Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə5/8
tarix21.01.2019
ölçüsü0,56 Mb.
#101289
1   2   3   4   5   6   7   8

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



WSC - KAŻ B'REF. 623/25477

12901. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferena għall-każ numru 623/25477 u ċioe' wara d-domanda tiegħi numru 8291, jista' l-Ministru jgħid jekk issa l-Korporazzjoni Enemalta stħarġitx il-każ imsemmi u dan peress li jidher li sorprendentament il-Korporazzjoni Enemalta għadha qiegħda titlob l-ħlas ta' Lm173.28c8 lill-persuna moribonda u anzjana?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Jiena nformat li dan l-arloġġ għamel xi żmien ma jinqarax u l-kontijiet bdew jinħadmu fuq stima. Meta mbagħad reġa' beda jittieħed il-qari u l-kontijiet ġew reveduti fuq il-qari attwali dawn kellhom jiżdiedu bis-somma ta' Lm173.28c.
Il-persuna konċernata ġiet infurmata b'dan fit-13 ta' Settembru 1994. Sena wara fid-19 ta' Settembru 1995, ġie iffirmat ftehim sabiex l-ammont dovut jitħallas bin-nifs, iżda lanqas dan ma ġie onorat.


PA - ENFORCEMENT UNIT - AZZJONI DIRETTA

12958. L-ONOR. CARMELO ABELA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1997 sa l-aħħar ta' Diċembru 1997, kemm-il azzjoni diretta ttieħdet kull xahar mill-Enforcement Unit ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Fl-istess perijodu, kull xahar, kemm-il bini jew struttura llegali twaqqgħet mis-sid stess? Kemm-il każ hemm pendenti fejn il-kawżi legali nqatgħu u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tista' teżerċita s-setgħat li tagħtiha l-liġi u twaqqa' l-istruttura jew bini llegali?
ONOR. GEORGE VELLA: Azzjoni diretta li ttieħdet kull xahar mill-Enforcement Unit mill-1 ta' Jannar 1997 sa' l-aħħar ta' Diċembru 1997:


Jannar

-

0

Frar

-

6

Marzu

-

9

April

-

0

Mejju

-

0

Ġunju

-

0

Lulju

-

0

Awissu

-

0

Settembru

-

3

Ottubru

-

0

Novembru

-

53

Diċembru

-

3

Strutturi llegali li twaqqgħu mis-sid:




Jannar

-

8

Frar

-

8

Marzu

-

44

April

-

14

Mejju

-

0

Ġunju

-

0

Lulju

-

1

Awissu

-

7

Settembru

-

0

Ottubru

-

3

Novembru

-

4

Diċembru

-

3

F'kawżi legali deċiżi mill-Qorti mhix il-prassi li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tiġi mitluba taġixxi hi iżda huwa normali li f'każi bħal dawn il-Qorti tordna lill-Pulizija biex taġixxi hi.




PA - PERMESSI TAL-BINI

13122. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet għall-permessi tal-bini quddiem il-Planning Authority li ġew rifjutati f'Ottubru u Novembru 1997, li talbu reconsideration u li din ir-reconsideration għadha sal-lum ma nstemgħetx?
F'liema lokalitajiet kienu dawn it-talbiet għal reconsideration?
X'wassal biex dawn it-talbiet għadhom ma nstemgħux ħames xhur wara li ntalbet reconsideration?
ONOR. GEORGE VELLA: In-numru t'applikazzjonijiet għall-permessi ta' żvilupp li ġew rifjutati f'Ottubru u Novembru 1997 kien ta' 65. 29 minnhom diġa' dehru quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp, filwaqt li s-36 l-oħra għadhom ma dehrux quddiem il-Bord fl-istadju tar-rikonsiderazzjoni.
Il-lokalitajiet ta' dawn l-applikazzjonijiet ivarjaw konsiderevolment.
Ir-raġunijiet għaliex numru ta' rikonsiderazzjonijiet għadhom ma dehrux quddiem il-Bord ivarjaw skond il-każ innifsu, l-argumenti ppreżentati mill-applikant u r-rappreżentant tiegħu. Uħud mir-rikonsiderazzjonijiet jinvolvu riċerka estensiva minħabba l-punti li jitqanqlu mir-rikonsiderazzjoni nnifisha.


