ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Dr Grech, l-Avukat Ġenerali, qed jgħid li allaħares kull min isir jaf b’kontravvenzjoni jew reat, għandu l-obbligu li jmur jirrapporta. Aħna m’aħniex qegħdin ngħidu hekk. Aħna qegħdin nistaqsu l-kariga ta’ uffiċjal li jirraporta, għandha ġġorr magħha l-obbligu li fejn sar magħruf lilha reat jew kontravvenzjoni - qed nkunu speċifiċi jiġifieri ksur tal-Kodiċi Kriminali - għandu jkun hemm l-obbligu? Aħna m’aħniex ngħidu li kull persuna, għax tista’ tibbanalizzaha tgħid kull persuna ....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Ħalli nerġa’ mmur fuq l-lat prattiku. Qed nitkellmu fuq żvelar intern. Żvelar intern inti qed tagħmlu lill-kap tal-organizzazzjoni.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Lill-uffiċjal.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Le, le, lill-prinċipal qed tagħmlu. Meta inti qed tagħmlu lill-prinċipal, meta aħna qed naħsbu li l-prinċipal jista’ jasal għall-konklużjoni f’kull każ ta’ x’inhu reat kriminali jew kontravvenzjoni, jien naħseb li qegħdin noħolmu. Ara fejn inti għandek żvelar estern u għandek il-lista tal-awtoritajiet ... (Interruzzjonijiet)
Jien qed inħares mil-lat prattiku tal-iżvelar intern. Li jien l-iżvelar intern – li se niġu għaliha aktar tard - għandi riservi kbar fuqha, kemm taħdem. Għax l-iżvelar intern, f’pajjiż żgħir u f’organizzazzjonijiet żgħar, toħloq problemi prattiċi kbar. Il-bniedem ikun subdued f’organizzazzjoni privata hawn Malta. Għax organizzazzjonijiet privati hawn Malta huma kollha jew family businesses jew kumpaniji żgħar. Jiġifieri meta inti se tmur tgħid xi ħaġa fuq xi ħadd, awtomatikament ... (Interruzzjonijiet)
Jien naqbel mal-argument tiegħek - hawn ġejt biex naqbel miegħek - fejn jidħol l-estern. Fejn saret claim għand waħda mill-organizzazzjonijiet li għandek f’Section 1 tas-Schedule 1, hemmhekk jien nemmen li dawk huma obbligati u dawk għandhom jirrapportaw lill-pulizija.
Jekk jiena bħala whistleblower mort għand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u jien hemmhekk għamilt claim u l-Kummissarju tat-Taxxi Interni jaf sew x’inhu reat kriminali, dak għandu bilfors jirraporta lill-pulizija, fl-opinjoni tiegħi. Imma mhux CEO jew general manager .....
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 13. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola 13, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 14 – Żvelar intern magħmul lill-kap jew viċi kap tal-organizzazzjoni.
Clause 14 – Internal disclosure may be made to the head or deputy head of the
organisation.
ONOR. OWEN BONNICI: Mr Chairman. Għal klawsola 14 qed nipproponi din l-emenda:
“N” Il-klawsola 14 għandha tiġi emendata kif ġej:
Fil-paragrafu (b) il-kliem “ser” għandhom jiġu sostitiwiti bil-kliem “jista’ jkun”.
“N” Clause 14 of the Maltese version shall be amended as follows:
In paragraph (b) the words “ser” shall be substituted by the words “jista’ jkun”.
Paragrafu (c) jgħid:
“(c) l-informatur jemmen fuq bażi raġjonevoli li l-uffiċjal li jirrapporta dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta mhuwiex, minħabba f’xi relazzjoni jew assoċjazzjoni ma’persuna li hija jew ser tkun involuta fl-allegata prattika mhux xierqa, persuna xierqa li lilha jsir l-iżvelar.”
Huwa jew jista’ jkun involut.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Allura ma tridx tinbidel “ser ikun” imma “ser” biss?
THE CHAIRMAN: “Ser ikun” se tiġi “jista’ jkun”. L-emenda se tkun “ jista’ jkun”.
