Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 0,56 Mb.
səhifə6/8
tarix21.01.2019
ölçüsü0,56 Mb.
#101289
1   2   3   4   5   6   7   8

ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra


SEGRETARJAT GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - ĦADDIEMA

12976. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jikkonferma li xi ħaddiema fis-segretarjat privat tas-Segretarju għaż-Żgħażagħ, Sports u Kultura tneħħitilhom l-allowance ta' Lm50? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ġara dan, min ta l-ordni, min huma l-ħaddiema involuti u x'inhu l-grad tagħhom?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Le. Jien infurmat li l-Onor. Interpellant mhuwiex korrett.


BAĦRIJA - SERVIZZ TA' DRENAĠĠ

13349. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tal-Baħrija?
Kemm hu stmat li jitlesta xogħol ta' dan it-tip fit-toroq tal-Baħrija matul l-1998?
Kemm hu mistenni li tqum flus l-estensjoni tas-sistema?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Għall-inħawi tal-Baħrija d-dipartiment qed jistħarreġ il-possibilta' li tippermetti t-tqabbid ma' sistema diġa' eżistenti. Ma dana kollu jkun hemm bżonn ta' pumping station illi għad trid tiġi ddisinjata.
Il-proġett kollu huwa mistenni li jitlesta sas-sena 2000 u stmat li jiswa miljun u nofs lira maltija (Lm1.5 miljun).

WSC - TALBIET

13350. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet li rċeviet il-Water Services Corporation biex ikun hemm eżenzjoni mill-ħlas tad-drenaġġ għaliex m'hemmx sistema fl-inħawi ta' min applika sa l-aħħar ta' Frar, 1998?
F'liema nħawi joqogħdu dawk li talbu din l-eżenzjoni?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Sa l-aħħar ta' Frar 1998 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma kienet irċeviet 2,626 applikazzjoni għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-drenaġġ għaliex m'hemmx sistema fl-inħawi. Dawn l-applikazzjonijiet ġew minn diversi nħawi differenti fil-gżejjer Maltin u Għawdxin.


SPTAR MONTE CARMELI - RESIDENTI

13467. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti ġewwa Mount Carmel Hospital illum? Kemm minnhom daħlu hemm din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' residenti fil-25 ta' Marzu 1998 fl-Isptar Monte Carmeli huwa ta' 522 (274 irġiel u 248 nisa). 182 (101 irġiel u 81 nisa) daħlu fl-isptar din is-sena.
L-eta' ta' dawk li daħlu din is-sena hija kif jidher hawn taħt:
10 snin jew inqas 11 sa 20 sena 21 sa 30 sena
irgiel 1 10 14

nisa - 5 10
TOTAL 1 15 24

31 sa 40 sena 41 sa 50 sena 51 sa 60 sena
irgiel 24 31 10

nisa 16 20 10
TOTAL 40 51 20

61 sa 70 sena 71 sa 80 sena 81 sa 90 sena
irgiel 6 3 2

nisa 7 11 2
TOTAL 13 14 4
Din l-informazzjoni illi qegħhda tiġi mitluba hija kkomplikata ħafna u tieħu ċertu żmien biex tinġabar kollha. Għalhekk din l-informazzjoni tiġi pprovduta iżjed tard.


SPTAR MONTE CARMELI - PAZJENTI

13468. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien illi persuni residenti ġewwa Mount Carmel Hospital ilhom residenti ġewwa dan l-isptar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Breakdown taż-żmien illi persuni ilhom residenti ġewwa l-isptar Monte Carmeli:
Inqas minn sena sena sa 5 snin 6 sa 10 snin
Irgiel 104 88 37