PA - TWAQQIGĦ TA' ĦAJT BLA PERMESS

13233. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kif persuna li għandha bitħa ta' garage f'Alexandra Str, Qormi fejn hemm il-bieb prinċipali, tiftaħ u twaqqa' bla permess ħajt li jagħti għall-bitħa privata fejn hemm il-garaxxijiet u tpoġġi bieb ta' garage fejn ċarrat il-ħajt mingħajr il-permessi u wkoll fejn hemm is-servizzi tad-drenaġġ miftuħin u dan kollu kontra l-liġijiet sanitarji?

ONOR. GEORGE VELLA: Wara li ġie nvestigat il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant, jirriżulta li x-xogħol imsemmi huwa kopert bil-permess PA 062/97 maħruġ fit-13 ta' Frar 1997. Il-pjanti approvati jindikaw il-bieb tal-garaxx li nfetaħ u li għalih saret riferenza fl-interpellanza.


TOROQ - ASFALTAR

13297. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' tqegħid ta' tarmac ta' toroq fil-Ħamrun: (i) 7 ta' Ġunju 1919; (ii) Ġuże' Bajada; (iii) Willie Attard; u (iv) Dun Frans Camilleri?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, wara li jitlestew il-laqgħat biex jiġi ikkoordinat u assigurat li t-tqegħid taħt l-art tas-servizzi kollha meħtieġa jkun tlesta.


TA' QALI - PARK NAZZJONALI - KUMITAT

13304. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-dħul u l-ħruġ kollu li kellu l-Kumitat li jemxxi l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali matul is-sena 1997?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Matul is-sena 1997, il-Kumitat li jmexxi l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali kellu dħul ta' Lm11,662.50 u ħruġ ta' Lm33,867.57.


PA - PROĊEDURI ĠODDA

13327. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid skond l-emendi u l-proċeduri ġodda ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvati s-sajf li għadda applikant li l-iżvilupp tiegħu ikun jenħtieġ Environmental Impact Assessment, f'liema stadju għandu l-applikant ikun informat bil-ħtieġa ta' dan l-Environmental Impact Assessment?
ONOR. GEORGE VELLA: Il-liġi ta' l-Ippjanar ma tispeċifikax meta applikant għandu jiġi nfurmat bil-ħtieġa ta' valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali (EIA), sakemm dan ikun fil-perjodu ta' tnax-il ġimgħa, jew ta' sitta w għoxrin ġimgħa li fiha applikazzjoni tiġi determinata.
Pero' fil-prattika, il-bżonn ta' l-EIA jiġi kkomunikat lejn il-bidu ta' dan il-perjodu ta' tnax jew sitta u għoxrin ġimgħa.
Dan apparti l-fatt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ippubblikat linji gwida li permezz tagħhom il-perit għandu jiggwida lill-applikant anke qabel ma jissottometti l-applikazzjoni, dwar il-ħtieġa ta' EIA.
F'dawn il-każijiet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinkoraġġixxi li l-perit u l-applikant jiddiskutu l-proposta għall-iżvilupp ma' uffiċċjali ta' l-Awtorita' fi stadju ta' pre-submission sabiex ikunu jistgħu jiġu ggwidati aħjar dwar il-bżonn u l-proċess ta' l-EIA.


DIPARTIMENT TA' L-AMBJENT - ĦITAN TAS-SEJJIEGĦ

13381. L-ONOR. MICHAEL REFALO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għall-inizjattiva rigward ir-restawr tal-ħitan tas-sejjiegħ, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra bil-ħidma li saret mid-Dipartiment ta' l-Ambjent kemm ilu li daħlu fis-seħħ ir-regolamenti relattivi? Kemm-il metru ta' ħajt ġie restawrat u f'liema lokalitajiet? Kemm u minn fejn tneħħew il-laned u tankijiet tal-metal li tant ikerrħu l-paesaġġ? X'ħidma beħsiebu jieħu d-Dipartiment ta' l-Ambjent u ż-żmien/perjodu meħtieġ biex titwettaq politika li dwarha jaqbel kulħadd? X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jiżgura li din l-inizjattiva tirnexxi?
ONOR. GEORGE VELLA: Kull deċiżjoni fir-rigward qed tittieħed fi ħdan kumitat li twaqqaf ta' l-apposta u li jikkomprendi rappreżentanti ta' l-entitajiet kollha kkonċernati.
Qed issir ukoll konsultazzjoni mal-bdiewa kif ukoll mal-Kunsilli Lokali biex tistabbilixxi l-aħjar mod li bih jintlaħqu l-għanijiet li jitneħħa darba għal dejjem l-imbarazz minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ.
Twettaq stħarriġ ma' Malta u Għawdex biex jiġu identifikati postijiet l-aktar mgħobbija b'dan l-imbarazz.
Bdew jitwaħħlu avviżi biex jitneħħa l-imbarazz skond il-liġi.
Għandi pjaċir ngħid li dawn l-isforzi qed jilħqu l-iskop mixtieq, fis-sens li ħafna huma dawk li diġa kkoperaw u neħħew l-imbarazz mingħajr l-intervent tad-Dipartiment.