Qed nitkellmu bil-Malti pur u mhux qed niftehmu, għax inkella “jista’ tkun” tiġi inkella. Trid tbiddel “ser ikun” għal “jista’ jkun”.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Hawnhekk daħħaltu l-kelma l-infurmatur, hux hekk. Għaliex neħħejtu “l-persuna li tiżvela” għal “infurmatur”? M’għandekx diffikultà fuq l-interpretazzjoni għax għandek tlieta issa. Għandek id-definizzjoni ta’ whistleblower.....
THE CHAIRMAN: Il-Whistleblower huwa l-informatur.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-Whistleblower neħħejtuha dik l-interpretazzjoni tal-bidu? Għandek tlieta, għandek il-whistleblower, għandek l-infurmatur u għandek (Interuzzjoni) Whistleblower neħħejtuha?
THE CHAIRMAN: Hija l-informatur. OK.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi l-emenda “N” kif imressqa u moqrija mill-Onor. Segretarju Parlamentari. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
L-emenda “N” għaddiet nem. con.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 14, kif emendata. Dawk favur? (Onor. membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola 14, kif emendata, għaddiet nem. con u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
Klawsola 15 - Protezzjoni ta’ żvelar estern
Clause 15 - Protection of external disclosure.
THE CHAIRMAN: Hawn rimarki? L-Onor Segretarju Parlamentari.
ONOR. OWEN BONNICI: Hawn qed nispjegaw l-prinċipju - issa wara niġu għall-eċċezzjonijiet - ta’ żvelar estern li għandu jkun protett biss jekk l-iżvelar intern kien diġà magħmul jew hemm tentattiv li jsir. Jekk inti għamilt diġà l-intern u għamilt l-estern qisek bla paċenzja, hemmhekk le.
Issa ħalli niġu għall-eċċezzjonijiet fil-klawsola 16. Naħseb li hemm qbil fuq il-prinċipju għallinqas?
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien fil-prinċipju nemmen li l-external reporting għandu jkun faċilitat, kif inhu wkoll rakkomandat minn Transparency International. Li f’pajjiż żgħir tipprova - partikolarment u nerġa’ ngħid f’organizzazzjonijiet żgħar u ħafna minnhom familjari, fejn ikollok il-persuni u l-membri tal-familja fit-top management kollu tal-organizzazzjonijiet...
ONOR. OWEN BONNICI: Ħa nikkoreġik, fil-kumpaniji ż-żgħar, direttament fl-estern trid tmur. Aħna qed ngħidu li fil-kumpaniji ż-żgħar m’għandux ikollhom .... Għandek raġun Onor. Claudio Grech għax anke jien domt biex fhimtha. Fejn jidħlu kumpaniji żgħar, SMEs biex nagħmluha ċara, mhux se jkollhom obbligu jagħmlu l-internal whistleblowing unit kemm minħabba ...
THE CHAIRMAN: Hawn eċċezzjoni fl-Att aktar ‘l quddiem.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien erġajt qrajtha wara li ‘lbieraħ għamilt dak il-point of information, kif qrajtha jien ma jirriżultalix hekk.
ONOR. OWEN BONNICI: Dik se niġu għaliha Onor. Claudio Grech. Ħalli mbagħad wara narawha u tgħidli le mhux korrett. Imma kif għamilniha hawnhekk hija li s-SMEs m’għandhomx obbligu li jagħmlu an internal whistleblowing unit imma trid tmur direttament fl-external.
ONOR DEBORAH SCHEMBRI: Skont it-Tieni Skeda.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però hawnhekk qed tgħid - fejn jidħol l-internal disclosure - fejn inti m’għandekx l-whistleblowing unit, jekk fhimt sew jien, l-iżvelar isir jew lill-kap jew lill-viċi kap tal-organizzazzjoni.
ONOR. OWEN BONNICI: Fejn m’għandekx internal, għax SME, trid tmur fl-external.
THE CHAIRMAN: Jista’ jkun magħmul, mhux bilfors lilu.
DR CAROLINE BENCINI: Taħt artikolu 14(a) hemm li fejn “l-organizzazzjoni m’għandhiex proċeduri interni”, l-iżvelar irid isir lill-kap tal-organizzazzjoni.
Jekk tkompli taqra artikolu 16(a), jekk għandek suspett “illi l-kap tal-organizzazzjoni huwa jew ser ikun involut fil-prattika”, imbagħad tista’ tagħmel żvelar estern.
ONOR. OWEN BONNICI: Però hemm il-blanket provision li fejn jidħlu SMEs, trid tmur direttament fl-external.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Fejn qegħda din? Għax ma nistax insibha.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: It-Tieni Skeda tiddefenixxi x’inhi organizzazzjoni fi ħdan is-settur privat ....
ONOR. CLAUDIO GRECH: It-Tieni Skeda tgħid “Persuni soġġetti”. Ma tgħidx min irid ikollu l-whistleblowing unit. Imma qed tgħid “Għall-finijiet ta’ dan l-Att “prinċipal” li hu soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att .....”
ONOR. OWEN BONNICI: Dik toħroġ mid-definition clause.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jien l-oġġezzjoni tiegħi, hija oġġezzjoni prattika. Jekk aħna verament irriduha taħdem, biex inti tiffaċilita li persuna jersaq ‘l quddiem - li diġà nafu li hija diffiċli ħafna li fiżikament jersaq ‘l quddiem - jien se ngħidlu: trid tifhem dan kollu, trid tifhem jekk m’intix avukat - għax biex tifhem dan kollu ci vuole - u wara li tifhem dan kollu, trid tara liema rotta trid tieħu. U meta għażilt liema rotta trid tieħu, għandek iċ-ċans li għax ħadt ir-rotta żbaljata, jaqa’ kollox u ma tibqax protett.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Tista’ tiġi riferuta minn waħda għall-oħra. Dak għandek diġà fil-liġi li tista’ tiġi riferuta min-naħa għall-oħra.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Imma x’inhi l-problema li aħna nagħtu ċans lil kulħadd li jekk dan għandu l-kuraġġ li jkun whistleblower, x’inhi l-problema li dan imur fl-external mill-ewwel?
ONOR. OWEN BONNICI: Fil-privat hekk qegħda. Fl-SMEs hekk qegħda. Jiġifieri mhemmx Internal Whistleblower Unit, imma dritt għall-estern. Issa jekk tridux nirfinawha, però hekk hi. Li jifdal allura, min jaħdem mal-gvern. Min jaħdem mal-gvern, l-ewwel trid tmur internal imbagħad l-external ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Wisq probabbli l-armata, il-pulizija u diplomatic corp hekk isir ukoll. Huwa l-vantaġġ tal-kumpanija, fejn ikollok kumpaniji kbar, li tara l-affarijiet isiru internament, u għalhekk hija immudellata hekk. Għax jista’ jkun li kumpanija tista’ tirranġa xi ħaġa hi, faċilment. Għax inti kif taqbad u testernaha, qed isirilha wkoll ħsara fin-negozju tagħha, fl-istock exchange tagħha.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Naqblu. Però aħna għalxiex qed nagħmluh dan? Aħna qed nagħmlu dan meta jkun hemm affarijiet ta’ ċertu portata.. Aħna ma naħsibx li qed nagħmlu dan kollu, biex fejn hemm ħmerijiet żgħar, ikunu jistgħu jiġu rranġati.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Onor Grech, kollox.
ONOR. OWEN BONNICI: Jien tal-idea li naraw klawsola 16 fejn hemm kif wieħed jista’ jmur dritt fl-external. U jekk hemm bżonn inwessgħu ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma trid toqgħod attent li ma titlifx l-effett tal-internal. Għax inti l-artikolu tal-oġġetti li huma antipatiċi, li hemm bżonn li jkun hemm l-iżvelar tal-informazzjoni fuqhom, huma apposta wide ranging. Biex inti kemm jista’ jkun tieħu ħsieb li f’ażjenda, f’kumpanija, fuq post tax-xogħol, ir-regoli qegħdin jiġu miżmuma. Għax dik finalment li tagħmel, li tipproteġi l-post tax-xogħol tal-ħaddiem biex dan il-post jibqa’ jiffunzjona tajjeb. Jiġifieri kif inti tneħħielu l-possibilità li xi ħadd internament jirranġa ċerti affarijiet, hemm imbagħad in-naħa l-oħra tal-munita .....