Nisa 98 84 25
11 sa 20 sena 21 sa 30 sena 31 sa 40 sena
Irgiel 58 32 27

Nisa 40 26 25
41 sa 50 sena Izjed minn 51 sena
Irgiel 15 4

Nisa 12 9
SPTAR MONTE CARMELI - RESIDENTI

13469. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni taħt l-20 sena u taħt is-16-il sena bħala residenti ġewwa l-iSptar Monte Carmeli f'dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: F'dawn l-aħħar għaxar snin daħlu dawn il-persuni taħt l-20 sena u taħt is-16 -il sena bħala residenti ġewwa l-isptar Monte Carmeli:

taħt is-16 -il sena

1988 1989 1990 1991 1992
irgiel 2 3 8 6 8

nisa 1 5 2 3 2
TOTAL 3 8 10 9 10

1993 1994 1995 1996 1997
irgiel 5 11 6 4 3

nisa 2 5 5 4 4
TOTAL 7 16 11 8 7


taħt l-20 sena (eskluzi dawk ta' taht is-16 -il sena)
1988 1989 1990 1991 1992
irgiel 16 21 20 17 15

nisa 9 8 11 7 4
TOTAL 25 29 31 24 19
1993 1994 1995 1996 1997
irgiel 19 19 25 18 17

nisa 10 8 9 6 19
TOTAL 29 27 34 24 36


EDUKAZZJONI - STUDENTI

13470. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni studenti in fulltime education illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-livel u x'tip ta' edukazzjoni qegħdin jieħdu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-għadd ta' studenti in full-time education illum huwa kif se nsemmi:
Subien Bniet Total
Primarja (Statali) 15,173 13,939 29,112
Primarja (Non-State) 8,204 8,328 16,532
Sekondarja (Statali) 8,481 10,592 19,073

Sekondarja (Non-State) 5,286 3,843 9,129
Tas-Snajja' (Statali) 1,947 82 2,029
Post-Sekondarja (Statali) 1,257 1,472 2,729
Sixth Form (Private) 423 297 720
Junior College - - 2,096
Universita' - - 5,398
EDUKAZZJONI - MATURE STUDENTS

13471. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mature students illum? Liema korsijiet qegħdin isegwu u kemm f'kull tip? Kemm minn dawn il-mature students huma irġiel u nisa u x'etajiet għandhom?
ONOR. EVARIST BARTOLO: M'hemm l-ebda student l-Universita' rreġistrat bħala mature student'. Dan it-terminu m'hux użat biex jiddeskrivi xi kategorija ta' studenti. Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk l-istudenti li ġew ammessi f'xi kors taħt il-klawsola 2.2. (a)(iii) tar-Regolarmenti għad-Dħul fl-Universita', komunement magħrufa bħal maturity clause. Iżda l-applikanti li jidħlu f'xi kors taħt din il-klawsola jkunu rreġistrati bħall-istudenti regolari l-oħra kollha.
Biss bħala ndikazzjoni poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar in-numru ta' studenti li daħlu taħt il-klawsola 2.2. (a)(iii) minn fost l-1778 studenti li kienu aċċettati biex jibdew kors f'Ottubru 1997 aktar kmieni f'din is-seduta.

SAĦĦA - KONSULENTI U ADVISORS

13472. L-ONOR. ADRIAN VASSALLO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus l-advisors u konsulenti fil-Ministeru mill-1988 sa l-1997 sena b'sena?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Twegiba għal din il-mistoqsija tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.


P.A. - DC1/88

13562. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru, permezz ta' metodi li tippermetti l-liġi, jara li d-DC1/88 applikata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar tinbidel f'partijiet minnha, u b'mod partikolari fejn tidħol il-kondizzjoni dwar id-daqs tal-gallariji?
ONOR. GEORGE VELLA: Filwaqt li diversi aspetti tar-regolamenti DC1/88 tajjeb li jkunu studjati, L-Onor. Interpellant mhux jindika x'inhi l-problema li l-kundizzjoni dwar id-daqs tal-gallerija qed toħloq, jew it-tibdil li hu qed jara li hu neċessarju.


KUMITATI SOĊJALI LOKALI - GĦAJNUNIET

13563. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru tax għajnuniet finanzjarji lill-kumitati soċjali lokali fid-diversi rħula li għandna f'Malta? Jekk iva, lil liema għaqdiet/soċjetajiet lokali ngħatat din l-għajnuna u fiex kienet tikkonsisti f'kull każ?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.