BAGHDAD - AMBAXXATA MALTIJA

13391. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1991 sa l-1997 u bid-dettalji kollha, x'pagamenti saru cash mill-ambaxxata ta' Malta f'Baghdad?
ONOR. GEORGE VELLA: Din hija waħda minn tnax-il mistoqsija li saret mill-Onor. Membru, li fihom jitlob l-istess informazzjoni għal ħdax-il Ambaxxata differenti. Biex tinġabar din l-informazzjoni kollha jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.
Bħalma għidt drabi oħra, nħeġġeġ lill-Onor. Membru li jekk għandu xi Ambaxxata partikolari jew xi perijodu partikolari li tiegħu jixtieq ikollu aktar informazzjoni dettaljata biex jipprova jew ixejjen xi suspetti li għandu, jew biex iforni ruħu bit-tagħrif li għandu bżonn juża, inkun dispost ħafna li nara li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.
Talbiet ġeneriċi bħal dawn magħmula f'dawn il-mistoqsijiet, li jkopru medda ta' snin, ma nħossx li għandi r-riżorsi u ż-żmien biex inweġbuhom.


BRUSSELS - AMBAXXATA MALTIJA

13392. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1991 sa l-1997 u bid-dettalji kollha, x'pagamenti saru cash mill-Ambaxxata ta' Malta fi Brussels?
ONOR. GEORGE VELLA: Din hija waħda minn 12-il mistoqsija simili li saret mill-Onor. Membru, li fihom jitlob l-istess informazzjoni għal 11-il Ambaxxata differenti. Biex tinġabar din l-informazzjoni kollha jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi.
Bħalma għidt drabi oħra, nħeġġeġ lill-Onor. Membru li jekk għandu xi Ambaxxata partikolari jew xi perijodu partikolari li tiegħu jixtieq ikollu aktar informazzjoni dettaljata biex jipprova jew ixejjen xi suspetti li għandu, jew biex iforni ruħu bit-tagħrif li għandu bżonn juża, inkun dispost ħafna li nara li jkollu l-informazzjoni meħtieġa.
Talbiet ġeneriċi bħal dawn magħmula f'dawn il-mistoqsijiet, li jkopru medda ta' snin, ma nħossx li għandi r-riżorsi u ż-żmien biex inweġbuhom.


HOTEL VERDALA - ART

13404. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Billi diġa' ġie ndikat li qed jiġi kkonsidrat x'kumpens ingħata lill-bdiewa ta' l-art ta' taħt il-hotel Verdala biex jagħmel tajjeb għall-korsa tal-golf li għaliha hemm applikazzjoni pendenti, jistax wieħed jifhem li s-Selection Committee diġa' wasal għall-konklużjonijiet tiegħu allavolja dawn ma ġewx imħabbra?
ONOR. GEORGE VELLA: Meta s-Selection Committee" jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dawn ikunu magħmulin pubbliċi.


PA - PA 6400/95

13411. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga ma' l-awtorita' kompetenti kif il-PA 6400/95 li nħareġ f'Ġunju 1996 ġie ta' ostaklu għall-permess bin-numru PA 2779/95 li kien ġie approvat qablu u ċioe' fil-25 ta' Jannar, 1996 u dan meta l-beni ilu mibni qabel il-1962 (Land File No. 842/62)?
ONOR. GEORGE VELLA: L-applikazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għal zewġ żviluppi approvati, fil-Gozo Stadium. Filwaqt li l-applikazzjoni PA 6400/95 saret mill-GFA għall-xogħlijiet fl-istadium, filwaqt li PA 2779/95 saret minn individwu privat li għandu l-proprjeta' mikrija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, liema proprjeta' għandha aċċess fl-istadium.
L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tipproċessa l-applikazzjonijiet li jsirulha fuq policies ta' ppjanar u ma tidħolx fi kwestjonijiet ta' natura ċivili. Fiż-żewġ applikazzjonijiet kwotati mill-Onor. Interpellant, l-Awtorita' ma sabet l-ebda oġġezzjoni għalihom f'dak li jirrigwarda ppjanar.
TAJR - REĠISTRAZZJONI