ONOR. CLAUDIO GRECH: Jista’ jgħatti. Li tagħti ċ-ċans li jitgħatta ukoll. Jekk hemm third parties hemm barra. Nerġa’ mmur fuq l-eżempju li semmejtlek jiena ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Agħti ċans. Jien għalhekk qabel għedt li fejn jirriżulta li hemm reat, allura għandu jkun hemm l-obbligu li jkun hemm ir-rapportaġġ. Però hawn trid tagħti wkoll il-bilanċ lill-kumpanija, bejn dawk l-affarijiet li hi tista’ tirranġa, mingħajr ma jkollha l-bżonn li tinkixef esternament. U dak għandek tibqa’ tagħtih lill-kumpanija għall-fiduċja interna. Issa jekk il-kumpanija tostina rasha u ma tagħmilhiex, allura inti tista’ tmur fl-estern.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Però l-kumpanija m’għandhiex bżonn il-liġi biex tagħmel dan li qed tgħid inti. Il-kumpanija m’għandhiex bżonnha dik. Illum il-kumpaniji li jridu jagħmlu an internal whistleblowing frameworks skont ir-regolamenti tal-kumpanija, ma jżommhom ħadd milli jagħmluh.
Jekk tara l-Corporate Governance Rules tal-kumpaniji li hemm fuq l-istock exchange, minnhom infushom, diġà kważi jagħtu l-lok fl-ambitu tal-Internal Audit u bil-konċetti tal-Audit Committees li jeżistu llum, li dawn isiru. Għax illum fil-fatt, l-audit committee jaħdem kompletament indipendenti.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Ħadd m’hu perfett.
ONOR. CLAUDIO GRECH: Naqblu. Jien qed ngħid li jekk aħna rridu li individwu jkollu l-kuraġġ - aħna fuq dan li qegħdin nitkellmu - u l-protezzjoni li min jaf b’ċertu affarijiet li għaddejjin u jrid jikxifhom. Jien finalment meta tgħaddi din il-liġi dan nemmen d-differenza fis-sustanza li qed nagħtu, li min illum iħossu subdued mill-organizzazzjoni tiegħu qed nagħtuh mekkaniżmu kif niddefenduh. Il-bqija llum, jista’ jmur għand il-pulizija u jagħmel ir-rapporti kollha li jidhirlu, xorta waħda. M’aħniex qed niskopru d-dinja. Issa jekk intom tgħidu li l-external reporting, jista’ jsir .....
ONOR. OWEN BONNICI: Ħalli naraw iċ-ċirkostanzi fi klawsola 16 fejn wieħed jista’ jmur direttament fl-external.
THE CHAIRMAN: Il-mistoqsija hi klawsola 15. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed
Klawsola 15 għaddiet nem. con. u ġiet ordnata biex issir parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Aħjar nieqfu għax ma nibqgħux nirraġunaw għax saru d-disgħa u kwart. (Interruzzjonijiet) Inti tibqa’ għaddej u jien ili min filgħodu għaddej ... Mela ma nistax ngħajja? Qed ngħidilkom li għejjejna .. Ibqgħu għaddejjin bil-liġi weħedkom.
ONOR BEPPE FENECH ADAMI: Nipproponu li nipposponu għal nhar it-Tnejn.
ONOR. OWEN BONNICI: Se mai għada.
THE CHAIRMAN: Għada hawn ħafna ma jistgħux. Aħjar inkomplu nipproċedu ħalli nagħlquha. Hemm liġijiet oħrajn li rrid ngħaddi.
ONOR. OWEN BONNICI: L-unika opportunità għada filgħaxija., għax is-schedule hija tight ħafna.