AIRPORT SECURITY COMMITTEE - MEMBRI

13564. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar minn min hu ffurmat l-Airport Security Committee? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-kumitat? Kull meta jiltaqa' dan l-istess kumitat? X'tibdil fassal jew hu maħsub li jfassal biex tiġi assigurata b'mod sħiħ is-sigurta' fl-ajruport u madwar? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-kumitat ġiex konsultat dwar l-għoti ta' bini/spazju qrib l-ajruport għat-tiswija ta' l-ajruplani?
ONOR. ALFRED SANT: It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, dwar minn min hu kompost l-Airport Security Committee, it-terms of reference ta' l-istess kumitat, u kull meta jiltaqa' dan il-kumitat, hu kif jidher fit-Tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni f'din is-seduta.
It-tisħiħ tas-sigurta' fl-ajruport u madwaru hu proċess kontinwu u miżuri biex jilħqu dan il-għan jiġu mfassla skond il-ħtieġa. Fost dawn il-miżuri ta' min isemmi l-abbozz ta' liġi msejjaħ 'Att ta' 1997 dwar is-Sigurta' fl-Ajruportijiet u fl-Avazzjoni Ċivili' li ġie mressaq għall-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 1997.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat li l-Airport Security qed jinżamm infurmat.


SAN PAWL-IL BAĦAR - DRENAĠĠ

13565. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex matul l-aħħar ġimgħat diversi drabi kien hemm drenaġġ ifur fil-baħar ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ġodda ttieħdu jew hu mistenni li jittieħdu biex dan il-fawran ma jibqax jirrepeti ruħu f'post fejn hemm skola primarja?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: F'dawn l-aħħar ġimgħat kien qed isir xogħol ta' tiswija u tindif fuq il-medda ta' katusi li twassal id-drenaġġ mill-Pwales għal Għajn Żnuber tul il-Miżieb. Dan ix-xogħol qed isir sabiex jitnaqqas il-fawran tad-drenaġġ f'dan il-masġar.
Għaldaqstant biex ix-xogħol seta jsir, kellhom jintfew il-pompi tal-Pwales u tax-Xama minħabba il-fatt li dawn il-pompi jippumpjaw id-drenaġġ fil-main imsemmi hawn fuq.


DJAR - AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA

13598. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,176 u ċioe' peress li ċ-ċirkostanzi tal-persuna, li d-dettalji tagħha diġa' intbagħtu separatament, dejjem qegħdin jiggravaw, jista' d-dipartiment jalloka lil din il-persuna fl-iqsar żmien possibbli fond alternattiv?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn xi nżid


.DJAR - XIRI

13599. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,177 u ċioe' jista' jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11254 billi jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment l-ewwel informa lill-persuna li setgħet tixtri l-post u wara oġġezzjonawlha peress li fit-tweġiba tiegħu afferma biss l-oġġezzjoni iżda mhux ir-raġuni għaliha?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn xi nżid.


MARSA - ALBERT TOWN

13600. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,187 u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,140 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u li issa ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid meta t-toroq ta' Albert Town, fil-Marsa se jiġu rranġati fid-dawl ta' l-obbligu tal-kunsill lokali tal-lokal, liema obbligi jidhru li m'humiex qed jiġu osservati minħabba limitazzjonijiet finanzjarji?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn xi nżid.


KUNSILLI LOKALI - KONSULENT

13601. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,191 u ċioe' fid-dawl tal-fatt li l-Ministeru għad-Djar u Kunsilli Lokali għandu konsulent fuq djar, jista' l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jkollu konsulent fuq kunsilli lokali jew forsi f'dan ir-rigward il-ħtieġa ma tinħassx?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M'għandi xejn xi nżid.

UFFIĊĊJU KONĠUNT - KORRISPONDENZA L 7791

13602. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,198 u ċioe' fid-dawl ta' Korrispondenza L 7791 ma' l-Uffiċċju Konġunt li tittratta każ ta' persuna mill-Belt, li d-dettalji tiegħu diġa' intbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex il-każ jitħaffef?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn xi nżid.


KUNSILLI LOKALI - KANDIDATI

13603. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru W1,199 u ċioe' jista' jgħid kemm żdied jew naqas in-numru ta' kandidati li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, lokal b'lokal, f'Malta u Għawdex, elezzjoni b'elezzjoni, minn meta twaqqfu l-kunsilli sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni f'forma ta' statistika?
ONOR. ALFRED PORTELLI: M' għandi xejn xi nżid.


SAĦĦA - RIĊETTI TAL-MEDIĊINI

13650. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn fuq ir-riċetti għal mediċini wara l-introduzzjoni tal-ħlas ta' 50c matul ix-xahar ta' Frar 1998? Kemm minn dawn ir-riċetti kienu ta' Schedule V u kemm tal-karta r-roża?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-somma li għandha tinġabar mingħand Posta Ltd għax-xahar ta' Frar mill-ħlas ta' 50 ċenteżmu fuq ir-riċetti tal-mediċini hija ta' Lm23,696.
In-numru ta' riċetti fuq Schedule V kien ta' 30,568 fil-waqt li dak tal-karta r-roża kien ta' 17,370.


ĊENTRI TAS-SAĦĦA - ĊERTIFIKATI TAL-MARD

13651. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li nġabru wara l-introduzzjoni tal-ħlas ta' Lm1 matul Jannar u Frar 1998 fuq ċertifikati tal-mard maħruġa mill-health centres? Jista' l-Ministru jagħti breakdown għal health centres individwalment?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Is-somma li nġabret s'issa mill-ħlas ta' Lm1 għaċ-certifikati tal-mard għax-xhur ta' Jannar u Frar 1998 hija ta' Lm2000 (on account). Is-somma totali tlaħħaq Lm3627. Ma tinżammx statistika tan-numru ta' ċertifikati li jinħarġu miċ-ċentri tas-saħħa.


ĊENTRI TAS-SAĦĦA - ĊERTIFIKATI TAS-SICK LEAVE

13652. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċertifikati tas-sick leave miċ-ċentri tas-saħħa, ċentru b'ċentru, matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu għal bidu kontinwazzjoni u kemm għat-tmiem?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: In-numru ta' ċertifikati tas-sick leave li nħarġu miċ-Ċentri tas-Saħħa globalment għal Jannar kien ta' 2,511 fil-waqt li dak għal Frar kien ta' 1,116.
Ma tinżamx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni tista' tiġi mitluba mill-Ministeru tas-Servizz Soċjali.


SIGURTA' SOĊJALI - ĊERTIFIKATI TAS-SICK LEAVE

13653. L-ONOR. LOUIS DEGUARA staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva ċertifikati tas-sick leave matul Jannar u Frar 1998? Kemm minnhom kienu għal bidu kontinwazzjoni u kemm għal tmiem?
ONOR. EDWIN GRECH: In-numru ta' ċertifikati tal-mard li rċieva d-Dipartiment matul Jannar u Frar, 1998 hu kif ġej:

Jannar Frar
Bidu w tmiem (Sa tlett ijiem) 5,779 6,922

Bidu w tmiem (Sa sitt ijiem) 3,548 4,715

Bidu (Miftuh) 1,749 1,558

Kontinwazzjoni 6,243 5,457

Tmiem 2,517 3,148

----------------------------------------------------------

Total 19,836 21,800

----------------------------------------------------------


CHILDREN'S ALLOWANCE

13834. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri dwar nies li kienu qed jieħdu ċ-children's allowance f'Diċembru 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: F'Diċembru 1997 kien hemm 44,067 benefiċċjarju ta' l-Allowance tat-Tfal.

GUDJA - ALUMINIUM CABLES

13835. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Gudja għad għandhom aluminium cables u meta hu maħsub li dawn jinbidlu mill-Korporazzjoni Enemalta?
ONOR. LEO BRINCAT: It-toroq li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Membru huma dawn li ġejjin:-

Triq Santa Marija

Triq Zammit

Triq il-Fidwa

Triq Gagliardi

Triq iż-Żebbuġa

Vjal it-Torri

Triq Dorell

Vjal Ħal Tarxien

Triq il-Mitħna

Triq Awrekarja

Triq Ħal Resqun


Ix-xogħol meħtieġ se jssir flimkien ma' xogħlijiet oħra bħalhom f'diversi postijiet.