13434. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw tajr ibbalzmat mad-dipartiment? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? Kemm kien in-numru ta' tajr protett irreġistrat u kemm kien in-numru ta' kull tip ta' tajr irreġistrat? Kemm min dan it-tajr huwa tajr li jpassi minn Malta u kemm huwa n-numru ta' tajr illi nqabad barra minn Malta u ma jpassix min hawn?
ONOR. GEORGE VELLA: Sad-data ta' l-għeluq għar-Reġistrazzjoni ta' Tajr Protett, jiġifieri t-13 ta' Marzu 1998, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent irċieva 4622 applikazzjoni.
Dawn l-applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati b'sistema kompjuterizzata u, għaldaqstant l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-mistoqsija tkun tista' tingħata aktar 'il quddiem.


MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA

13445. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Ġustizzja: Għall-perijodu mill-01.11.96 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm-il tender ta' valur minn Lm10,000 ġiet approvata mill-Ministeru tiegħek; (ii) il-valur ta' kull tender; (iii) lil min ġiet awarded; (iv) in-natura (provvista/xogħol/servizz eċċ) ta' kull tender?
ONOR. GAVIN GULIA: Ninforma lil l-Onor. Interpellant li għall-perjodu 1\11\1996 sal-lum, inħarġu dawn it-tenders ta` valur iktar minn Lm10,000 li kienu kollha għall-Qrati ta` Malta:-
SENA DESKRIZZJONI LIL MIN INGHATA VALUR

Lm

1 1997 Provvediment ta` Wembley Motors 120,000 (A)

Trasport ghall-

Gudikatura
2 1997 Kiri ta` Self-Drive Frank Borda Ltd 14,000 (A)

Cars ghall-Qrati

ta` Malta

3 1997 Xiri u Attrans Ltd 40,000

installazzjoni ta`

generator
4 1998 Provvediment ta` Mexico Garage 120,000 (A)

Trasport ghall-

Gudikatura

(A) Il-valur hu approssimativ għax it-tenders kienu jinvolvu



Period Contracts.
It-tenders 1,3 u 4 inħarġu u ġew awarded mid-Dipartiment tal-Kuntratti, waqt li t-tender Nru 2 tal-1997 (self-drive cars) inħareġ u ġie awarded mill-Ministeru, minħabba li l-valur kien taħt il-limitu msemmi fir-Regolamenti ta` Procurement 1996.


GĦAWDEX - HELIPORT

13524. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għal xi xogħol konness mal-heliport f'Għawdex? Jekk saret, meta se jibda x-xogħol?
ONOR. GEORGE VELLA: L-Awtorita' ta' l-Ippjanar bħalissa qiegħda tipproċessa tliet applikazzjonijiet li jirrigwardaw il-Heliport ta' Għawdex.
PA 6445/97 hija applikazzjoni biex jinbena VIP Lounge. Permess għal dan ix-xogħol għadu ma nħariġx, ix-xogħol inbeda, iżda hemm Enforcement Notice (ECF 386/98).
PA 6841/97 hija applikazzjoni għall-funtana ħdejn il-Heliport. Permess għal dan ix-xogħol ma nħariġx, ix-xogħol inbeda, iżda hemm Enforcement Notice (ECF 8/98).
PA 679/98 hija applikazzjoni biex titwessa t-triq tal-Heliport. Permess għal dan ix-xogħol ma nħariġx, ix-xogħol inbeda, iżda hemm Enforcement Notice (ECF 1228/97).


GĦAWDEX, - TRIQ GĦAR QAWQLA - XOGĦLIJIET

13525. L-ONOR. VICTOR GALEA PACE staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni għal xogħol ta' Belveder fi Triq Għar Qawqla, f'Marsalforn? Jekk hemm, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħariġx permess u jekk iva, meta se jibda dan ix-xogħol?
ONOR. GEORGE VELLA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq ix-xogħlijiet imsemmija m'hemmx la permessi u lanqas applikazzjonijiet. L-Awtorita' ta' l-Ippjanar diġa ħadet il-passi permezz ta' Enforcement Notice li nħarġet fl-24 ta' Marzu 1998.


KUMMISSJONI GĦALL-KONTROLL TA' L-IŻVILUPP TA' L-AWTORITA' - TALBIET

13613. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intefgħu talbiet għal rikonsiderazzjoni minn deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp ta' l-Awtorita' mill-14 ta' Awissu 1997 sal-1 ta' Marzu, 1998? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet ingħatatilhom risposta fit-30 ġurnata kif stipulat mil-liġi?
ONOR. GEORGE VELLA: Kien hemm 294 talba għall-rikmandazzjoni minn deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp bejn l-14 t'Awissu 1997 u l-1 ta' Marzu 1998. Minn dawn:
39 ġew determinati fi żmien 30 ġurnata kif stipulat mill-liġi,

146 ġew determinati, iżda mhux fi żmien 30 ġurnata,



109 għadhom pendenti.


UFFIĊĊJU KONĠUNT - KERREJJA TA' FONDI KUMMERĊJALI

12971. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Uffiċċju Konġunt jirrifjuta talbiet ta' kerrejja ta' fondi kummerċjali li l-fond minnhom mikri jinħareġ mill-ġdid għall-kiri bl-offerti b'right of refusal favur terzi li jkunu laħqu ftehim ma' terzi dwar it-trasferiment ta' l-avvjament? Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għal din il-policy meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet ilu snin jipprattika policy kuntrarja? Ma jaħsibx il-Ministru li jekk il-policy tinbidel tkun għall-vantaġġ tal-Gvern li jibda jdaħħal kera ogħla?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien infurmat li l-Uffiċċju Konġunt ma rrifjuta ebda talba li għaliha qed jirreferi l-Onor Interpellant. Għalhekk it-tieni parti tal-mistoqsija ma treġix.


DIPARTIMENT TA' L-ARTIJIET - POLICIES

12972. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies kollha li jimxi bihom id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li m'humiex dettaljati fil-liġi?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-policies kollha ta' kull dipartiment joħorġu mill-liġijiet li jmexxu l-operat ta' dak id-dipartiment.
Fil-każ tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, l-iktar żewġ liġijiet li jmexxuh huma l-Kapitolu 268 li jirregola t-trasferiment ta' art tal-Gvern u Kapitolu 88 tal-Liġijiet ta' Malta li jirrigwardaw l-akkwist ta' art privata għal bżonnijiet pubbliċi, kif ukoll il-policies approvati mill-Parlament f'dan ir-rigward.


DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR - SPEZZJONIJIET

12973. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar mill-1 ta' Ottubru 1997 sa l-aħħar ta' Diċembru 1997, kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, kemm daħlu talbiet biex postijiet jiġu rranġati, kemm kien hemm xogħlijiet pendenti wara li ġew approvati li jsiru, kemm kien hemm refusals ta' talbiet, kemm xogħlijiet approvati tlestew?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Qed ninkludi ma' din it-tweġiba l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Aktar spjegazzjoni dwar it-tifsira ta' dawn il-kategoriji kienet ingħatat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari Nru. 8561.


SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - MEMBRI TAS-SEGRETARJAT PRIVAT

12974. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li s-Segretarju għaż-Żgħażagħ, Sports u Kultura neħħa żewġ membri tas-segretarjat privati tiegħu u jekk iva, jista' jgħid għaliex, min kienu u xi grad kellhom, minn min ġew sostitwiti u b'liema kondizzjonijiet?

ONOR. EVARIST BARTOLO: Jien infurmat li ġiet ittrasferita lura għall-post normali tax-xogħol tagħha persuna waħda li kienet seconded għal mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport, Kultura w Arti minn mal-Malta Shipbuilding Company Limited. Din kellha l-grad ta' general hand u sal-lum il-pożizzjoni għadha vakanti. Din il-persuna kienet qed tkun inkompatibbli mal-kumplament tal-istaff. Ma naħsibx li hija etika li tissemma din il-persuna b'isimha madankollu jekk l-Onor. Interpellant irid ikun jaf l-isem tal-persuna nvoluta lest ngħidlu privatament.


SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - ACCOUNTS

12975. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-accounts tas-Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sports u Kultura ttieħdu minn idejn l-istess Segretarjat u qed jinżammu minn ħaddieħor u jekk iva, jistax jgħid mingħand min qed jinżammu u jagħti r-raġuni għaliex ittieħdu?
Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin