ONOR DEBORAH SCHEMBRI: Jekk inniżżlu reat punibbli ....
DR PETER GRECH: Huwa reat differenti, jirreferi għall-kalunja, imma huwa reat differenti.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Irranġahulna għax aħna riedna .....
DR PETER GRECH: Hu qiegħed worded tajjeb. Għax il-fatt li nikteb xi ħaġa għal skopijiet ta’ Whistleblowing, mhux neċessarjament jikkostitwixxi r-reat tal-kalunja taħt l-artikolu 101 tal-Kodiċi Kriminali. Allura hawnhekk hija kwalifikata li l-pieni tal-kalunja japplikaw, jekk xjentement tipprovdi informazzjoni falza. Għax ir-reat tal-kalunja forsi ma jinkwadrax ....
ONOR. CLAUDIOGRECH: Fil-kuntest tal-Whistleblower Act.
THE CHAIRMAN: Mhux hekk? Jekk tipprovdi informazzjoni falza ai termini ta’ dan l-att.
THE CHAIRMAN: Dr. Donatella Frendo Dimech.
DR DONATELLA FRENDO DIMECH: Biex ikollok ir-reat tal-kalunja, inti bilfors trid taf li hu innoċenti u qed takkużah b’reat. U billi qed ngħidu l-istess, m’hemmx għalfejn tinkiteb, għax il-liġi kriminali tapplika dejjem. Jiġifieri m’hemmx għalfejn issemmi li tapplika.
Hawnhekk li qed ngħidu hu li għandek il-pieni tal-kalunja, ċioè skont kif inhuma, li sempliċement jokkorru malli inti qed intenzjolmant tagħti informazzjoni falza.
THE CHAIRMAN: Għandna emenda kif ġiet ippreżentata, u se nagħmlu emenda oħra fejn qed titneħħa s-sub klawsola 4.
ONOR. OWEN BONNICI: Meta qed nisma’ dan id-dibattitu, assolutament ma rridux noqtlu l-għan ta’ din il-liġi. Però qed nibgħat il-messaġġ. Jiġifieri reat se jkun hemm. Avviso ai naviganti.
Sur President, nipproponi din l-Emenda:
“J’’ Il-klawsola 9 għandha tiġi emendata kif ġej:
Fil-proviso tas-subartikolu (2) il-kliem “ġie magħruf jew b’mod ieħor ġie żvelat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “ġiet miksuba jew b’mod ieħor ġiet żvelata”.
“J” Clause 9 of the Maltese version shall be amended as follows:
In the proviso to subarticle (2) the words “ġie magħruf jew b’mod ieħor ġie żvelat” shall be substituted by the words “ġiet miksuba jew b’mod ieħor ġiet żvelata”.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-Emenda “J’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “J” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“K” Is-sub-klawsola (4) tal-klawsola 9 għandha tiġi mħassra.
“K” Sub-clause (4) of clause 9 shall be deleted.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-Emenda ‘’K’’ kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-Emenda “K” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi Klawsola 9 kif emendata. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? (Onor. Membri: No) Carried.
Klawsola 9, kif emendata, għaddiet u kienet ordnata ssir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 10 - Informazzjoni protetta bi privileġġ professjonali legali.
Clause 10 - Information protected by legal professional privilege.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Din hija klawsola self-explanatory. Nikkwota: “xejn f’dan l-Att ma jawtorizza persuna biex tiżvela informazzjoni protetta bil-privileġġ professjonali...”
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? (Onor. Membri: No) Il-mistoqsija hi Klawsola 10. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 10 għaddiet nem.con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 11 - Żvelar magħmul b’mod unanimu.
Clause 11 - Anonymously made disclosures.
THE CHAIRMAN: Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, nipproponi din l-Emenda:
“L” Din il-klawsola għandha tiġi emendata kif ġej:
Fil-proviso tas-subartikolu (2) il-kliem “jiġi konsidrat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kelma “jikkunsidraw” u l-kliem “ġew jkunu” għandhom jitħassru.
“L” Clause 11 of the Maltese version shall be amended as follows:
In the proviso to subarticle (2) the words “jiġi konsidrat” shall be substituted by the word “jikkunsidraw” and the words “ġew jkunu” shall be deleted.
Klawsola 11 tgħid:
“11. (1) Żvelar magħmul b’mod anonimu m’għandux ikun ikkonsidrat bħala żvelar protett skont dan l-Att.
(2) Uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni protetta jew l-Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta, jista’ jirċievi u jipproċessa żvelar anonimu u jista’ iqis dak l-iżvelar meta jkun qed jiġi determinat jekk tkunx saret prattika mhux xierqa:
Iżda meta uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni protetta jew l-Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta wara li jkunu ġew meqjusa ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, jikkonsidraw - minflok il-kelma “jiġi kkonsidrat” għax qed nitkellmu fuq il-plural - illi l-informazzjoni anonima li jkunu rċevew - jiġifieri l-kliem “ġew ikunu” titlaq - hija x’aktarx tinġurja jew tkun libelluża li l-informazzjoni m’għandhiex titqies aktar. “
Jiġifieri l-emenda hija ta’ natura kożmetika. Imma in sustanza naf li qajjmet dibattitu fis-Second Reading, però hija bżonnjuża.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien mhux xi żiemel tal-battalja, però xtaqt niġbidlek din il-konsiderazzjoni. Inti qed tgħid jekk kemm-il darba xi ħaġa hi tant ta’ natura flagranti, allura jista’ ma jinvestigahiex, jiġifieri int qed tagħtih diskrezzjoni li at word “go” ma jinvestigahiex.
Din, fuq l-anonimu, kienet dibattuta ħafna fi żmieni u dak iż-żmien aħna konna ddeċidejna – jista’ jkun li kellna tort – li l-uffiċjal li qed jirċievi l-informazzjoni, anke jekk ikun irċeviha b’mod anonimu, għandu l-obbligu li jinvestigaha. Taf għalfejn? Biex ma jkollokx il-possibilità li l-persuna... Għax il-poter qiegħed hemmhekk, min qiegħed hemmhekk irid jinvestigaha, mela l-ewwel nibda b’ittra anonima, imbagħad nista’ insegwiha b’affarijiet oħrajn.
Jiena kieku ma nagħtihx dan il-poter li jkun jista’ jiskarta dak li hemm ġo ittra li tintbagħat. Per eżempju jiena nirċievi allegazzjoni fuq XYZ li qed jagħmel xi ħaġa. Jiena ngħid dak il-persuna? Dażgur li le! Dak impossibbli, din falza, forget it. Jien ngħid li l-persuna li rċieva l-informazzjoni m’għandux ikollu dik id-diskrezzjoni. Għandu jinvestigaha. Imbagħad jimxi minn hemm. Jgħid wara li nvestigajtha ma rriżultalix.
THE CHAIRMAN: Jekk tkun anonima, lil min se tipproteġi?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, le ma tipproteġix imma tassigura li ġol-kumpanija qed issir l-investigazzjoni neċessarja biex dak .... Ħalli nispjegalek hawn x’għamilna. Hawn tajna importanza għall-ittra anonima. Li jekk fl-ittra anonima hemm kontenut li tista’ tagħmel ħsara lill-kumpanija, għax xi ħadd mhux qiegħed joqgħod għar-regoli tal-liġi, inti tista’ tinvestigaha u tikkoreġiha. Għax forsi jien m’għandix il-kuraġġ li niktibha.
THE CHAIRMAN: Forsi qed nifhem ħażin jiena, imma din ma tipprekludix dan li qed jgħid ...
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, imma kif inhi miktub hawn hija :
“..wara li jkunu ġew meqjusa ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, jiġu konsidrati illi l-informazzjoni anonima li jkunu qed jirċievi hija x’aktarx tinġurja u libelluża, din l-informazzjoni m’għandhiex titqies ...”.
Jiena kieku ma nagħtihx dan il-poter diskrezzjonali. Kieku nimponi fuqu li inti għandek id-dmir li kull ma jidħollok trid tinvestigah. Biex inti ma tidħolx fil-kwestjoni ta’ dak li tgħidlu: u ejja ....
Inti ċerti drabi jista’ jkollok per eżempju board members madwar mejda u wieħed minnhom jibgħat ittra anonima fuq affarijiet li qed jara board member ieħor jagħmel, li m’għandux jagħmel.
THE CHAIRMAN: Il-proviso jitneħħa kompletament.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Mhux jitneħħa, li ma jingħatax il-possibilità li jkun qiegħed jagħlaqha.
ONOR DEBORAH SCHEMBRI: Irid jinvestiga bil-fors.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva. Il-persuna interna. Anonima hija diġà odjuża, nifhem li diġà odjuża, imma jista’ jkun li minn ittra anonima, tirċievi informazzjoni li taqbad affarijiet oħrajn.
Jiena bħala Ministru kont nirċievi, ma ngħidx waħda kuljum imma fil-ġimgħa kont nirċievi erbgħa minn dawn l-ittri anomini. U ma kontx indaħħalhom fis-shredder, imma kont nibgħathom jew lill-Avukat Ġenerali jew lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni jew lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jiġu nvestigati. Kien hemm każijiet fejn minn dawn l-ittri kollha - minn 100% - 25% irriżulta li kien hemm reat u l-parti l-oħra, 75%, kienu garbled b’affarijiet ta’ diskors vojt. Imma jien qiegħed ngħid li għandkom tikkonsidraw din il-ħaġa.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien qiegħed nifhem. Però l-Gvern deherlu hekk, li jekk hemm ittra anonima, mela diġà għandek id-diffikultà li din hija ittra anonima. Issa jekk dan anonimament qiegħed jikteb ittra li Owen Bonnici kuljum filgħodu jidħol fis-sakra, min qed jaqraha, għandu jkollu d-diskrezzjoni li jgħid isma’ din ġrajja anonima u t-tieni hija biex tinġurja jew hija libelluża. Allura f’dawk il-każijiet biss, irid jara u jgħid din l-ittra anomima fil-fehma tiegħi qegħda biex tinġurja jew libelluża.
THE CHAIRMAN: Naqbel li din tibqa’ hekk. Però forsi biex nsibu way in between li wara l-kelma “irċevew” titniżżel “wara li tali informazzjoni tkun investigata” ...
DR PETER GRECH: Hemm diġà l-kliem “after having taking into account all the relevant circumstances” ...
THE CHAIRMAN: “Wara li jkunu ġew meqjusa ċ-ċirkostanzi relevanti kollha.”
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Dan m’aħniex qed nitkellmu li l-uffiċjal li se jkun hemm, ikun xi imħallef jew xi avukat. L-uffiċjal tal-unità li se jirċievi din l-informazzjoni, se jkun xi ħadd impjegat minn ġol-kumpanija stess.. Jien mhux xi żiemel tal-battalja, jiġifieri agħmlu intom fiha, però jien jidhirli li m’għandekx .... L-ewwel ħsieb huwa, li ddaħħalha anonima jew ma ddaħħalhiex? Għandu jinvestiga anonima jew le? Jien ngħid iva.
It-tieni. Jekk se jinvestiga, m’għandekx tagħti l-possibilità lil xi ħadd id-diskrezzjoni li jgħid din ma ninvestigahiex - għax kif se tagħtihielu fl-anonima mela jista’ jeħodha ukoll fuq affarijiet oħrajn - għax jien jidhirli li jien ħadt il-fatti kollha in konsiderazzjoni u jidhirli li m’għandix inkompli biha, għax hi libelluża.
Nagħtu kas jiena qiegħed l-uffiċjal li nirċievi l-informazzjoni. Jien impjegat bħal ħaddieħor. Mela jekk jiktbu ittra kontra xi ħadd, li huwa c-chairman jew il-general manager - kulħadd jaf li dan qiegħed jagħmel il-ħmerijiet, però ħadd ma jista’ jiċċaqlaq fuqhom - u inti hemm ġew, għandek il-poter tiegħu li jgħidlek: isma’ din libelluża, mur ħu parir mingħand l-avukat tal-kumpanija. U jerġà jagħlaqlek il-bieb.
THE CHAIRMAN: Imma x’qed tipproponi?
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Forsi nistgħu ndaħħlu l-kliem “ wara li jkun investiga l-każ u qies iċ-ċirkostanzi kollha jiġi kkonsidrat l-informazzjoni ...” Wara li jkun investiga l-każ jiġifieri tagħmel l-obbligu fuqu biex tinvestigah.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jekk inti se tagħmel l-obbligu li jinvestiga, kif diġà għamilna, allura tagħtihx il-bieb minn fejn joħroġ. Li fiha jista’ jagħlaq il-każ sempliċement għax jgħid li libelluża, jew li hekk, u li hekk.
THE CHAIRMAN: Minflok “ikunx investigat ...” ikun manifestament ... (Interruzzjonijiet)
ONOR. OWEN BONNICI: Hawnhekk qed nitkellmu fuq affarijiet anonimi.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, imma min hemm hemm ġew, irid jinvestiga bilfors.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien tajtu l-poter li jekk tikteb, għandu l-protezzjoni tad-dinja kollha u ma jista’ jagħmillek xejn, u min fuq ma jiffirmahiex? Jien ma rridx noqgħod niċċelebra ittra anonimi.
THE CHAIRMAN: Dan huwa att li proprju qed jipproteġi lil min jiftaħ ħalqu, and he comes forward.
ONOR. OWEN BONNICI: Għax huwa anonimu. Il-problema tiegħi ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: L-anonimat minnu nnifsu però, doesn’t defeat l-għan kollu tal-Whistleblower’s Act? Dan għandi dubju f’moħħi. Bl-anonimat naħseb qed nagħtu lok ta’ preferenza li bniedem flok jersaq ‘l quddiem u jikkolabora u jagħti iktar informazzjoni, se jħarbex bil-mod kif jidhirlu hu, se jħossu iktar komdu li forsi jżid jew inaqqas ... (Interruzzjonijiet)
Ma nafx il-mudelli li rajtu intom, forsi hemm il-lok tal-anonimat?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Illum tista’ tagħmel użu mill-ittra anonima, tikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija. (Interruzzjonijiet)..... Le, għax inti hawn bil-Whistleblower inti għandek uffiċjal intern li se jinvestiga l-affarijiet. Allura inti b’ittra anonima tista’ tqabbad l-investigazzjoni fuq ċerti affarijiet, illi minnhom jirriżulta li ġol-kumpanija qed jiġru affarijiet li mhux suppost qed jiġru.
Bażikament il-filosofija tagħna f’din il-liġi - jew il-filosofija tiegħi - kienet li jien qed nagħti lil dak l-impjegat ġol-kumpanija li jsib lilu nnifsu fid-diffikultajiet, biex jiżvela anke l-identità tiegħu, li jipproteġi l-kumpanija għax qiegħed jipproteġi l-impjieg tiegħu.
THE CHAIRMAN: Naħseb nistgħu nżidu l-kliem li anke ppropona l-Onor. Beppe Fenech Adami li jkun hemm “wara investigazzjoni” u naħseb tibqa’ kif inhi.
ONOR. OWEN BONNICI: Tajjab li nispjegaw li din hija rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa. Din mudellata fuq test tal-Kunsill tal-Ewropa. Jien fil-prinċipju nsib diffikultà li nipproteġi. Mela jien tajtek il-protezzjonijiet tad-dinja kollha ....
THE CHAIRMAN: Fil-fatt tibda “żvelar b’mod anonimu m’għandux ikun konsidrat bħala protett “ ..
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Borg qed nagħtih il-protezzjoni tad-dinja kollha, iva allura ....
THE CHAIRMAN: Għalfejn immur anonimu jekk jiena protett?
ONOR. OWEN BONNICI: Mhux hekk.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien nista’ nirċievi ittra anonima u ndaħħalha ġox-shredder and that’s it.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jista’ xi ħadd għall-grazzja tal-argument ...
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Intom ħdimtu ġo fabbrika jew ġo kumpanija, kontu tikka ta’ ħaddiem ġo kumpanija u jkollok in-nies fuqek u jkollok id-direttur fuqek ...
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Immaġina tkun inti l-uffiċjal li qed tieħu ħsieb dawn. U jkollok xi ħadd antipatku li mas-sbieħ il-jum jiktiblek ittra kull filgħodu biex iqażżek u jdejjqek. Joqgħod jibgħatilek biex inti toqgħod tinvestigaha biex żgur ikollok x’tagħmel ..... You are not a whistleblower. M’għandekx protection ta’ whistleblower meta tiġi Whistleblower Act.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Qed tipproteġi li ġol-kumpanija l-affarijiet se jsiru tajjeb, u se ddum biex iġġib il-kunfidenza tan-nies għaliha din il-liġi, minħabba tibdil fil-kultura.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “L” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
L-emenda “L” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 11, kif emendata. Dawk favur? (Onor. membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Klawsola 11, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 12 – Proċeduri interni biex tiġi riċevuta u trattata informazzjoni protetta.
Clause 12 - Internal procedures for receiving and dealing with protected information.
THE CHAIRMAN: Onor Bonnici. Rimarki?
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman, għal klawsola 12 qed nipproponi din l-emenda:
“M” Immedjatament wara s-subartikolu (3) tal-klawsola 12 għandu jidħol is-subartikolu ġdid li ġej:
“(4) Għall-finijiet ta’ Taqsima III, Sezzjoni 2, “prinċipal” għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fit-Tieni Skeda.”.
“M” Immediately following sub-article (3) of clause 12 there shall be added a new sub-article:
“(4) For purposes of Part III Section 2, “employer” shall have the meaning as is assigned to it in the Second Schedule.”
Biex nispeċifikaw biss, se nżidu subarticle 4. Biex nispjegaw x’qed nagħmlu. Fit-Tieni Skeda għedna li mhux il-kumpaniji privati kollha se jkollhom obbligu jagħmlu l-iżvelar tal-internal unit, imma huma l-kumpaniji l-kbar biss li se jkollhom dan l-obbligu. Iż-żgħar, dak li jkun, imur dritt għall-external unit. Mela allura hawnhekk biex nispeċifikaw iktar li din tapplika għal dawk il-kumpaniji l-kbar.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “M” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
L-emenda “M” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 12, kif emendata. Dawk favur? (Onor. membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola 12, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 13 – Notifika lill-informatur.
Clause 13 - Notice to whistleblower.
ONOR. OWEN BONNICI: Kumment wieħed. Din titkellem dwar proċedura. Jiġifieri kif jiġi notifikat informatur. Għandi nifhem li mhemmx diffikultà.
THE CHAIRMAN: Aktar rimarki? L-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk jien kont irrimarkajtlek ħaġa. Is-subklawsola (3) għalkemm hija konsegwenzjali qed tgħid:
“(3) Fl-eventwalità li żvelar ta’ informazzjoni protetta taħt din it-Taqsima twassal biex tiġi skoperta prattika mhux xierqa li tikkostitwixxi reat kriminali jew kontravvenzjoni taħt xi liġi applikabbli, l-uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni protetta jista’ jgħaddi r-rapport li jkun irċieva lill-pulizija sabiex issir investigazzjoni fuqu:
Iżda jekk is-suġġett materjali tar-rapport ikun ġie ikkoreġut l-ebda disposizzjoni ta’ xi liġi ma għandha tiġi interpretata bħala li timponi obbligu fuq uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni protetta sabiex jirrapporta dwar dan”
Jien il-problema tiegħi hija li inti qed ddaħħal il-kelma “jista’”. Jiġifieri jiddentifika li sar reat jew sar ksur ta’ kontravenzjoni, u l-uffiċjal għandu l-libertà li ma jagħmilx rapport fuqha. Kif tista’? Induna li sar reat, tgħidlu ma jirrapportax?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però din just punt żgħir mil-lat prattiku. Din kif inhi, hija diffiċli li tiġi prattikata u ngħidlek għalxiex. Inti hawnhekk qed tgħid li l-prinċipal. Għax fil-każijiet li inti għandek organizzazzjonijiet li m’għandhomx l-uffiċjal jew l-unità, se jkun il-prinċipal. Il-prinċipal ma jistax jasal għall-konklużjoni li hemm reat kriminali, jista’ jkollu suspett li hemm reat kriminali. Il-prinċipal kif se jiddeċiedi jagħmilx rapport jew le?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: ONOR. CLAUDIOGrech, hawnhekk għandek b’mod ċar ...
THE CHAIRMAN: “prattika mhux xierqa li tikkostitwixxi reat kriminali”. Irid jiddeċiedi hu li jara reat kriminali ...
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però kif nista’ jien prinċipal, jien li m’iniex avukat, nikkonkludi li prattika mhux xierqa tikkostitwixxi reat kriminali?
THE CHAIRMAN: Għax jekk teżisti “prattika mhux xierqa”, dik qed tkun qed tikkostitwixxi reat kriminali.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, “prattika mhux xierqa” hija definizzjoni.
ONOR DEBORAH SCHEMBRI: :....mhux dejjem huwa reat ....
THE CHAIRMAN: Fuq dan l-artikolu qed nitkellmu aħna. Jekk din il-“prattika mhix xierqa” se tikkostitwixxi reat kriminali, irid iressqu l-pulizija.
DR PETER GRECH: L-iskop ta’ “jista’” hi, li min għamillu r-rapport, ma jsibx ruħu prekluż minn din il-liġi milli jgħid lill-pulizija. Jiġifieri mhux qiegħda biex tobligak tgħid lill-pulizija jew ma tobligakx, imma jekk trid tgħid lill-pulizija, dan l-Att ma jkunx xkiel li tgħidilhom. Dak kien id-diskors ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma qed jiftiehem il-kontra ta.
DR PETER GRECH: Irriżultalek reat, imma tgħid: imma din suppost inħalliha kunfidenzjali.? U tispiċċa f’dilemma jekk tistax tgħid lill-pulizija. Din qegħda hemm biex tagħmilha ċara, li l-pulizija tista’, jekk jirriżultala vera. Imbagħad tobligah jirrapporta bilfors ...
THE CHAIRMAN: Jekk hemm reat kriminali?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: “reat kriminali jew kontravvenzjoni”? Skużi ta. Jiġifieri xi ħadd għamel rapport fl-intern tal-kumpanija, ġie identifikat li vera sar dan ir-reat kriminali u kontravenzjoni, u ma jirrapurtax lill-pulizija?
DR PETER GRECH: Hija eċċezzjonalment biss. Pereżempju fix-xiri tal-players tal-futbol. Jekk tkun taf u ma tirrapportax, tkun qed tikkommetti reat. Imma mhux il-fatt li taf b’reat iġiegħlek bilfors tirrapportah.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma dak f’kuntest differenti. Il-problema ta’ dan l-artiklu hija li jibda n-notifika lill-persuna li tkun għamlet l-iżvelar. Hawnhekk l-ewwel ħaġa hija li wieħed irid joqgħod attent. Fl-attenzjoni però saret emenda li tgħid jekk però mill-informazzjoni li daħlet hemm reat kriminali u kontravvenzjoni li seħħet. Jiġifieri ara kemm hu ċar l-artiklu li daħħaltu:
“(3) Fl-eventwalità li żvelar ta’ informazzjoni protetta taħt din it-Taqsima twassal biex tiġi skoperta prattika mhux xierqa li tikkostitwixxi reat kriminali jew kontravvenzjoni taħt xi liġi applikabbli l-uffiċjal li jirrapporta dwar min jiżvela informazzjoni protetta jista’ jgħaddi r-rapport....”
Jien ngħid “għandu” jgħaddi r-rapport. Il-liġi għalhekk qegħda, l-Whistleblower hekk qegħda, hija stickler u apposta biex tidħol f’dawn .....
THE CHAIRMAN: Fil-fatt wara għandek il-proviso. Kif spjega l-Avukat Ġenerali ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: “tista’” ssir “għandu”.
THE CHAIRMAN: Imbagħad irridu nneħħu l-proviso ....
DR PETER GRECH: Jekk jien inkun naf li xi ħadd ipparkja ħażin, jien obbligat immur insib l-pulizija u nirraporta lill-pulizija?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma hawn differenti. Inti l-uffiċjal, inti għandek funzjonijiet bil-liġi li tinvestiga dawn l-affarijiet. Dan m’aħniex qegħdin nitkellmu ...
THE CHAIRMAN: Issa fhimtu l-Avukat Ġenerali. Għax il-Whistleblower inti qed tinvestiga xi ħaġa. Hawnhekk qed nitkellmu taħt Żvelar Intern, xi ħaġa interna. Mela jien m’għandux ikolli obbligu li mill-ewwel immur għand il-pulizija. Però mhawn xejn minn dan l-Att, li lili jipprekludini li ma mmurx għand il-puliżija xorta waħda.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Intom tafu. Jien għalija huwa żball. Għax hekk qed tagħti l-opportunità, li xi ħadd intern jaħbiha l-affarijiet. (Interruzzjonijiet) Mhux police state. Mhux għalhekk qiegħed il-whistleblower?
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: L-intenzjoni tal-Whistleblower huwa li jekk ikollok an internal procedure wkoll, huwa fil-fatt biex jekk ikollok affarijiet li inti tista’ tagħmilhom internament, you don’t make an extra big issue out of it ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: You cover up if it is your right but don’t cover up on a crime.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: You don’t cover up. Inti ma tgħattix, imma mhux neċessarjament tikxef. Aħna ngħixu f’pajjiż fejn jekk naraw tarbija tmut ġo għadira ilma u ma nirrappurtawx, mhux reat ta, imbagħad se tagħmel reat dak?
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Dan hu t-tibdil li qiegħed isir bil-Whistleblower Act, it-tibdil bil-Whistlblower Act huwa tibdil fil-kultura tagħna.
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna ma naqblux li kull reat bilfors ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Intom ma taqblux li kull reat għandu jiġi rapportat mhux miċ-ċittadin normali.
Dostları ilə paylaş: |