THE CHAIRMAN: Ma nistax għada filgħaxija lanqas jiena. Imma t-Tnejn għandi ieħor. Nagħmlu mill-5.00 p.m. sa 6.00 p.m. għax fis-6.00 p.m. għandi kumitat ieħor.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-kumitat l-ieħor jekk għandek ħafna artikoli fil-kumitat l-ieħor ... jekk hemm tmienja ....
THE CHAIRMAN: M’għandux x’jaqsam imma. Ejja nkomplu ħalli nlestu.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, mhux hekk ix-xogħol, skużi, Mr Chairman.
THE CHAIRMAN: Ma nistgħux. L-intenzjoni tiegħi kienet li nagħmluha dalgħodu.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Imma l-eventi ġew kif ġew.
THE CHAIRMAN: Lanqas huwa tort tiegħi. Imbagħad ma rridx inħalli liġijiet oħrajn ma jgħaddux u nħalluhom għal wara r-recess. Jien għandi obbligu lejn ħaddieħor.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Le, aħna għandna intenzjoni li ssir qabel.
Jekk jogħġbok aħna nixtiequ li ....
THE CHAIRMAN: Mhux qed tifhem il-problema li hemm liġijiet oħrajn li jridu jgħaddu sa qabel ir-recess.
ONOR. OWEN BONNICI: Tridx nagħmlu deadline sa siegħa oħra, sa 9.30p.m. Iva siegħa Onor. Carmelo Mifsud Bonnnici.
THE CHAIRMAN: Issa 9.15 p.m. nagħmlu sa 10.15 p.m.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Issa nispiċċaw ma naqblux fuq xi ħaġa sempliċi u noqogħdu ntawlu .....Agħmlu intom imbagħad. Jien kull darba nitkellem qisni ....
ONOR. OWEN BONNICI: Issib diffikultà nagħmlu sal-10.00 p.m?
THE CHAIRMAN: Kien hemm liġijiet oħrajn li damu sat-3.00 a.m. Jien nixtieq inlestiha. Ippermettuli waħda. Intom qed taraw din il-liġi biss, jien għandi liġijiet oħrajn x’jgħaddu minn dan il-kumitat. Imbagħad mirakli ma jsirux.
Qed naħlu l-ħin. Klawsola 16.
Klawsola 16 - Żvelar estern magħmul lill-Unità dwar rapporti ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta tal-awtorità.
Clause 16 – External disclosure made to the whistleblowing reports unit.
ONOR. OWEN BONNICI: Fi klawsola 16 l-emendi li għandi huma ta’ natura żgħira. Mr Chairman, għal klawsola 16 qed nipproponi din l-emenda:
“O” Il-klawsola 16 għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (2) il-kliem “mill-impjegat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “mill-prinċipal”; u
(b) fis-subartikolu (4) il-kliem “lill-informatur u” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “lill-informatur”.
“O” Clause 16 of the Maltese version shall be amended as follows:
(a) in paragraph (c) of subarticle (2) the words “mill-impjegat” shall be substituted by the words “mill-prinċipal”; and
(b) in subarticle (4) the words “lill-informatur u” shall be substituted by the words “lill-informatur”.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk fi klawsola 16 (a) ser nibdlu “ser ikun” b’ “jista’ jkun”, fil-Malti “jista’ jkun” hija present tense. Jiġifieri nkunu qegħdin ngħidu l-istess ħaġa. “...il-kap tal-organizzazzjoni huwa jew jista’ jkun involut”. “jista’ jkun involut” issa, mentri “ser ikun” minflok in the present and in the future, qed inġibuhom it-tnejn possibilment in the present.
THE CHAIRMAN: Naħseb li għandhom ikunu t-tnejn, “is or may be” ukoll.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk nagħmlu translation ta’ “may be” tiġi “jista’ jkun”. Fil-Malti “jista’ jkun” nużawha fil-preżent and you may be meaning the same thing. Trid tibqa’ “huwa jew ser ikun” għax inkella jkollha a present and present .....
THE CHAIRMAN: Mela l-emenda għal paragrafu (a) qed tiġi rtirata.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: “jista’ jkun” jew “huwa jew jista’ hu”. “Jista’ hu” tirreferi għal-lum.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Inti qed tgħid “jew huwa” illum. “Huwa” tirreferi għal-lum, filwaqt li “jista’ jkun” - li inti qed tgħid litirreferi għal-lum ukoll - biex tagħmilha fil-futur
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jew “jista’ hu” illum jew “jista’ jkun” fil-futur.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Allura “huwa” x’inhi? “huwa” mhux “huwa llum”?
ONOR. OWEN BONNICI: “huwa llum” jekk il-preżent huwa covered.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Jista’ hu, could be now or could be in the future.
THE CHAIRMAN: Could be now either you are or you don’t. If now you’re not, you are in the future.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Allura nistgħu nagħmlu “huwa jista’ jkun jew ser ikun”.
THE CHAIRMAN: Jien naħseb li tajba kif inhi. Huwa in the present, you’re now, huwa, minuta oħra is the future, ser ikun. Ser ikun jista’ jkun mela. Huwa jew jista’ jkun.
DR PETER GRECH: “ser ikun” ma nafx jekk hix “may be”.
ONOR. OWEN BONNICI: Shall be.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Is, maybe or shall be rriduha? Mela tiġi huwa, jista’ jkun jew ser ikun. Is, may be or shall be.
ONOR. OWEN BONNICI: “ser ikun” daqsxejn fatali.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk tgħid “hu” jiġifieri ċert li hu, jekk tgħid “jista’ jkun” he may be and he may not be.
THE CHAIRMAN: Jien naħseb “ser ikun” tiġi “huwa jew jista’ jkun”, hekk għandha tkun.
ONOR. OWEN BONNICI: Is or may be bl-Ingliż qegħda. Mela trid tiġi “huwa jew jista’ jkun”.
THE CHAIRMAN: Mela l-emenda trid tibqa’.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma rridu nkunu ċerti li bl-Ingliż u bil-Malti allura qegħdin ngħidu l-istess ħaġa.
ONOR. OWEN BONNICI: “Is or may be”, huwa jew jista’ jkun.
ONOR. BEPPE FENECH ADAMI: Huwa qed jgħid li għandha tkun tfisser għall-futur ...
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: “may be” tista’ tkun issa wkoll. “may be” hija fil-preżent imma mhux ċertezza. Issa intom triduha fil-futur ukoll għax jekk fil-futur ukoll mhux emenda ... Tista’ tirrapportah għax inti fl-iżvelar għandek ... (Interruzzjonijiet)
Il-lista tal-practices fejnha? Skużawni fil-“prattiċi mhux xierqa” għandna “persuna, naqset, qegħda tonqos jew x’aktarx se tonqos”, allura mhux fil-futur ukoll?
ONOR. CLAUDIO GRECH: X’aktarx hija probabilità, hawnhekk jista’ jkun possibilità.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Probabbiltà in the future.
ONOR. OWEN BONNICI: Possibilità jista’ jkun. Waħda probabiltà u waħda possibilità.
THE CHAIRMAN: Jekk inti qed tgħid “huwa” mela preżent, huwa definit. Mela “jista’ jkun” qed tirreferi għall-futur. Li jista’ jkun hemm il-possibilità li dan se jkun .... Fl-Ingliż għandek “is, now or may be”.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Imma may be fl-Ingliż huwa issa, might be hija fil-futur. Għax huma differenti. May be hija issa, might be hija fil-futur.
Jien m’għandix oġġezzjoni, just qed ngħid aħna hekk irriduha jew mhux hekk rriduha?
ONOR. OWEN BONNICI: Aħna rriduha li “jista’ jkun”. Fil-futur.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Fil-futur irridu nibdluhom.
ONOR. OWEN BONNICI: Hi trid tiġi hekk:
“(a) illi l-kap tal-organizzazzjoni huwa jew jista’ jkun (fil-futur jiġifieri) involut fil-prattika mhux xierqa allegata fl-iżvelar.”
Mela trid tiġi “jista’ jkun”.
THE CHAIRMAN: Mela Klawsola 16 għandna emendi bil-Malti jibqgħu kif inhuma mill-paragrafu (a) sa (d), u fit-test Ingliż minn may be trid tiġi might be.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk se tiġi fil-futur may trid tiġi might. Inkella min ser iħares lejn it-test Malti u għandu diffikultà, se jmur iħares lejn it-test Ingliż, u se jara “may be” u jgħid mela issa.
THE CHAIRMAN: It-test Malti jirbaħ dejjem.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jekk fit-test Malti issa u fil-futur hija l-istess ħaġa...
THE CHAIRMAN: Fit-test għandek “huwa”. Allura jista’ jkun mhux qed tgħid għalissa, imma qed tgħid għal possibiltà.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: “huwa” fil-preżent hu ċert u “jista’ jkun”, jista’ jkun fil-preżent u inċert. It-tnejn li huma jistgħu jkunu fil-preżent, allura fit-test Malti inti m’għandekx ċertezza għalxiex qed tgħid jekk hux għall-preżent jew għall-futur. Allura x’tagħmel? Tmur tħares lejn it-test Ingliż. It-test Ingliż jekk ser isibu may be se tgħid mela għalissa qed jgħid, jekk se jsibu might be tgħid mela għall-futur qed jgħid.
THE CHAIRMAN: Ejja nagħmlu biċċa xogħol. Minflok “ser ikun” jekk l-intenzjoni hija li hemm il-possibilità, nagħmluha “illi l-kap tal-organizazzjoni huwa jew hemm il-possibilità li ser ikun involut fil-prattika” jew “jista’ jkun” ....
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Naħseb li qed tikkumplikawha ħafna, b’kull rispett.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI: Jiena kull ma qed ngħid huwa araw xi tridu, and we legislate accordingly.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: L-idea kienet li jekk hu huwa l-persuna li “jista’ jkun” involut, allura inti toħroġ barra, “huwa jew ser ikun” fil-futur. Qegħda ċara.
L-għejja hekk tagħmel, tibda ġġibek tiddubita dak li hemm miktub.
THE CHAIRMAN: Imma għadek luċidu.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien għadni luċidu però ma jfissirx li bil-luċidità tiegħi, li jien mhux għajjien. U lanqas ma jfisser li intom m’intomx għajjenin.
THE CHAIRMAN: F’subklawsola 16(1) se jibqgħu il-paragrafi (b), (ċ) u (d) u l-paragrafu (a) se jiġi rtirat.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: X’se nagħmlu sewwasew, Mr Chairman?
ONOR. OWEN BONNICI: Imbagħad fil- fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (2) il-kliem “mill-impjegat” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “mill-prinċipal” għax evidenti li huwa żball.
U l-emenda għal paragrafu (d) tas-subartikolu (2) tiġi taqra hekk:
“(d) f’każ illi jaqa’ taħt is-subartikolu 1(e), kull azzjoni li ser tittieħed jew huwa mistenni b’mod raġonevoli li tkun ittieħdet mill-prinċipal bħala riżultat tal-iżvelar preċedenti.”
Ser tiġi “ser tittieħed”, in the future.
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI: Il-paragrafu (e) ta’ subartikolu 16(1) jgħid:
“illi għalkemm żvelar intern kien sar qabel, l-informatur ma kienx infurmat dwar l-istat tal-kwistjoni żvelata jew ikun b’mod raġjonevoli evidenti għall-informatur illi ma ttieħdet l-ebda azzjoni jew rakkomandazzjoni ta’ azzjoni dwar il-kwestjoni li għandha x’taqsam mal-iżvelar fi żmien raġonevoli wara dak l-iżvelar.”
Issa fil-paragrafu (d) ta’ subartikolu 16(2) qed tgħid:
“(d) f’każ illi jaqa’ taħt is-subartikolu (1)(e), kull azzjoni li tkun ittieħdet jew huwa mistenni b’mod raġjonevoli li tkun ittieħdet mill-prinċipal bħal riżultat tal-iżvelar preċedenti, u”
Il-paragrafu (d) jidher li tajjeb kif qiegħed. Fil-paragrafu (ċ) għandek mija fil-mija raġun, imma l-paragrafu (d) ...
Dostları ilə paylaş: |