gvern, li l-idea inizjali hi li tkun taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Forsi taħt il-Ministru tal-Ġustizzja ...
ONOR. OWEN BONNICI: Le le, għax naħseb huwa għaċ-Ċivil kollu.
DR PETER GRECH: Affarijiet li jirregolaw iċ-Ċivil in ġenerali., qegħdin taħt l-OPM.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Ma rridux ninsew li meta ċittadin jagħmel ilment - għal sempliċi ilment kontra entità tal-gvern - dan imur għand l-Ombudsman. U lkoll nafu kif l-Ombudsman jinħatar. Issa qed ngħidu li meta xi ħadd se jkun qed jagħmel disclosure - li hija ħafna gradi ogħla minn ilment - se jmur f’dipartiment tal-gvern minn xi ħadd li huwa appuntat b’mod normali mill-eżekuttiv, miċ-ċivil.
ONOR. OWEN BONNICI: Kont qed naħseb li jkun Imħallef irtirat f’dan il-każ. L-idea hi li jkun hemm imħallef irtirat jew maġistrat irtirat li jkun jista’ jikkappeġja dan il-unit.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Però ma tikkonsidrax li forsi tagħmlu simili kif jiġi appuntat l-Ombudsman? Biex nagħtuh iktar standing.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Tagħmilx duplikazzjonijiet.
ONOR. OWEN BONNICI: Trid toqgħod daqsxejn attent.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Diġà għandek, il-mod ta’ kif qiegħda t-Tieni Skeda, qiegħda loose. Jiġifieri diġà għandek ħafna mit-turf li għadu mhux destinat u li għada pitgħada trid tiddestinah. L-agħar jekk ikollok żewġt klieb jiġġieldu għall-istess għadma, imbagħad trid tara kif se ssolvi l-problema. Inqas ma jkollok nies iktar aħjar.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Però l-unit se tinħoloq, se ssir. Jien qed ngħid kif tappunta l-kap tal-unit.
ONOR. OWEN BONNICI: Li nista’ ngħid hu li l-Kabinet iddelega lili u lill-PPS f’isem il-Permanent Secretaries biex nibdew ix-xogħol fuqha din, u by the 15th September ..... Imma qed tistaqsi kif se ssir.
Qed ngħidu li jkun hemm element ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Per eżempju jiġi għall-approvazzjoni quddiem il-Parlament.
ONOR. CLAUDIOGRECH: L-idea hi biex dan il-unit nagħtuh standing. L-Ombudsman qiegħed hemmhekk għal ilment, għal ilment nappuntaw l-Ombudsman.
ONOR. OWEN BONNICI: Allura għall-ilment tal-gvern m’għandekx xi ħadd ...
ONOR. CLAUDIOGRECH: Jekk irriduha taħdem, din qed titkellem fuq affarijiet ta’ sustanza ħafna ikbar. Tista’ tikkonsidra li tagħmlu taħt l-Ombudsman. (Interruzzjonijiet)
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Poter residwali għandu jaqa’ taħt l-Ombudsman, però tridu tistudjawha tajjeb.....
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Din għad trid toħroġ sal-15 ta’ Settembru. M’hemmx għalfejn, meta qegħdin limited by time, niddeċiedu issa.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, le sempliċement isaqsi qiegħed.
THE CHAIRMAN: Lanqas qiegħda fil-liġi din.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Għax naħseb issa hija l-opportunità li dawn l-issues inqajmuhom.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Huwa tajjeb li l-punt sar, m’għandniex bżonn niddibattu iktar.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Però jagħmel differenza kbira mill-mod ta’ ....
ONOR. OWEN BONNICI: Is-suġġeriment tal-Onor. Grech – u se nwasslu – huwa li kemm jista’ ikun irid ikun unit li jgawdi ċertu parzjalità, clout u indipendenza mill-gvern. Għax inkella..
ONOR. CLAUDIOGRECH: Kif inhu l-Awditur ukoll.
ONOR. OWEN BONNICI: Għax dawn kollha hekk huma.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Mr Chairman, li jinkwetani hu li qegħdin nitkellmu fuq affarijiet li jistgħu jkunu fl-Iskeda – u jien għandi xi żewġ affarijiet oħrajn – imma taħt id-definition ta’ “prattiċi mhux xierqa”, jista’ jkun li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda.
Per eżempju din tal-cartels, għandi d-dubji tiegħi, taħt liema waħda taqa’. Allura jista’ jkun li se nkunu qegħdin ngħidu jekk għandek whatever cartels inkunu ktibniha hawnhekk fl-Iskeda, imma mbagħad taħt “prattiċi mhux xierqa” ma tkunx taqa’. Allura this will never come to fruition.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Fid-definizzjoni ta’ “prattiċi mhux xierqa” għandek kwalunkwe ksur tal-liġi ġenerali. Għandek waħda kwalunkwe ksur ta’ liġi ta’.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Ta’ liġi, reat kriminali.
THE CHAIRMAN: Azzjoni li tikkaġuna offiża, telf jew ħsara.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Le, mhijiex xi ħaġa li tikkaġuna ... U mhijiex reat kriminali.
ONOR. OWEN BONNICI: Id-definizzjoni ta’ “prattiċi mhux xierqa” tgħid:
“(a) persuna naqset, qiegħda tonqos jew x’aktarx se tonqos milli tħares kull obbligu legali .....”
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: ...” li tkun suġġetta għalih.”
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma mhijiex obbligu legali. Li inti ma tidħolx f’cartels, mhuwiex obbligu legali.
ONOR. OWEN BONNICI: Ksur ta’ liġi mija fil-mija.
THE CHAIRMAN: Unfair competition.
ONOR. CLAUDIOGRECH: Però huwa reat kriminali jew le?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma tiġi reat kriminali?
ONOR. OWEN BONNICI: M’hemmx reat kriminali.
ONOR. CLAUDIOGRECH: M’iniex ċert, ma nafx.
THE CHAIRMAN: Nistgħu, sakemm ilesti l-emenda l-Avukat Ġenerali, ngħaddu ....
ONOR. OWEN BONNICI: Għandi żewġ emendi għall-ewwel skeda, waħda minnhom tal-Awditur Ġenerali li għadni kemm spjegajt. Fl-ewwel skeda se nżidu “l-Awditur Ġenerali se jkollu l-obbligu li jkun external unit f’nuqqas ta’ tħaris ta’ liġijiet, regoli u regolamenti dwar finanzi pubbliċi jew użu ħażin ta’ riżorsi pubbliċi”.
Jekk tfittex fejn hemm MFSA, hemmhekk hemm miktub “out of trustee”, dik il-kelma “out of” hija żejda. “twettiq ta’ negozju ta’ trustee, mhux, out of trustee.
Nistgħu ngħaddu għall-vot?
THE CHAIRMAN: Le, hemm emendi oħrajn li jridu jiġu ppreżentati.
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli nivvutaw għal din l-emenda.
THE CHAIRMAN: Le għax fuq l-Ewwel Skeda xorta waħda ...
DR PETER GRECH: Dalwaqt ikunu lesti.
THE CHAIRMAN: Fil-kas konna ngħaddu għal klawsola oħra, klawsola 17, jekk m’hemmx xi emendi fuqha.
ONOR. OWEN BONNICI: Le, m’għandix emendi għall-klawsola 17.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Klawsola 17 mhux qed nagħmluha bħalissa?
THE CHAIRMAN: Le, klawsola 16 konna qed nagħmlu.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Klawsola 16 għaddejniha. Mhux klawsola 17 qed nagħmlu?
THE CHAIRMAN: Klawsola 16 u l-iskeda ma’ klawsola 16.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, ma’ klawsola 17-qegħda l iskeda, jew qed niżbalja jien?
ONOR. OWEN BONNICI: Fi Klawsola 16 għandek Żvelar estern magħmul lill-Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta tal-awtorità.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Għandek raġun.
ONOR. OWEN BONNICI: Mela ejja napprovaw Klawsola 16.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ma nistgħux għax irridu nagħmlu l-emenda. Jekk trid ipposponiha.
Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Owen Bonnici, il-Kumitat qabel li Klawsola 16 tiġi posposta.
Klawsola 17 - Twaqqif ta’ unitajiet dwar min jiżvela informazzjoni protetta.
Clause 17 - Setting up of whistleblowing reports unit.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: F’din il-klawsola qed jingħad li jirċievi l-informazzjoni, imbagħad jiddeċiedi li jgħaddiha lil ħadd ieħor biex jinvestigaha iktar fl-fond.
ONOR. OWEN BONNICI: Qiegħed jerġa’ jirrepeti.
THE CHAIRMAN: Hawn iktar rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi klawsola 17. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 17 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi. Klawsola 16 - Żvelar estern magħmul lill-Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta tal-awtorità
Clause 16 - External disclosure made to the whistleblowing reports unit. (Posposta iktar kmieni fil-Kumitat) THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“Q’’ L-Ewwel Skeda għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) Fil-kolonna intitolata “”Deskrizzjoni tal-Kwistjonijiet” għandhom jiżdiedu s-segwenti:
(1) Fil-partita relattiva għall-“Kummissarju tat-Taxxi Interni” għandu wara l-kliem “tas-sigurtà soċjali” jiżdied il-kliem “, Taxxa fuq il-Valur Miżjud jew “atti ta’ taxxa” skont kif definiti fl-Att dwar il-Kummissarju tat-Taxxi”
(2) Fil-partita relattiva għall-“Korp għal Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja” għandu jiżdied il-kliem “jew finanzjar ta’ terroriżmu” u dan minnufih wara l-kliem “Money Laundering”.
(b) Fil-kolonna ntitolata “Awtorità”, il-kliem Kummissarju tat-Taxxi Interni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Kummissarju tat-Taxxi”.
“Q’’ The First Schedule shall be amended as follows: (a) In the column entitled “Description of Matters” there shall be added the following:
In the item relative to the “Commissioner of Inland Revenue” immediately after the words “national insurance contributions” there shall be added the words “Value Added Tax or “revenue acts” as defined in the Commissioner for Revenue Act.”
In the item relative to the “Financial Intelligence Analysis Unit” immediately after the words “Money Laundering” there shall be added the words “or financing of terrorism”.
(b) In the column entitled “Authority”, for the words “Commissioner of Inland Revenue” there shall be substituted the words “Commissioner for Revenue”.