INDUSTRIAL DEVELOPMENT ACT

13836. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar ċifri dwar għajnuna ta' taħriġ taħt l-Industrial Development Act?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Skond informazzjoni miġbura mill-ETC, matul l-1997 u l-bidu ta' l-1998, il-Korporazzjoni pproċessat l-applikazzjonijiet għal training grants taħt Artiklu 19 ta' l-Industrial Development Act dovuti għas-sena 1996. L-ammonti ta' training grants mogħtija settur b'settur huma kif murija hawn taħt:



Settur tal-Manifattura

Total Grant Payment

(Lm)

Ikel

19541.392

Xorb u Tabakk

4259.190

Tessuti u prodotti tat-tessuti

13362.780

Ħwejjeġ

119594.725

Żraben u aċċessorji tal-ħwejjeġ

18019.446

Għamara u aperturi

10109.863

Prodotti tal-karti u stampar

2343.030

Kosmetiċi u prodotti kosmetiċi u prodotti kemikali

12614.482

Prodotti tal-plastik u tal-lastiku

69715.428

Materjal tal-bini

9887.965

Prodotti tal-metall

13136.300

Għodod u makkinarju

217722.333

Oġġetti mixxelanji

43565.155


WSC - ILMENTI MINN INDIVIDWU

13837. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jilmenta li ilu mingħajr servizz ta' ilma għal ħafna żmien?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Is-servizz ta' l-ilma fil-garage imsemmi kien ġie skonnettjat minħabba ħruġ ta' ilma w kien hemm bżonn li jinbidillu s-servizz. Il-konsumatur kien irrifjuta li jsir it-tibdil meħtieġ. Għaldaqstant il-konsumatur hu mitlub li jinforma lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.


BORMLA - TRIQ IX-XATT - XOGĦLIJIET

13838. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol li kien qed isir fi Triq ix-Xatt, Bormla ilu wieqaf għal ħafna żmien? Meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla u jitlesta għax qed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.


BORMLA - PJAZZA PAOLINO VASSALLO

13839. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jara li żewġ double arm lamp poles li hemm fi Pjazza Paolino Vassallo, Bormla jiġu rranġati għax ilhom bil-ħsara u ma jixgħelux?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-lampi msemmija mill-Onor. Membru kienu ġew irranġati fit-2 t'April li għadda.


DIPARTIMENT TAD-DWANA - POSTIJIET VAKANTI

13840. L-ONOR. MARIA CAMILLERI staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħidilna meta se jimtlew il-postijiet vakanti fid-Dipartiment tad-Dwana, jiġifieri dawk ta' diretturi, senior inspector, fizzjali u gwardjani?
ONOR. LEO BRINCAT: Billi l-proċedura biex jimtlew vakanzi fil-grad ta' Direttur ma tittiħidx mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerċ, nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Dwar il-postijiet ta' Senior Inspector, l-intervisti saru, il-Bord mexxa r-riżultat u qed ikomplu l-proċeduri neċessarji. Fil-każ tal-Fizzjali kienu bdew il-proċeduri xi żmien ilu biex isir l-eżami skond il-Ftehim, iżda, fuq talba tal-Unions, dan kien ġie pospost u għadhom għaddejjin taħdidiet bejn il-unions u l-Gvern. Ir-reklutaġġ tal-Gwardjani jew aħjar Customs Assistants kif huma issa magħrufa skond il-Ftehim, isir skond iċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet tad-Dipartiment.


EDUKAZZJONI - PROGRAMM KONTRA L-ILLITERIŻMU

13841. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-programm kontra l-illiteriżmu li kien imniedi xi xhur ilu? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu allokati flus għal dan il-programm u x'konkorrenza kellu?
Yüklə 0,56 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin